Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19470 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kotba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq xiri ta' kotba għall-librerija pubblika ċentrali; fuq xiri ta' kotba għall-branch u regional libraries; fuq il-komputerizzazzjoni tal-librerija ċentrali u fuq il-komputerizzazzjoni tal-branch u regional libraries għal kull sena matul is-snin 1990 - 2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nefqa mill-Librerija Pubblika Ċentrali u mill-Fergħat, kemm Branch kif ukoll Regional, għax-xiri ta' kotba u għall-kompjuterizzazzjoni, hi kif ġej: SENA XIRI TA' KOTBA KOMPJUTERIZZAZZJONI C.P.L. LM FERGĦAT LM C.P.L. LM FERGĦAT LM 1990 12855 10926 ** ** 1991 13182 11067 ** ** 1992 14864 12762 ** ** 1993 13028 13602 ** ** 1994 20800 10075 ** ** 1995 24289 20044 ** ** 1996 22458 13061 ** ** 1997 20658 12054 ** ** 1998 8989 5020 7245 7792 1999 7668 5010 6527 6976 2000* 9200 4800 NIL 2242 * sa Awwissu 2000 ** Fil-perjodu ta' bejn l-1990-1997, l-informazzjoni dwar kemm intefqu flus għall-kompjuterizzazzjoni tal-Librerija Pubblika Ċentrali u għall-Libreriji Branch u regional, tista' tinkeseb mingħand il-MITTS (MSU).
Leg 9 PQ #19472 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kotba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba għat-tfal fil-librerija pubblika ċentrali; kemm inxtraw kotba għall-kbar fil-librerija pubblika ċentrali; kemm inxtraw kotba għat-tfal fil-branch u fir-regional libraries u kemm inxtraw kotba għall-kbar fil-branch u fir-regional libraries matul kull sena mill-1990 sa l-2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' kotba li nxtraw fil-perjodu ndikat mill-Librerija Nazzjonali u mill-fergħat, Branches u Regional, kemm għall-kbar u kemm għat-tfal huwa kif ġej: SENA C.P.L. Kbar C.P.L. Tfal FERGĦAT Kbar FERGĦAT Tfal 1990 2065 1011 4331 6495 1991 2077 1038 5072 6509 1992 2426 1213 4987 6083 1993 2120 1060 3987 4471 1994 2740 1369 5288 6598 1995 2508 1254 4976 6567 1996 2218 1109 4792 5498 1997 2076 1038 3702 5113 1998 1291 645 1784 3992 1999 1343 671 1583 3213 2000* 1300 714 1412 2918 * sa Awwissu 2000
Leg 9 PQ #19475 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Libreriji — Kotba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm self ta' kotba lit-tfal mill-librerija pubblika ċentrali; self ta' kotba lill-kbar mil-librerija pubblika ċentrali; self ta' kotba lit-tfal mill-branch u mir-regional libraries u kemm kien hemm self ta' kotba lill-kbar mill-branch u mir-regional libraries għal kull sena bejn l-1990 u l-2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' kotba mislufa fil-perjodu ndikat mill-Librerija Nazzjonali Ċentrali u mill-Fergħat, Branch u Regional, kemm għat-tfal u kemm għall-kbar huma kif ġej: SENA C.P.L. KBAR C.P.L. TFAL FERGĦAT KBAR FERGĦAT TFAL 1990 203041 114447 110765 261784 1991 193832 104600 127720 298013 1992 185673 131002 128076 272161 1993 200612 154774 131226 337435 1994 196724 121340 141539 315045 1995 199076 100279 171976 282964 1996 168371 88319 178234 237244 1997 145511 92417 181231 248385 1998 146022 116439 182448 256307 1999 182798 134435 179346 237759 2000* 110290 88587 118212 184663 * sa Awwissu 2000
Leg 9 PQ #19477 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Librerija Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm u xi gradi jħaddnu l-impjegati li jaħdmu fil-librerija nazzjonali fis-sezzjoni tal-katalogar tal-kotba? Xi kwalifiki ta' librarianship għandhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fis-sezzjoni tal-katalogar tal-kotba fil-librerija nazzjonali hemm żewġ impjegati li t-tnejn jippossjedu d-Diploma in Libraries and Information Studies. Barra minn dan, impjegata minnhom tippossjedi wkoll M.A. fl-Ingliż.
Leg 9 PQ #19525 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet — Ftuħ ta' Mużewijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra attivament li l-mużewijiet u s-siti storiċi fil-gżejjer tagħna jibdew ta' l-inqas darba fix-xahar nhar ta' Ħadd ikunu bla ħlas sabiex jiġu mħajrin aktar familji Maltin iżuruhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva qed nikkonsidra l-proposta ta' l-Onor. Membru.
Leg 9 PQ #19539 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

