Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4311 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Arkivji ta' l-atti notarili

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba huwiex possibbli li l-arkivji ta' l-atti notarili li jinsabu fi Strada San Kristofru, il-Belt jinfetħu regolari ta' kuljum u wkoll is-Sibt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-domanda biex l-Arkivji ta' l-Atti Notaril, fi Triq San Kristofru, il-Belt, jinfetħu regolarment kuljum inkluż is-Sibtijiet mhix tali li tiġġustifika l-ispiża meħtieġa biex isir dan. Qed tiġi studjata l-possibilita' li malli tinqala' l-opportunita', dawn l-arkivji jiġu trasferiti f'xi post ieħor. 17.02.99
Leg 9 PQ #4584 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Intern — Għamara

Question

B'riferenza għall-perjodu l-1 ta' Novembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħatw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil min intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul il-perijodu 1 ta' Novembru, 1998, u l-31 ta' Jannar, 1999, mill-Ministeru ta' l-Intern jew minn xi dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru, ma nħareġ l-ebda kuntratt b'direct order jew quotation għall-ġarr ta' għamara ta' uffiċini. L-ispiża li saret fuq is-servizz li ngħata matul il-perijodu msemmi kienet kif jidher indikat hawn taħt : - ġarr ta' formoli u dokumenti mill-istamperija tal-Gvern il-Marsa għall-Uffiċċju tal-Passaporti l-Belt - Lm 20 - ġarr ta' nkwadru kbir mis-Segretarjat Parlamentari f'Santa Venera għa Belt - Lm 10 Peress li l-ispiża f'dawn il-każi kienet insinjifikanti ma kienx hemm ħtieġa li wieħed joqgħod jitlob quotations jew joħroġ tenders. 17.02.99
Leg 9 PQ #3444 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Awtoritajiet Ekklesjastiċi — Flus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2893 u cioe': jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw flus lill-awtoritajiet ekklesjastiċi matul l-1998 taħt il-ftehim li kien sar dwar trasferiment ta' l-artijiet tal-Knisja lill-gvern? Jista' jgħid meta sar kull ħlas matul din is-sena u f'liema ammonti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ħlasijiet li saru matul l-1998 lill-Awtoritajiet Ekklesjatiċi taħt il-ftehim li kien sar bejn il-Gvern Malti u s-Santa Sede dwar trasferiment ta' proprjeta' tal-Knisja lill-Gvern kienu kif ġej : - a) Imgħax imħallas fuq 7% Malta Government Stock 2003 (1st Issue) imħallas fit-18 ta' Frar 1998 - Lm 982,345 imħallas fit-18 ta' Awissu 1998 - Lm 982,345 b) Imgħax imħallas fuq 7% Malta Government Stock 2006 (iv) imħallas fit-30 ta' Ġunju 1998 - Lm5,849.45 imħallas fit-30 ta' Diċembru 1998 - Lm5,849.45 16.02.99
Leg 9 PQ #4054 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċju Konġunt — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm impjegati fil-Joint Office fis-snin 1996, 1997 u 1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-aħħar tas-snin 1996, 1997, 1998 fl-Uffiċċju Konġunt kien hemm 25, 32 u 33 impjegat full-time rispettivament u 4 konsulenti fuq bażi 'part time'. 16.02.99
Leg 9 PQ #4058 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Skilled workers

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm u għad hemm skilled workers jaħdmu fid-Dipartiment ta' l-Artijiet fis-snin 1996,1997 u 1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' 'skilled workers' fid-Dipartiment ta' l-Artijiet fl-1996 u fl-1997 kien ta' 2, filwaqt li fl-1998 kien ta' 1. 16.02.99
Leg 9 PQ #4059 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Fortizza Sant'Iermu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba minn Novembru 1996 sa Awissu 1998 itteħdu passi neċessarji mid-Dipartiment ta' l-Artijiet sabiex id-diversi persuni u annimali li qegħdin jokkupaw parti mill-fortizza ta' Sant'Iermu fil-Belt jiġu mistiedna jitilqu; u jikkonfermax li f'waħda minn dawn il-kmamar hemm annimal ta' natura feroċi miżmum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-parti tal-Forti Sant Iermu li mhix f'idejn il-Pulizija jew f'idejn il-Mużew tal-Gwerra, li hija magħrufa bħala Lower St Elmo u li hija mgħassa minn watchman, fil-maġġor parti hija allokata lid-Dipartiment tal-Kultura. Ninsab infurmat ukoll li xi persuni huma awtorizzati mid-Dipartiment tal-Kultura biex temporanjament jużaw dan il-post in konnessjoni max-xogħol li jsir għal Karnival. L-allegazzjoni li f'waħda mill-kmamar qed jinżamm annimal ta' natura feroċi qed tiġi nvestigata. 16.02.99
Leg 9 PQ #4260 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Intern — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fil-ministeru tiegħu bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999; f'riċevimenti, f'safar, f'petrol u diesel u f'pagi għall-impjegati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ammont ta' flus minfuqa lill-Ministeru ta' l-Intern u l-Cost Centres li jaqgħu taħtu matul il-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija, f'safar. riċevimenti, petrol u diesel u pagi hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 16.02.99
Leg 9 PQ #4535 Sitting 64 1999-02-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru trasferimenti fil-korp tal-pulizija minn Settembru 1998 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Settembru, 1998, u t-8 ta' Frar, 1999, kien hemm 234 membru tal-Korp li tbiddlilhom xogħolhom. 16.02.99
Leg 9 PQ #4053 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm impjegati fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar fis-snin 1996, 1997 u 1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' impjegati fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar fis-snin speċifikati mill-Onor. Interpellant kien kif ġej : - Sena Numru ta' impjegati ---- ------------------- 1996 322 1997 329 1998 312 15.02.99
Leg 9 PQ #4489 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Joint Office — Ċnus

