Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar — Birkirkara

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm sewa s'issa lill-Awtorita' tad-Djar il-proġett Valley Road/Mannarino Road, Birkirkara? Kemm hu stmat li se jiswa dan il-proġett? Kemm se jibbenifikaw ċittadini f'materja ta' units?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fuq dan il-proġett li għadu fil-fażi inizzjali l-Awtorita' tad-Djar diġa nefqet Lm 10,630. Dan il-proġett jinkludi 32 l-appartament. Peress li għadu ma ġiex konklus il-prezz finali mas-sidien affetttwati mill-proġett, l-istima ma tistax tingħata għalissa.

Kwalifiki Vokazzjonali Nazzjonali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'xogħol sar s'issa mill-Korporazzjoni Impjiegi u Taħriġ biex tiġi żviluppata s-sistema ta' l-NVQs - il-kwalifiki vokazzjonali nazzjonali? Meta mistennija tidħol fis-seħħ din is-sistema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ħadmet fil-qrib mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fit-tfassil ta' sistema nazzjonali ta' kwalifiki vokazzjonali. Ix-xogħol qiegħed jiġi kkordinat mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni b'konsultazzjoni mal-Ministru tal-Politika Soċjali kif jitlob l-Att dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ. L-avviż legali li jwaqqaf din is-sistema huwa mistenni joħroġ din is-sena.

ETC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tagħrif għandha l-Korporazzjoni Impjiegi u Taħriġ dwar l-illitteriżmu, il-livell skolastiku u l-kwalifiki tal-persuni bla xogħol skond l-istatistika ta' April, 2000? Jista' jpoġġi dan it-tagħrif fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista jorganizza t-tagħrif skond etajiet u sessi differenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Djar — Research and Policy Development Unit

Question

B'riferenza għall-ħolqien ta' Research and Policy Development Unit, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min hi l-persuna magħżula; xi kwalifiki għandha; fuq liema kriterji ġiet magħżula u jekk saritx sejħa regolari; x'inhuma t-terms of reference ta' dan il-unit; jekk ix-xogħol ta' dan il-unit hux ser jiġi preżentat taħt xi forma ta' rapport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika għal xhix qed jirreferi.

Djar — Skemi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li bbenefikaw mill-iskemi mnedija mill-Awtorita' tad-Djar sabiex persuni jieħdu xi ġenitur magħhom għall-perjodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' l-Ministru jindika l-lokalita' minn fejn dawn l-applikanti jemanaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Biex tingabar din l-informazzjoni, l-Awtorita' tad-Djar ghandha bzonn aktar zmien u ghalhekk din l-informazzjoni tinghata l'quddiem.

Akkomodazzjoni Soċjali — Homeless

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' dawk il-persuni li applikaw mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali li ġew riferuti lid-dipartiment u kienu dikjarati homeless? Jista' l-Ministru jagħti l-lokalita' minn fejn dawn l-applikanti ġejjin, kienux familji jew persuni individwali u jekk kienux f'impjieg jew xorta oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi hemm 25 każ fejn l-applikant iddikjara li hu jew hi homeless. Dawn huma minn madwar Malta kollha. L-informazzjoni personali ta' l-applikanti hi kunfidenzjali.

Djar — Żviluppi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Awtorita' tad-Djar għandha tender documents u pjanti preparati għar-rigward ta' żvilupp ta' plots f'maisonettes u garaxxijiet? Jista' l-Ministru jindika l-lokalitajiet u n-numru ta' l-istess u dan in linja ma' dak dikjarat f'paġna 18 tar-rapport tas-sena 1998-1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hi kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar — Trasferimenti - Postijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm, mill-203 talba li saru mill-Awtorita' tad-djar lill-Kummissarju ta' l-Artijiet, sabiex jiġu trasferiti lilha postijiet tal-gvern permezz ta' ordni presidenzjali, ġew milqugħa, l-lokalita' ta' kull post u anke jekk dawn għadhomx f'idejn l-istess awtorita' jew ġewx assenjati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-talbiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ġew kollha milqugħa. L-informazzjoni dwar il-lokalita' ta ' kull propjeta' hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija għadha qed tinġabar.