St. Edward's College — Miżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-gvern għall-ittra mibgħuta mill-kap tal-kulleġġ St. Edward's lill-ġenituri ta' l-istudenti li jattendu din l-iskola fejn intqal li "ma jistax jifhem kif il-gvern qed jagħti żieda ta' 20% lill-impjegati tiegħu meta jgħid li għandu defiċit kbir u b'hekk se jkollu jgħolli l-miżati bl-istess rata biex jħallas l-għalliema tiegħu"?

Response (GALEA, LOUIS)

Dak li qed tirreferi għalih din il-Mistoqsija Parlamentari hija biss l-opinjoni ta' min kiteb u ffirma dik l-ittra.
Leg 9 PQ #19371 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Eżamijiet tal-MATSEC

Question

Kemm kien hemm studenti u f'liema suġġetti talbu reviżjoni tal-karta għall-eżemijiet tas-SEC u l-MATSEC li saru f'Mejju, 2000? Kemm kien hemm każi fejn il-marka ġiet imtellgħa? F'kull każ x'kienet il-marka ta' qabel u kif saret riveduta? X'kienu r-raġunijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub, ġejt informat li l-kandidati li joqogħdu għall-eżamijiet tas-SEC, jistgħu jitolbu Reviżjoni tal-Karti, wara l-pubblikazzjoni tar-riżultat. Din il-proċedura ilha ssir sa minn meta daħal fis-seħħ dan l-eżami. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta' talbiet u l-bdil fil-gradi li kien hemm għall-eżami ta' Mejju 2000. Għal dan il-għan jinħatar eżaminatur ieħor u jerġa' jifli li l-marki mogħtija. Il-bdil fil-gradi jsir biss wara qbil mal-bord ta' l-eżaminaturi. Il-kandidat jingħata rapport fuq dak li jkun kiteb fl-eżami mill-eżaminatur addizzjonali. Ma' dawn it-talbiet, l-Uffiċċju tal-Matsec waqt li jkun sejjer bl-eżerċizzju msemmi hawn fuq, jerġa' jagħmel reviżjoni tal-pubblikazzjoni tar-riżultat u jekk isib li jkun hemm xi żbalji klerikali min-naħa ta' l-amministrazzjoni jew ta' l-eżaminaturi, l-istudenti jkunu mgħarrfa bit-tibdil meħtieġ minnufih. B'dan l-eżerċizzju jiġi żgurat li l-istudenti jkunu ħadu dak li ħaqqhom u li tawhom l-eżaminaturi. Fis-sessjoni ta' Mejju, b'dan l-eżerċizzju, għalkemm l-istudenti ma talbux reviżjoni tal-karti ta' l-eżami, instab li kellhom jiġu kkoreġuti żewġ żbalji fir-riżultati ta' l-Ingliż. L-istudenti konċernati kienu mgħarrfa bit-tibdil qabel is-sessjoni ta' Settembru. Din hi proċedura normali li ssir minn kull bord ta' eżamijiet, anke dawk barranin.
Leg 9 PQ #19373 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skejjel tal-Knisja