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk li għandhom ċens li kien tal-Knisja u li llum qed iħallsuh lill-Joint Office u li jixtiequ jifduh qed jgħidulhom li ma jistgħux għaliex il-proċeduri staġnati? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-problema?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt qed jagħmel dak kollu possibli bir-riżorsi li għandu biex it-talbiet li saru għall-fidi ta' ċens taħt l-Iskema 'Ixtri Darek jew Ifdi ċ-Ċens' jiġu finalizzati fl-iqsar żmien possibli. Id-diffikultajiet li jeżistu jolqtu interpretazzjoni tal-Ftehim tal-1992 bejn il-Gvern u s-Santa Sede, nuqqas ta' informazzjoni dwar l-istess applikazzjonijiet li l-Uffiċċju ma rċeviex mill-entijiet reliġjużi u n-nuqqas ta' nies imħarrġa biżżejjed li jipproċessaw dawn l-applikazzjonijiet. Dawn id-diffikultajiet, li ma tweldux issa, se nippruvaw negħlbuhom billi jiġu kkunsidrati diversi alternattivi, inkluża l-possibilita' li parti sostanzjali mix-xogħol meħtieġ jiġi 'farmed out'. 15.02.99
Leg 9 PQ #4510 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies li jifformaw il-core group li twaqqaf apposta mill-Ministeru biex jgħin fir-riforma tal-Planning Authority u li hemm riferenza għalih fil-Press Release Numru 124 tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Il-Core Group twaqqaf biex janalizza l-kontribuzzjonijiet bil-miktub li jirċievi l-Ministeru u s-suġġerimenti li jsiru mill-pubbliku fil-laqgħat reġjonali li se jsiru bħala parti mill-proċess ta' konsultazzjoni pubblika dwar ir-riformi fil-proċess ta' l-Ippjanar. Dan il-grupp huwa wieħed flessibli. Il-membri tal-Core Group se jgħinu fit-tfassil ta' proposti alternattivi għal-liġi preżenti dwar il-proċess ta' l-Ippjanar. Il-membri huma dawn : Chairman : L-Onor. George Pullicino BE&A, A&CE (Segretarju Parlamentari) Membri : Reggie Abela (Membru ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar) Dr. Kevin Aquilina Dip. Phil., B.A. (Hons) M.A., LLM, LLD, Ph.D. (Lond)(LSE), (Chairman Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar) John Ebejer BE&A (Hons), MA (Planning), A&CE, MRTPI Chris Falzon B.Sc. (Eng), M.Phil. Grad Dip (Maths), C. Eng, M.I.C.E., A&CE (Chairman ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar) Joe Falzon B.Sc (Eng), BA (Arch), M.Sc (Lond), A&CE (ex-Chairman tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp) Catherine Galea B.Sc. (Eng), B.A. (Arch), A&CE, (President, Kamra tal-Periti) Paul Gauci BE&A (Hons), MA (Regional Planning & Resource Development), A&CE (President Kamra għall-Ippjanar Ambjentali) David Pace B. Arch, A&CE (Membru Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp) Victor Torpiano BA (Arch Studies), B. Arch (Hons), A&CE (Chairman tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp) 15.02.99
Leg 9 PQ #4512 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jippublika statistika li ntalbet fil-mistoqsija parlamentari numru 1158 f'Novembru tas-sena l-oħra u li kien imwiegħed li tingħata tweġiba f'xi seduta oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1158 hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 15.02.99
Leg 9 PQ #4536 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — File Nru.235/63

