Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #26696 Sitting 419 2016-07-18 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Safar ta’ persuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23063 u jgħid jekk il-mara tiegħu qattx siefret mingħajr il-Prim Ministru fuq xogħol uffiċjali tal-Gvern u jekk iva, fejn siefret, meta u f’kull każ jista’ l-Prim Ministru jagħti break down ta’ kemm kienu l-ispejjeż għal titjiriet, trasferimenti, lukandi, ikliet u per diem għal dan is-safar tagħha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #26731 Sitting 419 2016-07-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Problema ta’ dħul ta’ ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema ta’ dħul ta’ ilma ġewwa d-dar tagħha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u l-problema li għandha mhijiex kompetenza tal-Korporazzjoni.
Leg 12 PQ #26732 Sitting 419 2016-07-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li ħaddiema jaraw il-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, rigward problema li għandu mal-MEPA?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jipprovdi aktar dettalji.
Leg 12 PQ #26733 Sitting 419 2016-07-18 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konkatidral ta’ San Ġwann – Dipartiment tal-Artijiet – ħwienet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26592 u jgħid liema alternattivi ġew proposti mid-Dipartiment tal-Artijiet lis-sidien tal-ħwienet ħdejn il-Konkatidral ta' San Ġwann u li issa l-kirja tagħhom ġiet terminata? Meta ġew ikkomunikati lilhom dawn l-alternattivi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-proġett imsemmi, għalkemm ingħata l-permess dan l-aħħar, ilu maħsub għal diversi snin. Fil-fatt, il-Fondazzjoni tal-Kon Katidral ta’ San Ġwann, imwaqqfa b’Att Parlamentari biex tkun responsabbli mill-amministrazzjoni tal-Kattidral u hija ukoll uzufruttwarja tal-kirjiet kollha li jidħlu mill-ħwienet tal-Gvern li jinsabu fil-blokka fejn hemm il-Kattidral, ilha ghal dawn l-aħħar snin titlob biex tieħu pussess mill-ħwienet tal-Gvern li ma kienux qed jintu¿aw f’din il-blokka , inkluz l-erba’ ħwienet msemmija mill-Onorevoli Membru u li huma affetwati minn dan il-proġett. Għaldaqstant il-Gvern qiegħed f’diskussjonijiet mal-Fondazzjoni biex tinstab soluzzjoni kemm jista jkun malajr. Peress li iktar kmieni din is-sena kien hemm l-approvazzjoni tal-proġett, id-Dipartiment tal-Artijiet beda jaħseb biex jara x’inhuma l-alternattivi għas-sidien tal-ħwienet li kienu se jkunu affetwati mill-proġett. Saret riċerka biex ikun stabbilit jistgħux jiġu identifikati siti alternattivi pero ma nstabitx propjeta addattata. Għaldaqstant f’April is-sidien gew infurmati illi mhux ser ikun hemm tiġdid tal-kirja. Għalkemm il-gvern mhux teknikament u kontrattwalment dovut iħallas kumpens f’kaz ta’ non-renewal, xorta qiegħed jikkunsidra l-alternattivi ta kif jista jagħmel dan. Il-laqgħat mall-kerrejja tal-hwienet se jibdew dalwaqt. Ġaladarba ma jistax jingħata post alternattiv u ġaladarba kull kumpens li jista jingħata mhux bi dritt izda ex gratia ,u jrid ikun miftiehem mal-Fondazzjoni, ma kienx hemm in-neċċessita illi dawn isiru qabel ma jagħlaq it-terminu tal-kera.
Leg 12 PQ #26734 Sitting 419 2016-07-18 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konkatidral ta’ San Ġwann — Dipartiment tal-Artijiet – ħwienet - temm ta’ kirja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26591 u jagħti d-data meta ttieħdet id-deċiżjoni mid-Dipartiment tal-Artijiet li jtemm il-kirjiet tal-ħwienet ħdejn il-Konkatidral ta' San Ġwann?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 26733.
Leg 12 PQ #26735 Sitting 419 2016-07-18 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konkatidral ta’ San Ġwann — Dipartiment tal-Artijiet - ħwienet - laqgħat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26590 u jgħid kemm-il laqgħa hu, jew is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Artijiet jew xi uffiċjal mid-Dipartiment tal-Artijiet kellu mas-sidien tal-ħwienet ħdejn il-Konkatidral ta' San Ġwann u li l-kirja tagħhom issa ntemmet mid-Dipartiment tal-Artijiet? Meta saru dawn il-laqgħat? X'kien l-eżitu ta' dawn il-laqgħat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 26733.