Question

Huwa aċċettabbli li fl-iskejjel tal-Knisja ffinanzjati mill-fondi pubbliċi hemm każi fejn qed jiddeċiedu li mar-riżultat ta' l-aħħar tas-sena ta' l-istudenti jniżżlu l-kliem "asked to leave" u jgħidulhom li jridu jitilqu mill-iskola u jsibu oħra? X'qed jagħmel il-ministeru f'każi bħal dawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Sabiex inkun nista' nwieġeb din il-mistoqsija, napprezza jekk l-Onor. Membru, anke kunfidenzjalment, jispeċifika l-każ jew każijiet partikolari biex inkun nista' ninvestiga ċirkostanzi tal-każ.
Leg 9 PQ #19403 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Konsulenzi — Nefqa Totali Annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 18693 u 18780.
Leg 9 PQ #19412 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Giovanni Curmi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex studenti li jattendu l-iskola Giovanni Curmi, Naxxar u li se jirrepetu s-sena mhumiex se jingħataw stipendju? Ma jidhirlux il-Ministru li dawn l-istudenti għandhom bżonn l-għajnuna daqs ħaddieħor?

Response (GALEA, LOUIS)

Skond l-avviż legali Regolamenti ta' l-1999 dwar l-Ghotjiet ta' Manteniment għal Studenti Post Sekondarji Terzjarji, l-istudenti kollha post sekondarji jew universitarji u mhux dawk li jattendu Giovanni Curmi Higher Secondary School biss, li jkollhom jirrepetu xi sena mill-kors magħżul ta' studju tagħhom, ma jkollhomx dritt għall-għotja ta' manteniment matul dik is-sena li huma jkunu qegħdin jirrepetu (Part 1 Para. 1)
Leg 9 PQ #19417 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Giovanni Curmi

Question

Jaf il-Ministru bl-anomaliji ta' riżultati f'eżamijiet ta' l-aħħar tas-sena li saru fl-iskola Giovanni Curmi fejn, per eżempju, hemm min weħel mis-systems of knowledge, fejn ġab il-marka ta' 45 u ġie mogħti fail, filwaqt li min ġab marka anqas fl-istess tip ta' suġġett ġie mogħti marka C? Jekk jaf, jidhirlu li hemm lok ta' reviżjoni f'dawn il-marki biex ma jbatux l-istudenti kkonċernati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Systems of Knowledge ma ġiex assessjat permezz ta' eżami ta' l-aħħar tas-sena biss u għalhekk ma jistgħux isiru paraguni miegħu. Il-marki ma ngħatawx bħala ittri iżda bħala numri minn massimu ta' mija. L-istudenti li weħlu ġabu marki baxxi b'riżultat ibbażat fuq ix-xogħol ta' matul is-sena (modules) - 50% u fuq l-eżami - 50% oħra.
Leg 9 PQ #19419 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Giovanni Curmi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm is-sena li għaddiet (1999) studenti fl-Iskola Giovanni Curmi li kienu weħlu mill-eżamijiet u wara li talbu reviżjoni tal-karta ġew informati li kien hemm żball fil-marka li ġew mogħtija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kien hemm ebda talba għar-reviżjoni tal-karta. Konsegwentament ħadd ma ġie nfurmat li l-karta ġiet riveduta u l-marka nbidlet. Ġew ikkoreġuti biss xi tlieta jew erba' żbalji klerikali li saru meta l-informazzjoni ddaħħlet fil-kompjuter, iżda ma saret ebda reviżjoni ta' karti.
Leg 9 PQ #19420 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Giovanni Curmi

