Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġenzija Support u l-Aġenzija Sedqa — impjegati

Question

Tista' l-Ministru tindika kemm hemm impjegati separatament fi ħdan is-servizzi kollha offruti mill-Aġenzija Sapport u l-Aġenzija Sedqa? Tista' tindika kemm hi l-case load medja li kull impjegat għandu għal kull servizz offrut?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aġenzija Appoġġ — Perpetrators' programme

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-persuni li rrikorrew għand l-Aġenzija Appoġġ biex jieħdu sehem fil-perpetrator programmes fl-2011 u fl-2012? Jista' jiġi ppreżentat fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-programm?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-Informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Units residenzjali għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm units residenzjali allokati għal finijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità tad-Djar — benefiċċji għal min għandu problemi ta' droga

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar tagħtix xi benefiċċji partikolari lil dawk il-persuni li kienu jbatu minn problema tad-droga? Jekk iva, tista’ tipprovdi l-istatistika ta’ kemm-il persuna bbenefikat f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'xi seduta oħra.

Tfal li jingħataw kura f'istituzzjonijiet

Question

B'referenza għal dak li l-Ministru qalet fil-media lokali u ċjoè li f'Malta hawn 600 tifel u tifla li qed jingħataw kura f'istituzzjonijiet, tista' l-Ministru tagħti lista ta' dawn l-istituzzjonijiet, min imexxi dawn l-istituzzjonijiet u kemm hemm tfal f'kull istituzzjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata aktar tard.

Out-of-home care — numru ta' tfal

Question

B'referenza għal dak li qalet il-Ministru fil-media lokali u ċjoè li n-numru ta' tfal fl-out-of-home care irdoppja fl-aħħar snin, tista' l-Ministru tagħti l-ammont tat-tfal li kienu jew għadhom fl-out-of-home care sena b'sena, mis-sena 2000 sal-lum u kemm minn dawn it-tfal huma ta' nazzjonalità Maltija u kemm minnhom ta' nazzjonalità barranija?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-Informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Politika Nazzjonali dwar it-tfal

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-politika nazzjonali dwar it-tfal, li d-draft tagħha ġie varat f'Novembru 2011 u sussegwentament sar proċess twil ta' konsultazzjoni, inkluż ma' ammont kbir ta' tfal, hix se tiġi addotata minn dan il-Gvern?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata aktar tard.

Akkomodazzjoni soċjali — applikanti

Question

Peress li l-Ministru ġiet ikkwotata li qalet li hemm 3,800 persuna jistennew biex jingħataw akkomodazzjoni soċjali, tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar l-ammont ta' applikanti lokalità b'lokalità f'Malta u Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata aktar tard.

Awtorità tad-Djar — Skema Kiri

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hix se titkompla l-Iskema Kiri tal-Awtorità tad-Djar li permezz tagħha kienu qed jinkrew appartamenti mingħand sidien privati sabiex dawn jintużaw mill-Awtorità mill-klijenti tagħhom għal skopijiet ta' akkomodazzjoni soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Bħalissa fl-Awtorita’ tad-Djar qed jitniehda eżerċizzju biex tiġi mfassla l-istrateġija ta din l Awtorita - xi ħaġa li ma saret qatt f’dawn l-aħħar snin. Minħabba f’hekk. l-skemi li ħarġet bihom l-Awtorita’ dan l-aħħar ma ġewx mfasslin fil-qafas ta’ strateġija fit-tul u agħar minn hekk ma sar l-ebda programm li jindika kull skema kemm se tiġi tiswa u kif ser tiġi iffinanzjata matul is-snin li l-iskema tibqa’ fis-seħħ. Għalhekk qed isir l-audit, kif ukoll il-Bord tal-Awtorita’ il-ġdid se jimbarka fuq il-bini ta’ strateġija u policies sostenibbli.

tibdil ta' post — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li xi ħadd jikkuntattja lil din is-sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandha tliet itfal u tgħix ġo post tal-gvern u tixtieq li tibdel il-post biex iżżid kamra tas-sodda oħra biex t-tfal jgħixu f'ambjent aħjar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ikkonċernata ġiet ikkuntattjatha mill-Head of Customer Care u il-każ beda jitmexxa.

ETC — impjegati ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Tista' tgħid f'liema gradi ġew impjegati? Tista' tgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Din il-Mistoqsija Parlamentari għandha tingħata lill-Ministru ikkonċernat.

