Transport Malta – Is-Sannat, Xewkija u l-Qala — Immanniġġar tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ mmanniġġar tat-traffiku sar minn Transport Malta għax-xogħol li qed isir f’diversi lokalitajiet ġewwa s-Sannat, ix-Xewkija u l-Qala f’ Għawdex? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għala diversi toroq ingħalqu kompletament u lanqas biss twaħħlu sinjali tat-traffiku sabiex jidderieġu lis-sewwieqa?
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, f’kull Uffiċċju/sezzjoni ta’ kull dipartiment jew entità fid-dekasteru tiegħu kemm kien hemm oġġetti li ġew maqtugħa jew imħassra mill-inventarji rispettivi? F’kull każ x’kien l-oġġett u l-valur tiegħu u x’kienet ir-raġuni li għalih inqata’ jew ġie mħassar mill-inventarju rispettiv? F’kull każ min kien l-uffiċjal li ta l-approvazzjoni biex l-oġġett jitħassar jew jinqata’?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex – persuni fuq contract of service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2012 sal-lum kemm kien hemm uffiċjali li ddaħħlu jaħdmu fil-Ministeru jew dipartiment jew entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu permezz ta’ contract of service? F’liema uffiċċju jew sezzjonijiet tad-dipartimenti fid-dekasteru tiegħu qed jaqdu dmirhom dawn l-uffiċjali u xi ħlas qed jieħdu kull sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li kien hemm ħamsa u għoxrin persuna li ġew ingaġġati fuq contract of service għal perjodi differenti li jvarjaw minn erbgħa xhur għal 36 xahar. Il-ħlas li qed jieħdu huwa skont dmirijiethom u huma konformi mar-regolamenti tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gozo Channel rigward min huma l-persuni intitolati għar-rifużjoni tal-ispejjeż minħabba li jkollhom imorru Malta għal trattament mediku?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni li huma ntitolati għar-rifuzjoni tal-ispejjeż minħabba li jkollhom imorru Malta għal trattament mediku, huma l-pazjenti Għawdxin li jattendu l-isptar Boffa għal-kura tal-kanċer.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru fuq kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru tiegħu minn Diċembru 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ir-Rabat (Għawdex) – xogħlijiet fuq ħajt mal-venda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li saru fuq ħajt li qiegħed f’side street fi triq taħt Putirjal, jiġifieri ħajt mal-venda tal-linja ġewwa ir-Rabat Għawdex ingħatax b’direct order? Jista’ jgħid min kien il-kuntrattur li għamel dan ix-xogħol? Jista’ jgħid kemm kien iż-żmien ipprovdut minn Transport Malta biex dan ix-xogħol jitlesta u fil-fatt kemm dam dan ix-xogħol biex tlesta?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed titħallas fis-siegħa tax-xogħol tagħha l-kumpanija u/jew persuni responsabbli mill-manutenzjoni tal- apparat elettroniku tal-vapuri tal-Gozo Channel u jgħid kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u ċjoè jekk hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpanija Gozo Channel Company Ltd tqabbad diversi kumpaniji u ndividwi biex jaghmlu l-manutenzjoni tal-apparat elettroniku tal-vapuri. L-informazzjoni hija ta’ natura kummerċjali
Gozo Channel –apparat elettroniku — manutenzjoni ta’
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq manutenzjoni tal-apparat elettroniku, inkluż dak tal-arja kundizzjonata, tal-vapuri tal-Gozo Channel minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi l-kumpanija Gozo Channel Company Ltd minn Marzu 2013 sallum, in-nefqa kienet ta’ inqas minn €40.000.
Ministeru għal Għawdex — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar 2000 u Marzu 2013 ma ngħataw l-ebda xogħlijiet lill-kumpaniji msemmija, mill-Ministeru għal Għawdex u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fit-toroq li saru ġodda jew ġew irranġati, is-servizzi f’dawn it-toroq, bħal ilma, dawl, telefon u drenaġġ, hux qegħdin jinbidlu, jiġu rranġati jew jingħataw manutenzjoni? Kemm huwa ppjanat li jservu dawn it-toroq li qegħdin jiġu rranġati u x’garanziji qegħdin jingħataw għax-xogħol li qed isir? Sar xi xogħol u/jew traqqiegħ f’toroq li huma ppjanati li fil-ġejjieni qrib jew fil-futur jinbnew mill-ġdid?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fejn saru xogħlijiet ta’ asfaltar ta’ toroq kien hemm bdil ta’ servizzi skont il-bżonn.