Question

Jaf li fil-karta ta' l-eżami tal-ġeografija ta' l-Iskola Giovanni Curmi instabu diffikultajiet għaliex il-mappa li ġiet mogħtija lill-istudenti ma kenitx tingħaraf? X'sar biex dan jiġi rimedjat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Giovanni Curmi, bejn Marzu u Ġunju saru 5 eżamijiet interni tal-Ġografija. F'Marzu kien hemm 2 eżamijiet fil-livell avvanzat u eżami wieħed fuq livell intermedjarju. Dawn l-eżamijiet qagħdu għalihom biss studenti tat-tieni sena. F'Ġunju kien hemm eżami wieħed fil-livell avvanzat u ieħor fil-livell intermedjarju li qagħdu għalihom studenti mill-ewwel sena. Minn dawn il-ħames eżamijiet, tlieta minnhom kien fihom mappa bħala bażi ta' xi mistoqsija. Waqt jew wara dawn l-eżamijiet, il-kordinaturi fl-iskola Giovanni curmi ma rċevew ebda lment dwar xi mappa mogħtija għall-eżami. L-istudenti kollha, ħlief wieħed għaddew minn dawn l-eżamijiet. Bħala eżerċizzji ta' sapport u moderazzjoni, l-għalliem tas-suġġett tkellem ma' l-istudent li weħel u ddiskuta miegħu ir-raġunijiet wara dak ir-riżultat negattiv. Anki f'dan il-każ ma ħariġx li kien hemm xi relazzjoni bejn ir-riżultat negattiv u l-kwalita tal-mappa kif stampata. Din il-mappa kienet riprodotta kif suppost, bħall oħrajn.
Leg 9 PQ #19443 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Persuni li jbatu bid-dyslexia

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex impjegati mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni kif ukoll ma' dipartimenti oħra li jbatu mid-dyslexia iżda jafu jiktbu u jaqraw ikunu jistgħu javvanzaw fi grad ogħla milli jkollhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Inħoss li l-ewwel jinħtieġ insaħħu u nkomplu nibnu s-servizz ta' Specific Learning Difficulties li jagħti għajnuna lil studenti dyslexic, li qegħdin kemm fl-iskejjel primarji kif ukoll fis-sekondarji.
Leg 9 PQ #19469 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri fil-Malta Racing Club?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-kumitat rikostitwittal-Malta Racing Club hu kompost kif ġej: Chairman: Is-Sur George Fenech Membri: Is-Sur Charles Borg Is-Sur Anthony Debono Is-Sur Dione Drago Is-Sur Charles Farrugia Is-Sur Raymond Mifsud Is-Sur Piju Saliba Dr Joseph J. Vella Is-Sur Kenneth Vella.
Leg 9 PQ #18773 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Xogħol ta' restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt jammontaw f'ċifra ta' flus il-pagamenti pendenti li jridu jsiru lill-kuntratturi li għamlu xogħlijiet u restawr fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni? X'qed jikkawża dan id-dewmien? Kemm fil-fatt jammontaw f'ċifra ta' flus il-pagamenti li jridu isiru abbażi ta' xogħlijiet li qed isiru fil-mument?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni m'għandhiex pagamenti b'lura fuq xogħlijiet eżistenti. Għalhekk dewmien fi ħlasijiet m'hemmx.
Leg 9 PQ #18780 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18147?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mid-Dekasteru tiegħi, id-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni għall-Adulti bbenefika mis-servizz ta' Konsulent wieħed matul din is-sena. F'Lulju dan il-konsulent ippreżenta studji komparattivi ta' sistemi ta' ċertifikazzjoni f'għadd ta' pajjiżi bi preparazzjoni ta' sistema nazzjonali ta' ċertifikazzjoni għal Malta u ta l-pariri tiegħu dwar sistema adattata għal Malta. Il-konsulent talab is-somma ta' Lm1,513 għas-servizz tiegħu. Informat ukoll li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija għandu konsulent barrani wieħed li kien ġie ingaġġat fl-1 ta' Frar, 1997. Dan il-konsulent, Dirk De Ketelaere, Belġjan miżżewweġ Maltija, qiegħed jikkordina x-xogħol tan-Network dwar l-Ilma. Is-salarju ta' dan il-konsulent huwa ta' Lm2,039 fis-sena u huwa marbut li jagħti mill-inqas 8 siegħat ta' xogħol ta' konsulenza fil-ġimgħa, mhux neċessarjament mill-uffiċċju ta' l-M.C.S.T. Bħalissa, il-kuntratt tas-Sur De Keteiaere qiegħed jiġġedded xahar b'xahar.
Leg 9 PQ #19341 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: MICHAEL FRENDO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Youth Studies Specialisation Scheme