Leg 12 PQ #26736 Sitting 419 2016-07-18 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konkatidral ta’ San Ġwann — ħwienet - post alternattiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26587 u jgħid għalfejn erba’ ħwienet fil-Belt li jinsabu fil-binja li tagħmel parti mill-Konkatidral ta' San Ġwann u li ntbagħtitilhom notifika ta' żgumbrament, ma ngħatawx post alternattiv fil-Belt? Jista' jgħid jekk kellux laqgħat mal-erba’ sidien ta’ dawn il-ħwienet li jagħmlu parti mill-binja tal-Konkatidral ta' San Ġwann biex tinstab soluzzjoni għall-post alternattiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 26733.
Leg 12 PQ #26748 Sitting 419 2016-07-18 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skart mormi f’għalqa biswit residenza – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minħabba li qiegħed jintrema skart f'għalqa biswit ir-residenza tagħha u li qegħda toħloq problemi ta’ saħħa u sigurtà?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċerant.
Leg 12 PQ #26765 Sitting 419 2016-07-18 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Benefiċċji tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26657 u jgħid x'rimedji jeżistu għal dik il-familja li tinsab fil-faqar u m’għandhiex il-mezzi finanzjarji biex iddawwar il-meter tad-dawl minn fuq is-sid tal-post li jinsab mikri lilha sabiex tieħu l-benefiċċju tad-dawl u l-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn ARMS Ltd. li l-benefiċċju msemmi huwa amministrat mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali. Fl-istess waqt deċiżjoni li ħa dan il-Gvern se twassal biex persuni li jgħixu fi propjeta’ mikrija mhux se jkollhom bżonn aktar il-kunsens tas-sid biex jibbenefikaw minn rati residenzjali, u b’hekk minn rati orħos tal-enerġija.
Leg 12 PQ #26772 Sitting 419 2016-07-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar – organizzazzjonijiet sportivi – rati preferenzjali għal permessi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk organizzazzjonijiet sportivi jgawdux minn rati preferenzjali meta japplikaw għall-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-termini li fuqhom tali rati huma komputati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt informat mill-Awtorita tal-Ippjanar,li strutturi ta’ faċilitajiet sportivi jew strutturi anċillari, eskluż l-użu ta’ Klassi 4C u 4D, li ma jkunux parti minn żvilupp kummerċjali, u fejn l-applikant ikun il-Kunsill Malti għall-iSport jew entità reġistrata mal-Kunsill Malti għall-iSport jaqgħu fil- kategorija ta’ soċjali/kulturali/sportiva/edukattiva/ċaqlieq meħtieġ skont Avviż Legali Numru 356 tal-2010. Annessa tinsab tabella li tagħti ir-rati ta’ din il-kategorija. DPF Drenaġġ Triq Ħlas Ambjentali Massimu Rata (€) Rata (€) Rata (€) Rata (€) Rata (€) Żvilupp Kull m ² Kull m ² Kull m ² Kull m ² DPF Ħlas Ambjentali Soċjali/Kulturali/ Sport/Edukattiv/ ċaqlieq meħtieġ 4.00 2.20 1.20 0.12 35,000 2,000
Leg 12 PQ #26779 Sitting 419 2016-07-18 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kopji tar-reġistru elettorali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid huwiex minnu li bħalissa mhemmx kopji stampati tar-reġistru elettorali li normalment jinbiegħ mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI) lill-pubbliku? Jista' jgħid jekk il-kopji li kienu diġa' stampati u għall-bejgħ ġewx irtirati hekk kif ġew żvelati sensiela ta' nuqqasijiet fl-applikazzjoni ta' diversi persuni li isimhom ġie nkluż fir-reġistru elettorali ppublikat f'April 2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-każ tal-verżjoni stampata din kienet giet sospiża biss temporanjament u dan sakemm saret verifika li tirrigwarda l-ispiża ta’ l-istampar. Dan sar f’qasir żmien u ninsab informat li r-Registru Elettorali fil-verżjoni stampata ilu li reġa jinsab għall-bejgħ. Il-bejgħ tal-verżjoni CD tar-Registru Elettorali qatt ma’ ġiet sospiża u l-bejgħ baqa’ għaddej.
Leg 12 PQ #26662 Sitting 418 2016-07-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar – spezzjonijiet mill-PA dwar l-open plots

