Jista' il-Ministru jara li l-meter ta' l-elettriku ta' dar privata li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jiġi rranġat jew jitbiddel minħabba li qed ikun ta' periklu għar-residenti tad-dar?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret jirriżulta li ma hemm l-ebda periklu fil-meter ta' l-elettriku
Jogħġbu l-Ministru jkun daqstant ġentili u jara għaliex il-fabbrika Methode li tinsab l-Imrieħel qed tiltaqa' ma' problemi mhux żgħar mill-Malta Enterprise sabiex takkwista l-edifiċju mhux okkupat u żgumbrat li qabel kien tal-fabbrika WET, biswit tagħha stess, minħabba li tixtieq tkabbar u minħabba dawn id-diffikultajiet ma tistax tagħmel hekk?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Methode ġiet offruta żewġ fabbriki fl-Imrieħel biex tkabbar l-operazzjonijiet tagħha. Wiehed minn dawn il-fabbriki huwa l-ex-WET. Meta saret evalwazzjoni tal-kundizzjoni tal-bini tal-WET min-nies teknici tal-Malta Industrial Parks, ħareġ illi kien hemm problemi serji strutturali fil-kolonni u fuq parti mis-saqaf. Ghalhekk, qabel ma tingħata din il-fabbrika, jeħtieg li jsir evaluazzjoni jekk jaqbilx li din il-fabbrika titranġa jew terġa tinbena minħabba l- flejjes kbar meħtieġa biex tissewwa l-istruttura.
Ħaddiema li tilfu ħajjithom fuq il-vapur Um El Faroud
Question
Jista' il-Ministru jara li ssir ġustizzja mal-familjari tal-vittmi li tilfu ħajjithom fuq l-Um El Faroud, issa li kważi għaddew għaxar snin minn din id-diżgrazzja?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-31 ta' Marzu 2004 sar ftehim bejn il-Gvern Malti, f'isem il-Malta Drydocks u l-Malta Shipbuilding, u l-kumpanija Libjana G.N.M.T.C. li permezz tiegħu ġew rizolti l-kwistjonijiet kollha pendenti bejn il-partijiet.
Parti minn dan il-ftehim kien jispeċifika li l-Gvern Malti kien ser jassumi responsabbilita għal ħlas ta' xi danni li l-Qrati Maltin jistgħu jiddikjaraw favur il-familjari tal-vittmi tal-Um El Faroud.
Il-Gvern awtorizza lill-Avukati mqabbda minnu biex jippruvaw jilhqu ftehim bonarju mal-familjari tal-vittmi biex b'hekk ma jkunx hemm bżonn li jitkomplew il-kawzi fil-Qrati Maltin.
S'issa sar ftehim u ser isir ħlas f'8 kazijiet waqt li negozjati fuq 7 kazijiet oħra għadhom għaddejjin.
Ħaddiema li tilfu ħajjithom fuq il-vapur Um El Faroud
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-qraba tal-vittmi tad-diżgrazzja tat-3 ta' Frar 1995 fuq l-Um El Faroud? Meta se jieħdu l-kumpens dovut lilhom? X'qiegħed iżomm lill-gvern sabiex dawn il-familjari ma jibqgħux ibatu l-konsegwenzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għal PQ 7446.
Jista' il-Ministru jara li jittieħdu l-passi biex tiġi solvuta l-problema ta' ilma li dieħel fil-kamra ta' dar fil-Birgu, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma ikkuntattjaw lir-residenti konċernati. Mill-investigazzjonijiet li saru jidher li dan l-ilma li qed inixxi mhux ilma tal-mains tal-KSI, iżda ilma li ġej minn xi residenza privata fil-viċin.
Jista' il-Ministru jindika l-ammont ta' ħaddiema li llum hemm fiż-żewġ tarznari? Kemm kien hemm fl-2003 u fl-2002?
Response (GATT, AUSTIN)
L-ammont ta' ħaddiema tat-taznari għas-snin 2002, 2003 u 2004 huwa kif jidher hawn taht:
2002 Malta Drydocks 1973
Malta Shipbuilding 692
2003 (sal- 31 ta' Ottubru) Malta Drydocks 1957
Malta Shipbuilding 689
2003(minn Novembru sal 31 ta' Diċembru) Malta Shipyards Ltd. 1743
2004 (sal-31 ta' Lulju) Malta Shipyards Ltd. 1761
Jista' il-Ministru jagħti struzzjonijiet lill-korporazzjoni Enemalta biex arblu antik imsaddad quddiem Rizzo Service station f'Birkirkara jitneħħa kif ukoll jitnaddfu wires elettriċi quddiem l-istess arblu li huma miksija ħaxix ħażin u wasslu biex jinqatgħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li x-xogħol meħtieġ biex jinbidlu arbli fl-Area msemmija għandu jibda dil-ġimgħa. Dan ix-xogħol mistenni li jieħu numru ta' ġimgħat mgħax hu pjuttost estensiv.
