Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #494 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

WSC – xogħlijiet matul tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux minnu li l-Water Services Corporation għandha policy li matul tmiem il-ġimgħa, (u fil-festi pubbliċi), isiru biss tiswijiet ta' urġenza li jolqtu residenzi, u mhux xogħol ieħor?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi l-Korporazzjoni m’għandiex il-policy msemmija.
Leg 12 PQ #500 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett li mistenni jwassal l-ilma għand il-bdiewa

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proġett li permezz tiegħu hu mistenni li jitwassal l-ilma għand il-bdiewa, (second class water), biex ikun jista' jiġi wżat minnhom? F'liema nħawi għaddej xogħol biex dan ikun jista’ jsir? Kemm bdiewa hu mistenni li jibbenefikaw minn tali ilma, u x'inhi l-proċedura li jridu jużaw biex jagħmlu użu minn dan l-istess ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li beda l-commissioning u l-ittestjar tal-ilma. Is-sistema tal-pajpijiet tinsab fi stat avvanzat ta' tlestija sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu jagħmlu użu minn dan l-ilma permezz ta’ bowsers. Se jkun possibli li jsir użu minn dan l-ilma fl-inħawi qrib l-istess impjanti kif ġej: Taċ-Ċumnija: Pwales u partijiet minn Binġemma. Ras il-Ħobż: Għajnsielem, Xewkija, Kerċem. Barkat: Xgħajra, Marsaskala, Żejtun.
Leg 12 PQ #506 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Baħrija – Playing Field — ħsarat

Question

Billi f'rapport fil-Malta Independent dwar ħsarat li saru fil-playing field tal-Baħrija, , fejn qed jingħad li xi residenti ltaqgħu ma' persuni f'Kastilja dwar dan il-każ, u kif ġie irraportat, ingħad li l-istess playing field se terġa’ tinbena mill-ġdid, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar min se jibni mill-ġdid din l-istess playing field, u meta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien qed jagħti fl-aħħar gimgħat attenzjoni lill-proġett tad-drenaġġ ġewwa l-Baħrija u l-inħawi tal-madwar li sewa €6.5 miljun, proġett li qatt ma twettaq minn Gvern preċedenti. Illum il-maggoranza assoluta ta dawn ir-residenti għandhom servizz bażiku tad-drenaġġ għall-ewwel darba. Ninsab informat li jeħtieg issir xi xoghol ta’manutenzzjoni fuq il-playing field li qed tissemma fil-mistoqsija tieghu u jitqiegħdu xi strutturi zgħar li jtejjbu s-sahha u sigurta.
Leg 12 PQ #518 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar u l-Mosta – Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – sinjali fuq il-bankini

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni li għaliha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet numru ta' sinjali fuq il-bankini u fit-toroq, fil-Mosta u f’San Pawl il-Baħar? Liema xogħol hu mistenni li jsir wara li dawn is-sinjali tpoġġew fuq il-post?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li dawn is-sinjali huma neċessita’ ta’ investigazzjonijiet kontinwi li jwasslu għal studji fuq is-sitwazzjoni tas-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi msemmija.
Leg 12 PQ #519 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – open plots

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm 'open plots' ġew identifikati mill-Awtorità tal-Ippjanar fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? X'passi ser jittieħdu dwar dawn l-open plots?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-Mistoqsija Parlamentari hija relatata mal-lokalità kollha ta' San Pawl il-Baħar, li tikkonsisti f'medda ta' art estensiva, ikun iktar ideali kieku l-Awtorità tal-Ippjanar tiġi infurmata b'dawk is-siti speċifiċi li l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni dwarhom. Dan sabiex l-investigazzjonijiet neċessarji ikunu jistgħu isiru b'mod iktar iffokat.
Leg 12 PQ #520 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar – spezzjonijiet fuq siti ta’ kostruzzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'spezzjonijet jitwettqu mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq siti ta' kostruzzjoni, biex jiġi assigurat li fejn jitkissru l-bankini dawn jiġu rranġati kif suppost?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W482.
Leg 12 PQ #521 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – Awtorità tal-Ippjanar – Triq Sant’Antnin – spezzjoni fuq bankini

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tal-Ippjanar wettqitx xi spezzjoni partikulari fuq bankina li tinsab fi Triq Sant'Antnin, San Pawl il-Baħar, bejn Triq Santa Marija u t-triq li tinżel bejn il-Portobello u l-break water ta' Buġibba? Jekk iva, meta saret tali spezzjoni, u x'irriżulta minnha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-bankina li tinsab fi triq Sant’Antnin, San Pawl il-Bahar, bejn Triq Santa Marija u Plajjet Bognor, ġiet spezzjonata fid-29 ta’ Settembru 2016. L-ebda intervent jew ħsara ma ġew innutati.
Leg 12 PQ #526 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Bankini mkissra jew magħluqa b’ħitan