Question

Billi jidher li l-PA ma wettqitx spezzjonijiet biżżejjed fl-inħawi tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar, għal dak li jikkonċerna l-open plots, u billi dawn l-istess plots huma viżibbli minn bosta nħawi ta' dawn l-istess lokalitajiet, jista' l-Prim Ministru jitlob lill-PA biex tagħmel spezzjonijiet fuq it-toroq kollha ta' dawn il-lokalitajiet biex jiġi stabbilit liema minnhom fil-fatt hemm il-ħtieġa li jingħalqu minħabba l-ħmieġ li fihom, u dan a skapitu ta' residenti u persuni oħra li fil-fatt jiffrekwentaw dawn l-istess inħawi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt informat mill-Awtorita tal-Ippjanar li b'riferenza għal din il-Mistoqsija Parlamentari u anke għal diversi Mistoqsijiet Parlamentari oħra li saru fuq dan is-suġġett, mhux kull open plot huwa meħtieġ li jingħalaq b'ħajt jew metodu ieħor. Il-ħtieġa ta' għeluq tinħoloq meta jkun hemm ħsara jew inkonvenjent fiz-zona tal-madwar u, f'dawk il-każi, l-Awtorità tal-Ippjanar tkun tista' tuża l-poteri li għandha skont artikolu 99 tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp. Fuq il-kwistjoni ta' ħsara jew inkonvenjent, l-Awtorità tirċievi ilmenti mingħand diversi entitajiet governattivi, kunsilli lokali, residenti u persuni oħra li jitolbu lill-Awtorità tintervjeni meta jkun il-każ. Għaldaqstant, l-Awtorità temmen li huwa aktar utli u logiku illi tispezzjoni dawk is-siti li verament qed joħolqu ħsara u inkonvenjent u mhux is-siti kollha mhux żviluppati li jeżistu madwar Malta u Għawdex. Jekk l-Onorevoli Interpellant jaf b'xi siti speċifiċi li jimmeritaw azzjoni mill-Awtorità, huwa mħeġġeġ sabiex jagħti tali informazzjoni (anke b'mod kunfidenzjali) lil min hu konċernat.
Leg 12 PQ #26669 Sitting 418 2016-07-13 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Madliena – Ta’ Stronka — konsultazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’wassal lill-Gvern biex jagħti struzzjonijiet lill-MEPA biex toħroġ avviż fil-gazzetti għal rispons u feedback dwar konsultazzjoni dwar reviżjoni għall-pjan tal-iżvilupp taż-żona Ta’ Stronka, fil-Madliena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli membru għar-risposta għal mistoqsija 26668. It-tibdil huwa maħsub biex jipproteġi l-wirt storiku li hemm fuq dan is-sit, liema wirt kien ippjanat li jinqered taħt il-pjan attwali approvat fl-2006.
Leg 12 PQ #26624 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Għajn –żvilupp tas-sit tal-ex Jerma Palace Hotel

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25884 u jinforma lill-Kamra f’liema pożizzjoni wasal il-permess li ġie sottomess oriġinarjament mal-MEPA sabiex jiġi żviluppat mill-ġdid is-sit tal-ex Jerma Palace Hotel, f’Wied il-Għajn?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-istess Awtorita għandha quddiemha applikazzjoni 'Outline' PA3836/08 u mhux permess kif ntqal fil-mistoqsija tiegħu, fejn qed jintalab twaqqigħ sħiħ tal-lukanda Jerma f’Wied il-Għajn u bini mill-ġdid ta' lukanda kif ukoll numru ta' residenzi li jagħmlu parti minn pjan ta' proġett sħiħ. Din l-applikazzjoni giet sottomessa fit- 2 ta' Awwissu 2008 u giet ippubblikata għall-konsultazzjoni pubblika fit- 3 ta' Settembru 2008 għal-terminu ta' 21 ġurnata. Bejn it-22 ta' Ottubru 2008 u t-23 ta' Marzu 2009, l-istess applikazzjoni għaddiet mill-proċess ta' konsultazzjoni fi ħdan l-Awtorita' tal-Ippjanar fejn ġie stabbilit illi kull żvilupp propost fuq dan is-sit huwa suġġett għal-Development Brief kif gie stabilit fil-Pjan Lokali ta’ Marsaskala. L-applikant gie informat, permezz ta' ittra uffiċjali datata 23 ta' Marzu 2009, illi jekk jagħżel li jkompli bl-iproċessar tal-applikazzjoni, id-Direttorat tal-Ippjanar ikollu jipproċedi billi japplika l-Planning Policies tal-Pjan Lokali preżenti, cioe' jipproċedi b'rakkomandazzjoni negattiva għal-deċizjoni quddiem il-Bord tal-Ippjanar. Għalhekk din l-applikazzjoni tinsab sospi¿a tistenna sottomissjonijiet mill-applikant wara li l-Awtorità informatu illi kull żvilupp propost fuq dan is-sit huwa suġġett għal- Development Brief kif mitlub mill-Pjan Lokali taż-żona.
Leg 12 PQ #26637 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prezzijiet tal-Elettriku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhi d-differenza fil-prezz li l-klijenti jkollhom iħallsu tal-elettriku, skont il-kategorija ta' servizz li jkollhom? X'inhuma l-kriterji li jwasslu biex klijent iħallas skont kategorija, minflok oħra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-Avviż Legali Nru. 108 tal-2014 dwar it-tariffi tal-elettriku għar-residenzi u Avviż Legali Nru. 107 tal-2015 dwar it-tariffi non-residenzjali.
Leg 12 PQ #26666 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Madliena – Ta’ Stronka — proprjetà

