Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19553 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti Gradwati

Question

Mill-istudenti li ggradwaw fil-B.Ed. din is-sena kemm minnhom ġew impjegati mill-istat? F'liema suġġetti u f'liema skejjel? Kemm hemm li daħlu ma' skejjel tal-knisja u dawk indipendenti? Għal liema suġġetti? Jista' l-Ministru jagħti l-istess dettalji dwar dawk li ggradwaw fil-PGCE?

Response (GALEA, LOUIS)

L-istatistika mitluba għadha qed tinġabar mill-iskejjel tal-knisja u indipendenti u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19591 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull skola ta' Malta u Għawdex: (a) kindergarten, (b) primarja; u (ċ) sekondarja, kemm hemm studenti subien, kemm bniet, kemm għalliema, kemm facilitators, kindergarten assistants, kemm minor staff skola bi skola?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #19591 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull skola ta' Malta u Għawdex: (a) kindergarten, (b) primarja; u (ċ) sekondarja, kemm hemm studenti subien, kemm bniet, kemm għalliema, kemm facilitators, kindergarten assistants, kemm minor staff skola bi skola?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #19596 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal ġodda bdew jattendu l-iskejjel speċjali din is-sena skolastika? F'liema skejjel bdew jattendu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li 8 studenti ġodda bdew jattendu l-iskejjel speċjali minn din is-sena skolastika. L-iskejjel li fihom bdew jattendu dawn l-istudenti ġodda huma: Skola San Miguel, St.Andrews 4 Skola Santa Marija, Msida 1 Skola Dun Manwel Atterd, Wardija 1 Skola Hellen Keller, Qrendi 2
Leg 9 PQ #19597 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni Sekondarja — Tfal b'Diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita' li din is-sena kellhom jibdew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom b'mod inklużiv? Kemm tfal b'diżabilita' għadhom ma bdewx imorru fl-iskejjel sekondarji għax m'hemmx persuna magħhom biex tgħinhom?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitluba għada qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #19598 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel ta' Malta hemm nuqqas ta' persuni li xogħolhom hu li jnaddfu l-iskejjel? X'se jsir dwar dan in-nuqqas?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #19598 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel ta' Malta hemm nuqqas ta' persuni li xogħolhom hu li jnaddfu l-iskejjel? X'se jsir dwar dan in-nuqqas?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li qed issir talba lill-MPO sabiex jiżdiedu l-full-timers jew sabiex jinfetaħ l-ingaġġ għall-part-time cleaners.
Leg 9 PQ #19620 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Sports Ground — Track

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-track tal-Marsa Sports Ground mhux qed tkun mixgħula filgħaxija, minkejja li jkun hemm diversi atleti għat-training?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-track tal-Marsa Sports Complex qed tkun mixgħula kuljum filgħaxija sabiex l-atleti jkunu jistgħu jittrenjaw fiha. Informat ukoll li mill-bidu ta' din is-sena bdew jinxtegħlu wkoll il-pitches tal-football sabiex ikun jista' jsir training fuqhom ukoll. F'dawn l-aħħar ġimgħat beda jinxtegħel ukoll Ground 5. dan kollu juri l-impenn tal-gvern li bil-fatti, jipprovdi aktar faċilitajiet għat-taħriġ sportiv.
Leg 9 PQ #19624 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Segretarju Parlamentari — Żjara f'Sydney, Awstralia

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew minfuqa flus sabiex is-Segretarju Parlamentari mar Sydney l-Awstralja għall-olimpijadi?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 19137 u 19140
Leg 9 PQ #19627 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bormla

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex l-istudenti li qed jattendu l-J.L. ta' Verdala, Bormla ma jkomplux jerfgħu l-piż finanzjarju għall-ħlas ta' ħafna photo copies, fejn f' numru ta' każi ntalbu jitħallsu (s'issa) aktar minn Lm5?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #19629 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior College

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti tat-tieni sena fil-Junior College? Jista' jaqsamhom lokal b'lokal?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #19451 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Stipendju

Question

Jista' l-Ministrtu jgħid kemm kien in-numru ta' studenti li kellhom l-istipendju fis-sena skolastika li għaddiet? X'kienet l-ispiża biex tħallas dan l-istipendju?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li kellhom l-istipendju u għotja ta' manteniment fis-sena skolastika li għaddiet jiġifieri mill-1 ta' Ottubru 1999 sal-15 ta' Lulju 2000 kien ta' 4307. Informat ukoll li l-ispiża biex tħallas dan l-istipendju laħqet l-ammont globali ta' Lm4,733,921.09, sa Lulju.
Leg 9 PQ #19542 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Taħdidiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu t-taħdidiet bejn il-gvern u l-kapijiet ta' l-iskejjel indipendenti biex il-gvern itaffi ftit mill-ispiża tal-miżati mħallsa mill-ġenituri? Peress li jidher li dawn l-iskejjel indipendenti ħarġu ittra l-istess, għalkemm taħt l-isem ta' l-iskola tagħhom, biex tinġabar statistika u anke n-numru ta' l-ID card ta' kull ġenitur, jista' jgħid x'ġie diskuss s'issa magħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Għadni qed nistenna mingħand dawn l-iskejjel ir-rapport dwar is-suġġett.
Leg 9 PQ #19544 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Indipendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel indipendenti li nformaw lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li kienu se jgħollu l-miżati minn Settembru ta' din is-sena? Jista' jagħti iż-żidiet għal kull grad u jgħid x'raġuni ngħatat? Kien hemm xi kummenti mid-diviżjoni fuq dawn iż-żidiet?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #19545 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Suġġetti Obbligatorji

