Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Xogħol nutarili
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, x'kien ix-xogħol nutarili li sar mill-ministeru u mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8105, jista' l-Ministru jgħid meta beda l-eżerċizzju u meta huwa maħsub li jispiċċa? Kemm hu mistenni jiswa flus dan l-eżerċizzju u jekk huwa l-każ, kemm intnefqu s'issa?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-eżerċizzju biex jiġu identifikati siti ġodda għall-iżvilupp industrijali huwa waħda mill-funzjonijiet normali u kontinwa ta' l-M.D.C.
Bla dubju ta' xejn mhix ħaġa faċli li jinstabu siti li jkunu proprjeta' tal-gvern u li jkunu jissodisfaw il-kriterji ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar, inkluż li jkun f'żoni industrijali u mhux barra l-iskemi indikati fil-pjan ta' struttura.
Għar-raġunijiet li semmejt aktar 'l fuq, mhux il-każ li f'dan l-istadju wieħed jagħti aktar dettalji.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-RJ70's kienu żdidulhom 12-il seat sabiex flok 70 persuna jesgħu 82 persuna? Min kien għamel dawn ir-rakkomandazzjonijiet u min approvahom? Kemm-il complaint ġiet reġistrata dwar nuqqas ta' kwalita' bl-RJ70's?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li s-'seat pitch' u l-'configuration', li minnhom jiddependi t-total ta' postijiet fuq kull ajruplan, ikunu deċiżi, fil-limiti permessi mit-tip ta' ajruplan li jkun, wara studju li jikkunsidra, fost affarijiet oħra, ir-rotot li fuqhom ikun mistenni li jintuża, it-traffiku mistenni, l-operating costs ta' l-ajruplan u l-profitabilita. Naħseb li l-Onorevoli Interpellant jifhem i d-deċiżjonijeit ta' din ix-xorta jeħodhom il-Bord tad-Diretturi tal-Kumpanija fuq rakkomandazzjonijiet tad-dipartimenti konċernati u wara konsultazzjoni li tista tkun meħtieġa.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ikun aħjar jekk l-Onorevoli Membru jgħid b'mod aktar ċar xi jrid ifisser bil-kliem 'nuqqas ta' kwalita'.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8104 - Seduta Nru. 131?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li n-numru ta' talbiet ta' din ix-xorta li għandhom pendenti quddiemhom kemm l-IPSE kif ukoll l-MDC huwa kbir wisq biex tista' tinstab art pubblika sabiex jiġi akkomodat. Għalkemm l-MDC qed tagħmel kull sforz biex tiġi identifikata art ġdida għal dan l-iskop, il-proċess huwa pjuttost twil. Pero', sadanittant, minħabba li dawn l-intrapriżi fil-maġġoranza tagħhom jaqgħu taħt l-IPSE, dawn ikunu jistgħu japplikaw għall-assistenza speċifika li ser tingħata mill-IPSE taħt l-iskemi li niedid.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegat nies lokal b'lokal, mit-8 ta' Settembru 1998 sat-8 ta' Settembru, 1999 fl-MIA?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ġew impjegati 23 persuna ġdida fl-M.I.A. li ġejjin minn dawn il-lokalitajiet
Attard 1 Birkirkara 2
Fgura 1 Ħamrun 1
Kirkop 1 Pembroke 1
Qormi 2 Qrendi 1
San Ġwann 1 Santa Venera 1
Ta' Xbiex 1 Tarxien 2
Valletta 2 Żabbar 1
Żebbuġ 1 Żejtun 4
Jista' l-Ministru jgħid meta ġiet maħtura l-Kummissjoni Nazzjonali tal-Films? Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tagħha? Jista' jgħid fuq liema kriterji ġew maħturin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Gvern ma ħatarx Kummissjoni Nazzjonali tal-Films.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema barranin jaħdmu mal-MOBC u l-kumpanniji sussidjarji tagħha? Jista' l-Ministru jgħid meta dawn bdew jaħdmu hemm, x'salarju, allowances u kundizzjonijiet għandhom? Kemm huwa ż-żmien li jkopri l-kuntratt tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li x-xogħol li jagħmlu dawn il-barranin ma jsirx minn ħaddiema Maltin? Jista' jgħid jekk minn dawn il-ħaddiema barranin kienx hemm xi ħadd li kien involut f'xi inċidenti akkumpanjati bi vjolenza?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li ma hemm l-ebda ħaddiem barrani impjegat ma' l-M.O.B.C.
Hemm erba` ħaddiema barranin jaħdmu mal-kumpanija Sant'Iermu shipping li hija kumpanija sussidjarja ta' l-M.O.B.C. Dawn huma
Superintendent/Chief Engineer li ġie mpjegat fuq bażi full time b'seħħ mill-1 ta' Settembru 1992 u jirċievi salarju ta' Lm746.58c fix-xahar
Chief Engineer li ġie impjegat fuq bażi full time b'effett mit-18 ta' Lulju 1994 u għandu salarju ta' Lm695 fix-xahar
Chief Engineer li ingħata kuntratt ta' xahrejn b'seħħ mill-1 ta' Ġunju 1999 u jirċievi salarju ta' 2600 Dollaru Amerikan fix-xahar.
Chief Officer li ingħata kuntratt ta' tlitt xhur b'effett mill-21 ta' Mejju 1999 u jirċievi salarju ta' 1900 Dollaru Amerikan fix-xahar.
Il-kumpanija ma sabitx uffiċjali Maltin bi kwalifiki u esperjenza fuq tankers u ta' xogħol ta' bunkering. Dawn il-barranin ġew ingaġġati wara li l-Kumpanija għa diversi drabi kitbet lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u anke ġabet avviżi fil-ġurnali sabiex timpjega Chief Engineer u Chief Officer mingħajr suċċess.