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jbigħ proprjetà jew partijiet mill-proprjetà fl-inħawi Ta’ Stronka fil-Madliena fejn hemm il-Medical Stores?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li qed issir konsultazzjoni dwar revi¿joni parzjali tal-pjan lokali dwar din iż-żona mill-Awtorità tal-Ippjanar ,id-Dipartiment tal-Artijiet qed jistenna l-eżitu ta’ din il-konsultazzjoni qabel ma jikkonsidra bejgħ ta’ propjetà fl-inħawi Ta’ Stronka fil-Madliena.
Leg 12 PQ #26667 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Madliena – Ta’ Stronka — proprjetà

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk sal-lum qattx ħarġet sejħa għall-offerti biex din il-proprjeta' Ta’ Stronka fil-Madliena jew inkella partijiet minn din il-proprjetà jew artijiet fl-inħawi jinbiegħu? Jekk fl-affermattiv, kemm daħlu offerti u jekk intlaħqux l-offerti minimi li stabbilixxa l-Gvern għal din l-offerta? Jekk le, il-Gvern huwa beħsiebu jerġa’ joħroġ din l-offerta? Jekk iva, jista’ l-Ministru jindika jekk il-parametri tas-sejħa għall-offerti hux se jkunu l-istess jew inkella humiex se jinbidlu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Settembru 2013 kienet ħarġet sejħa għall-offerti għall-bejgħ ta’ ħdax-il sit individwali fiz-zona ta’ Stronka l-Madliena izda l-ebda waħda minn dawn is-siti ma nbiegħu. F’din is-sejħa intefgħet offerta waħda għal sit wieħed u offerta oħra għal sit ieħor. Għalkemm iz-zewġ offerti kienu ftit ogħla mill-valur minimu li stabbilixxa l-Gvern, dawn iz-zewġ offerti ma ġewx milqugħa. Dwar l-aħħar parti tad-domanda, nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26666.
Leg 12 PQ #26668 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Madliena – Ta’ Stronka – pjan ta’ żvilupp

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk għaż-żona Ta’ Stronka fil-Madliena hux qed ikun ippjanat tibdil fil-Pjan ta’ Żvilupp għal din iż-żona? Jekk fl-affermattiv, x’tip ta’ tibdil qed ikun ippjanat għal din iż-żona? It-tibdil li qed ikun ikkunsidrat jinkludi tibdil fil-height limitations u tibdil fit-tip ta’ żvilupp fuq dak li jista’ jsir s’issa fiż-żona Ta’ Stronka? Jekk iva, x’tip ta’ żvilupp qed ikun ikkunsidrat? Qed ikun ikkunsidrat li jista’ jsir żvilupp li mhumiex villel? Qed ikun ikkunsidrat li jsiru xi forma ta’ appartamenti bit-tibdil li qed ikun ikkunsidrat fil-pjan ta’ żvilupp?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-avviż tal-istess Awtorita, jindika biċ-ċar li ser ikun hemm tibdil fil-Pjan ta’ Żvilupp għaż-żona ta’ Stronka. It-tibdil huwa maħsub biex jipproteġi l-wirt storiku li hemm fuq dan is-sit, liema wirt kien ippjanat li jinqered taħt il-pjan attwali approvat fl-2006. Id-direzzjoni tal-Gvern kienet tindika li l-ambjent residenzjali għandu jiġi mħares u għalhekk mhux se jkun propost l-ebda żvilupp li jkun imur kontra din id-direzzjoni. Il-proposta dettaljata għada qed tiġi ppreparata mill-Awtorita’ tal-Ippjanar u wara tkun ippubblikata għall-konsultazzjoni pubblika.
Leg 12 PQ #26675 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għaqdiet sportivi – twaħħil ta’ tabelli

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-għaqdiet sportivi humiex eżenti mill-ħlasijiet ta' Transport Malta biex iwaħħlu tabelli?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .
Leg 12 PQ #26676 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għaqdiet sportivi – twaħħil ta’ tabelli

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika fejn fl-avviż legali dwar ħlasijiet dovuti lil Transport Malta għat-twaħħil ta' tabelli hemm imniżżel li l-għaqdiet sportivi huma eżenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .