Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjiegi — Barranin jaħdmu bla permess

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul din is-sena s'issa, kemm-il barrani nqabad jaħdem meta ma kellux permess li jagħmel dan? Liema xogħol kienu qed jagħmlu? X'passi ttieħdu kontra s-sidien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward l-informazzjoni mitluba ghall-perijodu 1 ta' Jannar sa l-ahhar ta' Mejju 2000, nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar-Risposta li jien tajt f'Seduta 313 ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16724. Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba dwar Gunju 2000 ghadha qed tingabar.

Ta' Ġiorni — Żbroff ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa u urġenti sabiex żbroff ta' drenaġġ li qiegħed isir minn u li jidher ħdejn l-entratura ta' Blk E, Triq Andre' Mourious, Ta' Ġiorni, issirlu l-manutenzjoni meħtieġa peress li qed ikun ta' inkonvenjent kif ukoll ta' periklu għas-saħħa tar-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ghaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ghall-azzjoni mehtiega.

Sigurta' Soċjali — Għajnuniet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk raġel miżżewweġ jaħdem bi qligħ nett ta' Lm45 fil-ġimgħa, il-mara tiegħu li tieħu l-għajnuna minħabba mard (Lm 24.40 fix-xahar) tibqa' ntitolata għalihom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mara mizzewga ma tkunx intitolata ghall-Ghajnuna Medika jekk zewgha jkun jahdem bi qliegh nett ta' Lm45 fil-gimgha.

Floriana — Triq il-Fosos

Question

Peress li fi Blokk 1A, Bini tal-Gvern, Triq il-Fosos, Floriana hemm anzjana fis-sular ta' fuq nett li tbati b'mard kroniku serju li jirrendiha immobbli, u peress li l-ispazju għal-lift hu ristrett, jista' jsir lift iżgħar skond iċ-ċirkostanzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li jirrizulta li hemm binja maghrufa bhala Bini tal-Gvern u binja ohra maghrufa bhala Blokk 1, fl-istess post il-Furjana, l-Onor. Interpellant hu mitlub jispecifika ghal liema Binja qed jirreferi halli tista tinghata risposta adekwata.

Impjiegi — Senior Technical Officer

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-allegazzjonijiet li wasluli fis-sens illi senior technical officer fid-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni partikolari, qiegħed jieħu commission fuq ix-xogħol tal-House Connectors li min-naħa l-oħra l-istess xogħol qiegħed isir minn ibnu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Irreferejt l-allegazzjoni ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment koncernat biex jinvestiga.

Għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra regolamenti jew direttivi għal diversi appelli minn individwu partikolarment għal għajnuna finanzjarja għal xi ħadd mill-familjarji tagħhom? Jikkonsidra li kull appell għandu jiġi vvettjat mill-ministeru tiegħek partikolarment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nassumi li l-Onor. Interpellant qieghed jirreferi ghal decizjonijiet tad-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali dwar talbiet ghal beneficcji socjali. L-Artiklu 108 tal-Att dwar is-Sigurta' Socjali (Kap 318) jipprovdi li jista' jsir Appell lill-Arbitru mahtur bis-sahha tal-Artiklu 107, dwar kull decizjoni tad-Direttur fuq xi punt tal-Ligi jew principju ta' mportanza. Il-Ligi tipprovdi wkoll ghal Appell mid-decizjoni ta' l-Arbitru quddiem il-Qorti ta' l-Appell. Minn dan li ghedt johrog car li l-Ligi tipprovdi l-makkinarju mehtieg fil-kaz ta' Appelli. Fir-rigward tad-decizjonijiet li jinghataw mill-Bord ghall-Ghajnuna Socjali, liema decizjonijiet ma humiex appellabbli, ma tinhassx il-htiega li provedimenti ezistenti jinbidlu galadarba talba mressqa quddiem dan il-Bord tinghata konsiderazzjoni bir-reqqa kollha minn diversi esperti li huma mahtura fuq dan il-Bord apposta.

Djar — Bormla

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jsir u meta minn erba' appartamenti ġebel u saqaf li hemm f'Sur Santa Liena, Bormla, li ilhom hekk għal xi għaxar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar ser tohrog sejha ghall-offerti biex isiru alterazzjonijiet f'dawn l-erba' fondi u biex jitkomplew ghall-'finished state'.