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jista sid il-Qbiela tal-File Nru.235/63 jidħol għall-post imsemmi, jekk dan lanqas ħa permess sabiex ikun jista' jidħol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-kerrej ta' qbiela għandu dritt li juża l-passaġġ, delineat bħala tali, fuq proprjeta' ta' terzi biex jaċċedi għal qbiela tiegħu. 15.02.99
Leg 9 PQ #4540 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Trasferimenti

Question

B'riferenza għat-trasferimenti ordnati fil-Korp tal-Pulizija fi Frar 1999, jista' l-Ministru jispjega x'kienu l-esiġenzi tas-servizz li wasslu għal dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jagħti spjega għal kull trasferiment wieħed, wieħed?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2323. 15.02.99
Leg 9 PQ #4541 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Trasferimenti

Question

B'riferenza għat-trasferimenti li ġew ordnati fil-Korp tal-Pulizija fi Frar, 1999, jista' l-Ministru jikkonferma li dawn it-trasferimenti ġew effettwati mingħajr ma ġiet segwita l-proċedura stabbilita riċentement li għal kull talba ta' trasferiment għandha tiġi proċessata subject form? F'każ ta' konferma jista' l-Ministru jispjega għaliex din il-proċedura ma ġietx segwita?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proċedura li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ma ġietx stabbilita riċentement iżda ilha fis-seħħ mill-1985. Ninsab infurmat ukoll li din il-proċedura tirrigwarda biss talba għal trasferiment mill-individwu nnifsu u ma tapplikax għal trasferimenti meħtieġa minn żmien għal żmien fl-aħjar interessi ta-Korp u tal-pubbliku in ġenerali. 15.02.99
Leg 9 PQ #4542 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

SAG — Trasferimenti

Question

B'riferenza għat-trasferimenti li ġew ordnati fl-SAG fi Frar 1999, jista' l-Ministru jispjega għaliex membru ta' din l-iskwadra li ilu jagħti servizz fl-SAG għal dawn l-aħħar 8 snin ġie trasferit għall-għassa ta' Bormla? X'benefiċċju ħa l-SAG b'dan it-transfer?

Response (BORG, TONIO)

Kif kelli okkażżjoni li ngħid fi Tweġibiet preċedenti, it-trasferimenti fil-Korp tal-Pulizija jsiru meta u kif ikun il-bżonn fl-aħjar interessi ta' l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali. 15.02.99
Leg 9 PQ #4543 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Taqsima tat-tifi tan-nar

Question

B'riferenza għall-investigazzjoni ta' "rregolaritajiet fl-applikazzjonijiet mat-taqsima tat-tifi tan-nar qabel l-elezzjoni" kif ġie rappurtat fil-ġurnal "il-mument" tal-31 ta' Jannar 1999, jista' l-Ministru jgħid meta saret l-investigazzjoni u jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport relattiv?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1572 f'Seduta 14. 15.02.99
Leg 9 PQ #4599 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex PA 6199/96 li minkejja li sal-lum għaddew madwar sentejn, għadu pendenti? Jekk dan hu in konformi mal-liġi, jista' l-Ministru jara u jindika meta se jinħareġ dan il-permess?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, ninsab infurmat li hemm Appell Numru 349/97 li ġie ppreżentat lill-Bord fil-15 ta' Lulju 1997. L-appell ġie differit għal deċiżjoni waqt aċċess li sar fuq il-post fis-16 ta' Settembru, 1998. Id-deċiżjoni mill-Bord ta' l-Appell ser tingħata fil-24 ta' Frar, 1999, fis-1.00pm fl-uffiċini ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'Għawdex. 15.02.99
Leg 9 PQ #3320 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Kartolini tal-Milied

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata ta' kemm laħqet l-ispiża għall-istampar jew xiri ta' kartolini għall-Milied 1998 u kemm ġiet tiswa l-ispiża postali konnessa ma' dawn il-kartolini, kemm mill-Ministeru, kemm mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment, kemm mill-uffiċċju tas-Segretarjat Permanenti u kemm mis-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru? Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew stampati l-imsemmija kartolini? Jista' l-Ministru jgħid lil min intbagħtu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 09.02.99
Leg 9 PQ #4249 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji għall-ħwienet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet mal-pulizija, xahar b'xahar, biex jinfetħu ħwienet ġodda bejn: Jannar 1996 u Ottubru 1996; Novembru 1996 u Awissu 1998 u Settembru 1998 u Jannar 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 09.02.99