Question

Issa li bdiet is-sena skolastika 2000/01 jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk is-suġġetti li huma kkonsidrati obbligatorji u li jridu jiġu mgħallma f'kull skola, kemm ta' l-istat, kemm tal-knisja u kemm indipendenti? Kif se jiżgura li fil-fatt dawn se jiġu mgħallma f'dawn l-iskejjel li huma liċenzjati mill-ministeru ta' l-edukazzjoni? Liema huma dawk is-suġġetti li qed jiġu mgħallma bħala ġodda iżda bħala optional, u li qed jiġu offruti fl-iskejjel tal-knisja u indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Din id-deċiżjoni tittieħed meta jiġi ppubblikat u approvat il-Pjan Strateġiku tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Implimentazzjoni tal-Kurrikulu.
Leg 9 PQ #19550 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Trasport

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji ħalli l-istudenti mill-inħawi tal-Mosta u n-Naxxar u li jattendu l-iskola Sir Adrian Dingli f'Pembroke ma jibqgħux ikollhom joħorġu fis-6.30 a.m. biex jaqbdu l-private biex twassalhom l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li minn informazzjoni miġbura mill-uffiċjal inkarigat mit-trasport ta' l-istudenti fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jirriżulta li ebda private ma tibda qabel is-7.00am. 127 student mill-inħawi tan-Naxxar, fejn hemm 3 privates, jirkbu fis-7.30a.m. 248 student mill-inħawi tal-Mosta, fejn hemm 6 privates, jirkbu hekk: 1) Blata l-Għolja : 7.30a.m. 2) Triq il-Kbira : 7.45a.m. 3) Zokrija : 7.30a.m. 4) Santa Margerita : 7.30a.m./7.45a.m. ( żewġ privates) 5) Football Ground : 7.50a.m.
Leg 9 PQ #19560 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-iskola primarja "A" ta' Raħal Ġdid għad m'għandhomx toilets? Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn it-tfal ġew pprovduti b'mobile toilets meta dawn mhumiex addattati għat-tfal u lanqas ma jistgħu jifflaxjawhom? Ma jaħsibx il-Ministru li dan in-nuqqas ta' ndafa pubblika hija detrimentali għas-saħħa tat-tfal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tfal li jattendu l-Iskola "A" ta' Raħal Ġdid għandhom toilets ġodda fjamanti. Fil-fatt il-mobile toilets li qed jirreferi għalihom l-Onor. Membru ġew provduti in parte għan-nies li kienu qed jaħdmu fil-post waqt li l-istess blokk li kien fih it-toilets kien qed jitwaqqa' sabiex jerġa' jinbena mill-ġdid matul is-sajf, u in parte l-istess mobile toilets ġew ipprovduti għall-skola "B" bħala miżura ta' emerġenza fil-każ li l-kuntrattur ma jkunx laħħaq waħħal il-partitions ta' l-aluminium fit-toilets. Peress li anke dan ix-xogħol tlesta, dawn il-mobile toilets se jkunu mneħħija immedjatament.
Leg 9 PQ #19581 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Birgu - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qed isir preżentement fl-iskola sekondarja subien tal-Fortini f'Birgu? Meta hemm il-ħsieb li jitlesta?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li fl-iskola Sekondarja tas-Subien fil-Fortini ġewwa l-Birgu sar tkabbir fiż-żona ta' rikreazzjoni fuq wara. Qed isir ukoll tkabbir ta' l-iskola għal aktar akkomodazzjoni skolastika u biex jiżdiedu l-faċilitajiet ta' l-iskola. Dan jinkludi xogħolijiet ta' finitura u servizzi elettriċi u mekkaniċi kif ukoll ir-riabilitazzjoni tal-bini eżistenti. Hu previst li x-xogħol kollu jkun lest sa l-aħħar ta Awwissu 2001.
Leg 9 PQ #19582 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bormla - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qed isir preżentement fl-iskola Erin Serracino Inglott ta' Bormla? Meta hemm il-ħsieb li jitlesta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-faċċata tal-blokk biswit is-sala ewlenija ta' l-iskola Sekondarja Erin Serracino Inglott, Bormla, kienet fi stat strutturali ħażin u għalhekk kienet saret perikoluża għal kull min juża l-iskola. Għaldaqstant id-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni nkarigat lill-kumpanija Kalaxlokk sabiex twaqqa' din il-faċċata u terġa tibniha. Dan hu xogħol li bilfors irid jieħu ċertu żmien sabiex isir bil-galbu. Għal din ir-raġuni nstabu klassijiet alternattivi temporanji għall-istudenti li kienu jitgħallmu f'dan il-blokk sakemm jintemm ix-xogħol.
Leg 9 PQ #19447 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn skejjel privati f'Malta u f'Għawdex? Jista' jgħid ukoll liema huma u kemm minnhom huma nurseries, kindergarten, primarji u sekondarji?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.