Xogħol — Korrimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' korrimenti fuq il-post tax-xogħol rapportati lid-dipartiment mill-ewwel tas-sena 'l hawn f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom kienu gravi? Kemm minn dawn il-ħaddiema kawża ta' l-inċidenti għadhom ma rritornawx għax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' talbiet għal benefiċċju tal-korriment li daħlu mill-ewwel tas-sena 'l hawn huwa ta' 2182 talba f'Malta u 62 f'Għawdex. Mill-istatistika li għandu d-Dipartiment, 323 għadhom ma rritornawx għax-xogħol f'Malta u 8 f'Għawdex. Id-Dipartiment ma jżommx statistika dwar il-gravita' tal-korriment. Li jista' jingħad biss huwa li mill-ewwel tas-sena s'issa ingħataw biss żewġ għotjiet tal-korriment minħabba t-telf fiżiku minħabba l-korriment. Fiż-żewġ każi l-panel mediku għamel stima ta' l% bħala telf fiżiku riżultat tal-korriment.

Djar — Kawżi pendenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il kawża hemm pendenti quddiem il-qorti li tinvolvi l-Awtorita' tad-Djar? X'inhi n-natura ta' dawn il-każi? Meta nfetħu dawn il-każi u min hemm involut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Politika Soċjali — Konsulenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Mnistru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, adozzjoni, kompatabilita' eċċ. ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli, eċċ ta' l-Unjoni Ewropea u li taw dan is-servizz minn Jannar, 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru qed tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Politika Soċjali — Konsulenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u li taw dan is-servizz minn Jannar, 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru qed tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Dipt. ta' Kostruzzjoni u Tiswijiet ta' Djar — Tenders

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jserraħ ras kulħadd fis-sens illi m'hemmx konflitt ta' interess dato che t-tifel ta' senior technical officer fi ħdan id-dipartiment ta' kostruzzjoni u tiswijiet ta' djar qiegħed jintavola u diġa' ħa/ngħata bosta tenders mill-istess dipartiment fejn jaqdi d-dmirijiet tiegħu missieru stess? Jista' l-Ministru jgħid fil-każ tat-tenders diġa' meħuda mill-istess individwu minn min ġie ċertifikat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li hu minnu li persuna li missierha jaħdem bħala Senior Technical Officer mad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar issottometta diversi offerti għal xogħolijiet ma' l-istess Dipartiment. F'dawk il-każijiet fejn ingħataw l-offerti hu kien l-irħas u għalhekk mhux il-każ li l-fatt li missieru jaħdem mad-Dipartiment seta' kellu xi effett fuq l-għoti tat-tender. L-għoti tat-tenders isir wara rapport tekniku ippreparat mill-periti tad-Dipartiment li jiġi evelwat minn "Tenders Board" magħmul mid-Direttur u diversi membri ta' l-istaff amministrattivi ta' l-istess Dipartiment. B'hekk il-kwistjoni ta' kunflitt ta' interess ma tirriżultax.

Djar — Appartamenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-132 Condition Reports fuq garaxxijiet u appartamenti/maisonettes ġodda tal-gvern imniedi mill-Awtorita' tad-Djar? Jista' jgħid in segwitu għas-site plans u spezzjonijiet li saru, kemm kien hemm proprjeta', li fuqha l-Awtorita' tad-Djar kienet se tagħmel żvilupp, li kienet okkupata? Jista' l-Ministru jgħid, f'każi simili, x'passi ttieħdu u fejn irriżultaw dawk il-każi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-każijiet fejn irriżulta li kien hemm xogħol mhux skond is-sengħa jew ħsarat, dawn ġew riferuti lid-dipartiment konċernat jew lill-perit inkarigat mill-proġett biex isir ix-xogħol meħtieġ. Dan ix-xogħol jiġi segwit mill-Awtorita' tad-Djar biex jiġi assigurat li jsir għas-sodisfazzjon tal-partijiet interessati. Ninsab infurmat ukoll li kien hemm propjeta f'Ħaż-Żebbuġ li nstabet li kienet okkupata u li passi legali qed jittieħdu f'dan il-każ.

Djar — Skema "U"

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri formanti tal-panel imwaqqaf mill-bord ta' l-Awtorita' tad-Djar sabiex jistudja l-offerti magħmula taħt Skema "U"? Jista' jgħid kemm kien hemm ċittadini li bejn l-1 ta' Ottubru 1999 u Ġunju 2000 offrew li jbiegħu proprjeta' lill-Awtorita' taħt l-istess skema? Jista' jgħid x'irriżulta in segwitu għall-ispezzjonar, layout plans u anke rakkmandazzjonijiet fuq il-proprjeta' offruta? Jista' jindika fejn kienet lokata din l-istess proprjeta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-lokalitajiet li fihom tinsab il-propjeta' offruta lill-Awtorita' tad-Djar huma f'Malta - B'Kara, Bormla, Fgura, Għaxaq, Gżira, Luqa, Marsa, Naxxar, Rabat, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Sliema, Tarxien, Valletta, Xgħajra, Żejtun, Żurrieq u f'Għawdex - Għarb u Rabat. Dwar il-partijiet l-oħra tal-Mistoqaija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru 17,067.