Għall-aħħar parti tal-mistoqsija, it-tweġiba hija fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema kundizzjonijiet jinsab il-vapur M.T. St. Elmo tal-kumpannija MOBC meta ipparagunat mal-kondizzjonijiet li kien jinsab fihom fl-1995? Jekk jinstab li l-imsemmi vapur jinsab f'kuodizzjonijiet ħżiena, jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet x'wassal għal dan?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-kundizzjoni li jinsab fiha l-vapur St. Elmo hija waħda normali meta wieħed jikkunsidra l-operat tiegħu u li dan jintuża għal operazzjonijiet ta' bunkering. F'dawn l-aħħar ftit xhur ċertu spejjeż ġew limitati peress li jekk ikun vijabbli qed jiġi kkunsidrat li jsirlu xi drydocking. Ta' min josserva li matul dawn l-aħħar erba' snin intefqet medja ta' Lm112,000 kull sena fuq drydocking, spare parts u manutenzjoni ta' dan il-vapur.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-grad tax-xogħol u x-xogħol li qiegħed jagħmel il-persuni li isimha qed jintbagħat separatament fl-MOBC? Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex veru jew le li l-imsemmi ħaddiem qiegħed jagħmel xogħol ta' supretendent fuq il-vapuri meta dan suppost jagħmel xogħol ta' chief engineer?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-persuna li għaliha qed issir referenza tokupa l-grad ta' Supretendent/Chief Engineer mal-Kumpanija Sant'Iermu Shipping. Din il-persuna għandha l-permess tax-xogħol għal dan il-grad maħruġ mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u anke huwa reġistrat mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Din il-persuna hija wkoll responsabbli għall-management taż-żewġ vapuri li għandha l-Kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' titjiriet li l-Air Malta għamlet lejn il-Libja f'dawn l-aħħar ġimgħat? Kemm hu n-numru ta' passiġġieri li wżaw dan is-servizz? X'diskussjonijiet qed ikollha l-Air Malta għal titjiriet aktar bejn Malta u l-Libja u/jew titjiriet oħra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li minn mindu reġgħu bdew it-titjiriet lejn il-Libja sa l-aħħar ta' Ġunju, l-Air Malta għamlet 118-il round għal Tripli u Benghasi. Matul dawn il-vjaġġi l-kumpanija ġarret 21,123 passiġġier. Ma naħsibx li jkun fl-aħjar interess kummerċjali tal-kumpanija li f'dan l-istadju nagħti iżjed dettalji.
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 9162, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma hux se tkompli bix-xogħol ta' sorveljanza kontra l-abbuż minn wardens f'Wied is-Sewda?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies, lokal b'lokal, mit-8 ta' Settembru, 1998 sat-8 ta' Settembru, 1999 fil-Freeport Corporation?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul il-perjodu msemmi, 13-il persuna daħlu jaħdmu mal-Korporazzjoni tal-
Port Ħieles li ġejjin minn dawn il-lokalitajiet
Dingli persuna
Gżira persuna
Wied il-Għajn persuna
Paola 3 persuni
Qormi persuna
Qrendi persuna
Sliema persuna
Valletta 3 persuni
Żebbuġ persuna
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet iż-żjara fl-Istati Uniti li għamel flimkien mas-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo?
Response (BONNICI, JOSEF)
Iż-żjara li għamilt flimkien mas-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Edwin Vassallo kienet tikkomprendi wkoll lill-Assistent Personali tiegħi. L-ispiża ta' din iż-żjara kienet tammonta għal Lm5003.
Minn dan l-ammont iridu jitnaqqsu r-rebate mill-Air Malta fuq il-biljetti ta' l-ajru.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema ta' Kalaxlokk, matul dawn l-aħħar għaxar xhur, ma ngħatawx ix-xogħol għat-tkomplija tar-riabilitazzjoni ta' Chadwick Lakes? Ma jħossx il-Ministru li meta dawn il-ħaddiema li diġa' għandhom l-esperjenza għaliex ħadmu l-ewwel fażi ta' dan il-proġett u l-fatt li l-gvern ma kellux proġetti alternattivi għalihom matul dawn l-aħħar għaxar xhur, kienu aħjar li kieku tħallew ikomplu bil-ħidma tagħhom? Ma jħossx il-Ministru li dan il-proġett kellu jieħu dehra aħjar flok spiċċa abbandunat matul dawn l-aħħar għaxar xhur?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol li għalih qed issir referenza mhuwiex responsabbilta tal-Ministeru tiegħi, iżda jaqa' taħt ir-responsabbilta tal-Ministeru taż l-Agrikoltura u Sajd.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8607?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn Settembru 1998 u Lulju 1999 għalqu erba' fabbriki mqassmin hekk waħda f'Jannar 1999, waħda f'Marzu 1999, waħda f'April 1999 u oħra f'Mejju 1999.
Matul l-istess perjodu fetħu sitt fabbriki mqassmin kif ġej waħda f'Settembru 1998, waħda f'Novembru 1998, tnejn f'Jannar 1999 u waħda f'April 1999.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-paga u l-allowances taċ-chairman ta' l-MIA, anke fil-funzjoni tiegħu bħala Chief Executive?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/i?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba diġa ingħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 4014.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal bozoz ġodda fil-lokalita' ta' Ħal Tarxien u liema huma t-toroq fejn qed jintalab li ssir bozza?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-preżent hemm talba biex jitwaħħlu sitta u għoxrin bozza ġdida f'diversi toroq ta' Ħal Tarxien. Lista ta' dawn it-toroq qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.