Awtorità tad-Djar — impjegati ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Awtorità tad-Djar bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta' konsulenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'il quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tagħha? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li hemm xi persuni li qed jagħtu servizz ta’ konsulenza, għadu ma sar l-ebda kuntratt.

Djar tal-Anzjani — Każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 299 u tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li applikat biex tidħol fid-Dar tal-Anzjani ta' Bormla però issa lesta li tmur fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari se tingħata aktar tard.

Servizz tat-Telecare

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex hemm nuqqas ta' apparat fit-taqsima tat-Telecare tant li tħassru l-appuntamenti għall-istallazzjoni tal-istess sistema? Meta hu maħsub li s-servizz ikun jista' jerġa' jingħata?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Id-Dipartiment huwa nfurmat mill-kumpanija GO, li s-settijiet tat-telecare jaqgħu taħt ir- responsabilita’ tagħhom, li ma hemmx nuqqas ta’ settijiet bħalissa. Jekk l-Onor. Interpellant jaf b’xi każ partikulari, ġentilment mitlub jgħaddi d-dettalji kollha ħalli tittieħed l-azzjoni neċessarja.

talba għal stairlift — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li applikat għal stairlift imma s'issa għadha bla risposta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar irċeviet l-applikazzjoni mingħand il-persuna msemmija fit-2 t'April 2013, u għalhekk l-applikazzjoni għadha fil-fażi inizjali tagħha.

Aġenzija Appoġġ — Out-of-home children

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta l-istandards nazzjonali għall-out-of-home children li ġew ippubblikati fl-2009, se jiġu implimentati mill-Aġenzija Appoġġ? X’kienet ir-raġuni li dawn għadhom ma ġewx implimentati?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Out of Home Care Standards l-Aġenzija APPOGG hi identifikata bħala l-Aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal. Diversi partijiet mill-Istandards huma diġà fis-seħħ mill-Aġenzija, filwaqt li hemm limitazzjoni fl-implimentazzjoni ta’ wħud mill-istandards minħabba nuqqas ta’riżorsi u flessibilita` fis-sistema. Fil-qasam tal-Fostering, l-Aġenzija APPOGG hi identifikata wkoll bħala l-Aġenzija li tipprovdi l-ħarsien. L-Aġenzija tassigura li s-servizz ipprovdut hu kemm jista’ jkun skont dak stabbilit mill-Istandards tal-Out of Home Care permezz ta’ professjonisti li jimmoniterjaw kemm il-kura li tingħata, kif ukoll lit-tfal li qed jirċievu s-servizz, kif ukoll permezz ta’ taħriġ lil min ikun ser jieħu ħsieb, u qed jieħu ħsieb it-tfal, iżda hemm limitazzjonijiet fin-numru ta’ foster carers. Parti kbira mill-Istandards huma diġa’ fis-seħħ filwaqt li hemm limitazzjoni fl-implimentazzjoni ta’ wħud mill-istandards minħabba nuqqas ta’ riżorsi u ta` foster carers. L-Aġenzija hija wkoll akkreditata biex tipprovdi s-servizz tal-fostering u biex tingħata din l-akkreditazzjoni jsir assessment tas-servizz provdut mid-Dipartiment tas-Social Welfare Standards, skont kif provdut fil-Liġi tal-Fostering. Sadanittant l-Istandards Nazzjonali li qed jirreferi għalihom huma n- National Standards for Out of Home Care li jirregolaw is-servizzi kollha li jingħataw lil tfal li ma jistgħux jgħixu mal-familji tagħhom. Dawn is-servizzi jinkludu is-servizzi mogħtija mid-djar tat-tfal, kif ukoll is-servizz tal- fostering li huwa kkordinat mill-Aġenzija Appoġġ. Id-Dipartiment tal-iStandards tal-Ħarsien Soċjali għaddej b'diskussjonijiet mal-Ufficcju tad-Djar tat-Tfal sabiex dawn id-djar jiġu konformi ma’ dawn l-istandards. La darba jiġi reġistrat progress mas-settur tad-djar tat-tfal, jinbeda ukoll il-proċess mas-servizz tal- fostering , biex dan ukoll jiġi konformi mal-istandards imsemmija.

Każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, biex tkun tista' tiġi kkuntatjata bl-aħħar żviluppi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjatha u informatha mill-Customer Care Officer li qed jittieħdu l-passi neċessarji mall-Awtorità tad-Djar sabiex il-proċess jitħaffef.