Djar — Skema "J"

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' Skema "J" kemm kien hemm applikazzjonijiet għal perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' jagħti l-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati u fuq liema bażi għar-rigward ta' l-aħħar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Skema 'J' kienet skadiet qabel l-1 ta' Ottubru 1999.

Djar — Skema "I"

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li għamlu użu minn Skema "I" sabiex inkwilini f'residenzi governattivi jsiru sid ta' darhom għal perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' jagħti l-lokalita' minn fejn l-applikanti jemanaw? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet jikkonċernaw djar, maisonettes jew flats? Kemm ġew milqugħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Djar — Skema V

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'possibilita' hemm li l-iskema V, u cioe' l-installar ta' lifts fi proprjetajiet tal-gvern, tiġi estiża għal-lokalitajiet oħra f'Malta u Għawdex u li wkoll ibatu minn turġien? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet ġodda għall-perjodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Il-lokalita'? Kemm ġew milqugħa u kemm rifjutati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-okkazjoni tal-'Ġimgħa għall-Persuni b'Diżabilita' li saret fis-sena 1999 l-Awtorita' tad-Djar estendiet din l-Iskema għall-blokki kollha tal-Gvern madwar Malta u Għawdex fejn jgħixu persuni li għandhom problema ta' mobilita'. Bejn l-1 ta' Ottubru 1999 u Ġunju 2000 l-Awtorita' tad-Djar irċiviet 16-il applikazzjoni. Sal-lum l-Awtorita tad-Djar issottomettiet sitt applikazzjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Dawn jinsabu 4 fil-Furjana u 2 fil-Pieta'. Ftit ġranet oħra, ser tinħareġ sejħa pubblika għall-offerti għal dawn ix-xogħlijiet. Fl-istess ħin, ser jiġu sottomessi aktar applikazzjonijiet għall-installazzjoni tal-lift ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Kull applikazzjoni fejn tista' tiġi installata s-sistema tal-lift dan ser isir. Il-lokalitajiet huma:- Lokalita' Applikazzjoni Floriana 2 Lija 1 Pieta' 2 Qormi 2 San Giljan 1 Tarxien 1 Ta' Xbiex 4 Valletta 3 Hi l-intenzjoni ta' l-Awtorita' tad-Djar li aktar il-quddiem testendi din l-Iskema għall-lokalitajiet oħra.

Djar — Skema W

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li applikaw taħt l-iskema W u cioe' sussidju fuq xogħolijiet ta' irranġar fi djar proprjeta' tal-gvern għall-perjodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa? Minn liema lokalita' ġew l-applikazzjonijiet? X'inhuma t-tip ta' familji li applikaw (ie. n-numru ta' persuni fil-familja? Kemm hemm djar mibnija qabel l-1960? Kemm hemm djar mibnija wara l-1960?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-perjodu speċifikat fil-Mistoqsija kien hemm 76 applikazzjoni taħt Skema W, li 42 minnhom ġew aċċettati u l-34 applikazzjoni l-oħra qed jiġu proċessati. Minn dawk li ġew aċċettati 27 kienu jirrigwardaw postijiet mibnija qabel l-1960 u 15 wara l-1960. In-numru ta' membri fil-familji kien ivarja minn wieħed sa ħamsa. L-applikazzjonijiet saru mill-lokalitajiet kif ġej: Attard, Bormla, Fgura, Fleur-de-Lys, Floriana, Ħamrun, Marsa, Mosta, Paola, Pembroke, Rabat, San Ġwann, Sta Luċia, l-Isla, Tarxien, Valletta, Birgu u Żabbar.

Djar — Skema 3

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' skema 3, kemm kien hemm applikazzjonijiet għas-sena 1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' l-Ministru jgħid il-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm-il applikazzjoni ġiet rifjutata u fuq liema bażi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Skema Tlieta kienet skadiet qabel l-1 ta' Ottubru 1999.