Jien infurmat ukoll li ma sarux xogħlijiet fuq toroq li fil-ġejjieni qrib mistennija jinbnew mill-ġdid u li x-xogħol ta’ traqqiegħ li sar kien xogħol urġenti minħabba l-istat ħażin tat-toroq u biex jitnaqqas il-periklu lis-sewwieqa. Fuq ix-xogħlijiet tinżamm
retention money
bħala garanzija.
Jista’ l-Ministru jgħid min hi l-kumpanija u/jew persuna responsabbli mill-manutenzjoni tal-apparat elettroniku, inkluż l-apparat tal-arja kundizzjonata tal-vapuri proprjetà tal-kumpanija Gozo Channel?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l- manutenzjoni tal-apparat elettroniku u tal-apparat tal-arja kundizzjonata jsir mill-membri ta’ l-ekwipaġġ stess. Kull vapur barra minn enġiniera jġorr wkoll electrician. Dawn huma megħjuna minn żewġ electronics engineers u engineering manager li jigwidaw u jissorveljaw il-manutenzjoni tad-diversi apparat fuq il vapuri. F’kazi fejn iktar informazzjoni tkun meħtieġa l-manifatturi tal-apparat jiġu kkuntattjati u tiġi diskussa s-soluzzjoni koretta. Ċerti electronic cards jintbagħtu għand il-manifatturi stess li jużaw apparat speċjalizzat biex jiċċekjaw dawn il-cards u jiġu msewijja jew jinbidlu skond il-kaz.
Ministeru għal Għawdex – lista aġġornata tal-persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jressaq lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu is-servizz tagħhom lid-dekasteru tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il metru tul ta’ toroq ġodda saru jew ġew irranġati f’Għawdex f’dawn l-aħħar 15-il xahar? Kemm hija l-ispiża ta’ dan ix-xogħol? Xi kriterji qegħdin jiġu wżati biex jiġu rranġati dawn it-toroq u min qed jagħmel superviżjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li matul l-aħħar 15- il xahar saru jew ġew irranġati madwar 4630 metru tul ta’ toroq f’Għawdex u li x-xogħol iċċertifikat sa issa jammonta għal €1,774,931. Jiena nfurmat ukoll li x-xogħlijiet isiru skond il-priorita’ li tiddependi mill-istat tat-toroq u l-użu tagħhom u li s-superviżjoni ssir min uffiċjali fid-direttorati tal-Ministeru ghal Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2013 kemm kien in-numru ta' passiġġieri li użaw is-servizz tal-Gozo Channel biex jaqsmu bejn Għawdex u Malta mingħajr vettura, kemm minn dawn kienu turisti, kemm Maltin u kemm Għawdxin (ċjoè ħallsu n-noll abbinat mat-turisti, ma' Maltin u ma’ dawk li jgħixu Għawdex? Kemm kien id-dħul minn kull kategorija ta' passiġġieri u d-dħul totali mill-passiġġieri?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2013 kemm kien in-numru ta' vetturi bix-xufier li użaw is-servizz tal-Gozo Channel biex qasmu bejn Għawdex u Malta? Kemm minn dawn ħallsu n-noll ta' turisti, kemm ta' Maltin u kemm ta' dawk residenti Għawdex? Kemm kien id-dħul minn kull kategorija ta' nollijiet differenti li hemm għal vetturi bix-xufier u dħul totali mill-bejgħ ta' biljetti ta' vetturi bix-xufier?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2013 kemm kien id-dħul totali tal-kumpanija Gozo Channel u kemm kienu l-ispejjeż totali tal-istess kumpanija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li fis-sena 2012, id-dħul kien ta’ €11,161,391 u l-ħrug kien ta’ €12,832,226, fis-sena 2013, id-diskrepanza bejn dħul u ħruġ naqset drastikament u issa kien hemm dħul ta’ €12,238,658, filwaqt li l-ispejjeż totali kienu ta’ €13,273,911. Dan ifisser li f’sena id-differenza negattiva bejn dhul u hrug naqset bi €635,582 li hu ekwivalenti ghall-38% inqas mis-sena 2012.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10199 u jelenka liema kienu l-proġetti infrastrutturali b'rabta mal-isport li saru f'Għawdex bejn l-2003 u l-2013 ? Jista' jgħid kemm kien il-valur tagħhom ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10198 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra liema kienu l-għaqdiet u klabbs sportivi li bbenefikaw minn għajnuna mill-Gvern bejn April 2013 u Ġunju 2014 u kemm kienet l-għajnuna li ngħatat lil kull għaqda jew klabb?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.