Jista' il-Ministru jindaga jekk il-korporazzjoni Enemalta tistax tagħmel upgrading tal-bozoz (mhux kollha) ta' Borg Street, Birkirkara għaliex hemm id-dlam f'ċertu partijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant l-isem sħiħ tat-triq biex tkun tista' issir l-investigazzjoni meħtieġa. Dan minħabba li hemm sebgħa toroq kollha b'kunjom 'Borġ' f'Birkirkara.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6633 u cioe' jista' jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi mqabbdin mill-gvern u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Peress li issa se jiġi tterminat l-impjieg tal-ħaddiema tal-cafeteria tal-Gozo Channel, jista' il-Ministru jgħid x'arranġamenti hemm maħsuba dwar kif se tiffunzjona l-cafeteria fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?
Response (GATT, AUSTIN)
Meta jintemm il-kuntratt li llum il-GCCL għandha ma' OBSL, ix-xogħol relatat mal-cafeteria ser isir minn ħaddiema tal-Gozo Channel u għal dan il-għan, ser tinħareġ internal call lill-ħaddiema fil-jiem li ġejjin biex jimtlew dawn il-postijiet.
Jista' il-Ministru jinvestiga r-raġuni li għaliha d-drenaġġ fl-inħawi tal-housing estate ta' St Patricks f'Pembroke ifur b'mod regolari?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-waqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal PQ 7220, jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma illi l-ħsara li kien hemm fil-mejn ġiet imsewwija. Il-fawran - li ma jistax jingħad li kien xi ħaġa regolari - kien ikkawżat minn sadd li kien imnaddaf.
Il-manhole fit-triq in kwestjoni kellha bżonn tikħil minn ġewwa biex ikun assigurat li jekk ikun hemm xi fawran id-drenaġġ ma jgħaddix mill-fili ta' din il-manhole u jiskula f'kantina privata.
Jien infurmat ukoll li fil-bitħa ta' wara ta' post privat partikolari hemm manhole oħra tal-mejn pubbliku tad-drenaġġ u s-sid tal-post kellu jikkontattja lill-uffiċjali tal-KSI biex isir appuntament ħalli issir spezzjoni u jsiru tiswijiet jekk ikun il-każ.
Jista' il-Ministru jara li mill-aktar fis possibbli titwaħħal bozza fi Triq Nutar Manuel Debono, Naxxar, fil-parti bejn Triq il-Paroċċa u Triq Luqa Briffa, liema bozza kienet tneħħiet minħabba bini li kien tiela'?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-lampa msemmija ma taqax taħt ir-responsabilita' tal-Korporazzjoni Enemalta. Din il-lampa ġiet devoluta lill-Kunsill Lokali Naxxar u għalhekk kull xogħol fuqha jrid isir mill-Kunsill Lokali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali sena b'sena, mill-1 ta' Jannar 2000 sa l-aħħar ta' Diċembru 2003: a) sabiex sar refurbishment tas-silos tal-Medigrain; b) fi bdil ta' parts ta' makkinarju fl-istess Medigrain; c) f'materjal għat-tibjid fl-istess Medigrain; d) f'apparat ta' air conditioning fil-Medigrain?
Response (GATT, AUSTIN)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 7307 ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta' spejjeż għall-manutenzjoni u tiswijiet kienet kif ġejja -
2000 2001 2002 2003
LM LM LM LM
Manutenzjoni u tiswijiet 20,779 9,576 3,725 3,070
Airconditioning - 200 192 -
Jista' il-Ministru jagħti lista tal-Management u l-ħaddiema kollha li kien hemm impjegati mal-Medigrain Ltd. kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' ukoll jgħid x'kienu s-salarji ta' kull individwu kull sena matul l-istess perijodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Medigrain kellhiex kontrollur finanzjarju kwalifikat matul dawn l-aħħar snin? Min kien u kemm serva?
Response (GATT, AUSTIN)
Is-Sur Alex Agius F.I.A., C.P.A.A, MBA (Henley) kien appuntat bħala l-Financial Controller tal-Medigrain f'Ġunju 2001. Sal-lum għadu jaqdi dawn ir-responsabbiltajiet.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-pjan biex jingħalqu l-operazzjonijiet tal-korporazzjoni Enemalta f'Birżebbugia? Min fejn huwa propost li topera?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat illi t-trasferiment tal-"Petroleum Division" ta' B'Bugia għall-post il-ġdid f'Ħas Saptan, għadu fill-fażi inizzjali tiegħu. Għalissa, l-applikazzjoni flimkien mas-'site plans' ġew sottomessi lill-MEPA.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6749, jista' il-Ministru jgħid fejn waslet it-talba li resident li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għamel lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li minn analiżi ta' l-ilma in kwistjoni li sar mill-Korproazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma fid-29 ta' Lulju 2004, rriżulta illi dan hu x'aktarx ilma tad-drenaġġ. Madankollu meta l-Uffiċċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma spezzjonaw il-main tad-drenaġġ f'Zerafa Street, Marsa ma nstabet ebda ħsara.
Jidher li l-investigazzjoni għandha titkompla billi l-ispetturi tas-Sanita' jispezzjonaw il-house mains u s-sufuni privati tad-djar fit-triq biex ikun stabbilit jekk l-ilma in kwestjoni hux riżultat ta' ħsara f'dawn il-katusi privati.