Djar — Skema 1

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' skema 1, kemm kien hemm applikazzjonijiet mill-1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' l-Ministru jgħid il-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati u fuq liema bażi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li mill-1 t'Ottubru 1999 sakemm skadiet Skema I fis-7 ta' Ottubru 1999, l-Awtorita' tad-Djar irċeviet 3 applikazzjoniet taħt din l-Iskema, li kollha ġew aċċettati. Il-lokalitijiet minn fejn saru dawn l-applikazzjonijiet kienu: Balzan Msida San Ġiljan

Djar — Skema "Q"

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma dawk li għamlu użu minn Skema "Q" għall-perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' jindika l-lokalita' li tirrigwarda l-applikazzjoni? Jista' jgħid kemm intlaqgħu u kemm ġew rifjutati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-perjodu speċifikat fil-Mistoqsija saru ħames applikazzjonijiet taħt Skema Q, li kollha ġew aċċettati. Il-lokalitajiet minn fejn saru kien kif ġej: Gudja Mosta Naxxar Paola Qrendi

Djar — Skema "P"

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' Skema "P" kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' jagħti l-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati u fuq liema bażi għar-rigward ta' l-aħħar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-perjodu speċifikat fil-Mistoqsija kien hemm żewġ applikazzjonijiet taħt Skema P li minnhom waħda ġiet aċċettata u l-oħra qed tiġi proċessata. Il-lokalitajiet minn fejn saru dawn l-applikazzjonijiet kienu x-Xewkija (Għawdex) u Santa Luċia.

Djar — Skema "N"

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' Skema "N" kemm kien hemm applikazzjonijiet għal perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' jagħti l-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati u fuq liema każi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li sakemm skadiet Skema N fis-7 ta' Ottubru 1999, l-Awtorita' tad-Djar irċeviet 15 l-applikazzjoni taħt din l-iskema. Min dawn, 8 ġew approvati, 5 ġew rifjutati u 2 ġew irtirati mill-applikanti. Ir-raġunijiet għar-rifjut kienu d-dħul li jeċċedi t-Lm 8,000, emfitewsi temporanja l-applikant kien diġa ikkwalifika taħt Skeda 16. Il-lokalitajiet minn fejn saru l-applikazzjonijiet kienu kif ġej: Victoria (Għawdex) Sliema Ħamrun Birgu Wied il-Għajn Żabbar Paola Żajtun Safi

Djar — Skema "M"

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' Skema "M" kemm kien hemm applikazzjonijiet għal perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' jagħti l-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati u fuq liema bażi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Ottubru u s-7 ta' Ottubru 1999, meta skadiet Skema M, l-Awtroita' tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni taħt din l-Iskema.

Djar — Skema "L"

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' Skema "L" kemm kien hemm applikazzjonijiet għal perijodu 1.10.99 - Ġunju 2000? Jista' jagħti l-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati u fuq liema bażi għar-rigward ta' l-aħħar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nġnsab ġnfurmat lġ fġl-perjodu speċġfġkat sas-7 t'Ottubru 1999 meta skadġet l-ġskema, kġen hemm total ta' 4 applġkazzjonġjġet taħt Skema L, lġ mġnnhom 2 ġew approvatġ u 2 ġew ġrtġratġ mġll-applġkantġ. ġl-lokalġtajġet mġnn fejn saru dawn l-applġkazzjonġjġet huma kġf ġej: B'Kara Santa Venera Żabbar Żebbuġ

Djar — Skema "K"

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' Skema "K" kemm kien hemm applikazzjonijiet għal perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' jagħti l-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati u fuq liema bażi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-perjodu speċifikat fil-Mistoqsija saru 14 l-applikazzjoni taħt Skema K li kollha ġew aċċettati. Il-lokalitajiet minn fejn saru dawn l-applkazzjonijiet kienu kif ġej: Attard Mġarr Żabbar Birżebbuġia Mosta Żurrieq Buġibba Pembroke Burmarrad Qala (Għawdex) Iklin Siġġiewi