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19082?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskema Youth Specialisation Studies Scheme bdiet tiffunzjona fl-1994. Il-kundizzjonijiet kienu: * Self sa massimu ta' Lm8,000 fuq żmien ta' 10 snin. * Il-Bank jagħti moratorium ta' 3 snin. * Il-Ministeru jħallas rata ta' 6% fuq l-ammont ta' self. Il-1% jitħallas mill-benefikant. Il-kundizzjonijiet fl-2000 kienu:- * Self sa massimu ta' Lm10,000 * Applikanti ta' nazzonalita` Maltija ta' bejn is-16 u l-35 sena * Il-kors ta' l-istudju ma jsirx Malta * L-applikanti jkunu aċċettati mill-Universita` ta' barra * Il-kors irid ikun mhux inqas minn sena akkademika u mhux aktar minn ħames snin. Kull sena bejn l-1995 u l-2000 ingħata sussidju lil-istudenti li riedu jkomplu javvanzaw fl-istudju barra minn Malta f'korsijiet li ma jsirux f'pajjiżna. L-uniku sena li ma saritx din l-iskema kienet fl-1998. Sena Numru ta' Studenti 1994 28 1995 12 1996 16 1997 36 1998 -- 1999 15 2000 17
Leg 9 PQ #19347 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dar il-Mediterran tal-Konferenzi

Question

Jista' l-Ministru jara li jittiedħu l-passi sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni li għaliha saret referenza fil-petizzjoni li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra fil-5 ta' Ġunju, 2000 (PL 2186), liema petizzjoni kienet tittratta dwar mużika li tibqa' sejra sas-1.00 a.m. u l-istorbju mill-ħaddiema tal-catering li jibqa' sejjer sas-2.30 a.m.? Jista' l-Ministru jara li s-sewwieqa tat-trakkijiet tal-catering ma jibqgħux jagħmlu użu mill-bieb fi Triq l-Ibjar, Valletta u minflok jużaw il-bieb li hemm fi Triq il-Mediterran meta jkunu qed iħottu jew jgħabbu l-affarijiet tal-catering?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord tat-tmexxija huwa konxju mill-ilmenti tal-ġirien tad-Dar tal-Mediterran u ser jittieħdu passi sabiex jonqos l-inkonvenjent u fl-istess waqt ikun salvagwardjat l-impjieg tat-38 imjegat taċ-Ċentru. Fil-fatt il-caterer intalab sabiex ma jżarmax bil-lejl wara l-function iżda jżarma l-għada filgħodu. Meta jkun hemm il-mużika, din qed titbaxxa għall-volum li ma jdejjaqx lill-ġirien wara l-ħdax ta' bil-lejl. Informat ukoll li sabiex ikun eliminat l-użu tal-bieb fi Triq l-Ibjar, qed isir xogħol minn konsulent sabiex isir it-tibdil strutturali meħtieġ biex isiru , pantries, stores u coldrooms ġodda fuq in-naħa ta' Triq il-Mediterran. Dan kollu jinvolvi eluf kbar ta' liri u xhur twal ta' xogħol peress li l-bookings li kienu daħlu jridu jkunu onorati.
Leg 9 PQ #19347 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dar il-Mediterran tal-Konferenzi

Question

Jista' l-Ministru jara li jittiedħu l-passi sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni li għaliha saret referenza fil-petizzjoni li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra fil-5 ta' Ġunju, 2000 (PL 2186), liema petizzjoni kienet tittratta dwar mużika li tibqa' sejra sas-1.00 a.m. u l-istorbju mill-ħaddiema tal-catering li jibqa' sejjer sas-2.30 a.m.? Jista' l-Ministru jara li s-sewwieqa tat-trakkijiet tal-catering ma jibqgħux jagħmlu użu mill-bieb fi Triq l-Ibjar, Valletta u minflok jużaw il-bieb li hemm fi Triq il-Mediterran meta jkunu qed iħottu jew jgħabbu l-affarijiet tal-catering?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.