Question

Billi bosta drabi qed ikun hemm persuni li wara li jibnu post, iħallu l-bankina ta' quddiem dik il-binja jew imkissra jew inkella magħluqa permezz ta' xi ħajt, u dan għal bosta xhur wara li jkun tlesta l-istess bini, jista' l-Prim Ministru jgħidkemm kien hemm ka¿ijiet fen il-MEPA, u issa l-Awtorità tal-Ippjanar, ħadet passi matul din is-sena fil-konfront ta' dawn is-sidien li jħallu tali abbandun, u dan b'detriment għal dawk kollha li jkunu jridu jgħaddu minn dawk l-inħawi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat mill-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini li tul din is-sena ma kellu ebda rapport b’referenza għal dak li qed isemmi l-Onor. Interpellant iżda jekk għandu xi tagħrif dwar xi lant partikolari nitolbu jgħaddih lill-istess Uffiċċju biex isir il-verifikar meħtieġ.
Leg 12 PQ #527 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar — fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-fondi, lokalità lokalità li qegħdin għand l-Awtorità tal-Ippjanar wara li nġabru permezz tal-Urban Improvement Fund (UIF), jew inkella permezz tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS)? Kemm minn dawn il-fondi hemm ftehim li diġà ġie ffirmat mal-kunsilli lokali rispettivi biex ikunu jistgħu jintużaw fuq proġetti maqbula mal-istess Awtorità? Liema huma, bħalissa l-ftehim li hemm iffirmati, u x'inhuma l-proġetti li se jseħħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rigward l-UIF jirreferi ghal-Mistoqsija Parlamentari Nru 27422 u rigward c-CPPS qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #528 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Paceville – pjan strateġiku ta’ investiment

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta ġie kkummissjonat ix-xogħol marbut mal-pjan strateġiku għall-Paceville? Min wettaq dan ix-xogħol, u kif intgħażel il-grupp li wettaq l-istess studju? Billi f'parti mill-media ingħad li dan l-istudju se jġib miegħu investiment ta' madwar €300 miljun, jista' jagħti tagħrif dwar fiex se jikkonsisti dan l-istess investiment?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjan gie kkummisjonat mill-Awtorita` ta’ l-Ippjanar fil-11 ta’ Mejju, 2016. Ix-xogħol twettaq mill-esperti Mott MacDonald u BroadwayMalyan. Il-grupp intgħazel wara proċess ta’ espressjoni t’interess. L-investiment se jkun primarjament fit-titjib ta’ l-infrastruttura.
Leg 12 PQ #529 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – Lukanda Selmun Palace

Question

Billi l-lukanda Selmun Palace, m'għadhiex tidher bħala proprjetà tal-Air Malta, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk din l-istess proprjetà għaddietx lura lid-Dipartiment tal-Artijiet, jew jekk għaddietx għand xi awtorità/dipartiment ieħor tal-Gvern? Jekk iva, kif hu maħsub li wieħed għandu jiddisponi minn din l-istess lukanda?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .
Leg 12 PQ #532 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Binjiet high rise (torrijiet) — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm, preżentement applikazzjonijiet għal bini ta’ binjiet high rise (torrijiet)? Skont l-applikazzjoni, f’liema lokalitajiet, jinsabu dawn it-talbiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li hemm erbatax (14) il-applikazzjonijiet li huma pendenti quddiem l-Awtorita tal-Ippjanar għal bini ta’binjiet high rise. Lokalita Numru Tip Xemxija 1 Full Application pending PA7736/06. Naxxar 3 Outline Application pending PA73/04 Outline Application Pending- Recommended for Refusal PA5494/04 PA 3632/09 –Full development application Gzira 4 Outline Application Pending PA3134/03 Outline Application Pending PA6513/04 Outline application pending PA3846/08 Screening Application PA1996/16 Marsalforn 1 Outline Application Pending PA1814/07 San Pawl l-Bahar 1 Outline application pending PA1671/03 San Giljan 1 Outline application pending PA1593/99 Sliema 1 Amended application pending PA7620/03 Xghajra 1 PA 735/08 – Full development application Mriehel 1 Screening Application [TRK 158866]
Leg 12 PQ #571 Sitting 424 2016-10-10 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma — funzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhi l-funzjoni tal-Aġenzija dwar l-Enerġija u l-Ilma? Min huma l-persuni li jiffurmaw din l-aġenzija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat li l-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma, formalment SEWCU, hija aġenzija tal-Gvern imwaqqfa permezz tal-Avvi¿ Legali 50/2014. L-aġenzija timpjega 33 persuna, li jikkonsistu fi grupp ta’ professjonisti kif ukoll 3 studenti fuq taħriġ.
Leg 12 PQ #26812 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali – fondi akkreditati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-fondi li suppost huma akkreditati lill-Kunsilli Lokali kollha? Jista’ jagħti dan it-tagħrif separatament għal kull skema u għal kull kunsill separatament,għal dawk li huma CPPS, UIF u skemi oħra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .
Leg 12 PQ #26815 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – Toroq – street lighting

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinvestiga r-raġuni li għaliha l-istreet lighting fit-toroq: Iċ-Ċern, Il-Pagell u Il-Mazzola, f’San Pawl il-Baħar, ilu maqtugħ numru ta’ jiem? Jista’ jieħu l-passi neċessarji biex dan id-dawl jiġi rranġat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li rċevew rapporti ta’ żewġ ħsarat differenti. L-ewwel ħsara ġiet irrapurtata fil-15 ta’ Lulju 2016, u t-tiswijiet saru dakinhar stess. L-oħra ġiet irrapurtata fl-istess ġurnata li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari u t-tiswijiet meħtieġa tlestew l-għada.
Leg 12 PQ #26832 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Safar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26713 u jgħid min siefer miegħu f’kull okkażjoni/safra, minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Rigward safar relatat mal-Kunsill Ewropew, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 26715. Għal safar ieħor qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #26833 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Safar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26714 u jgħid kemm swiet kull żjara/safra li għamel barra ‘l pajjiż minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għall-perjodu Marzu 2013- Lulju 2015 , ingħatat fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari 12115 u 17753. Rigward safar relatat ma’ laqgħat tal-Kunsill Ewropew, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba ghall-Mistoqsija Parlamentari 26715. Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji mitluba dwar safar ieħor għall perjodu Lulju 2015 - Lulju 2016.
Leg 12 PQ #26883 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għall-permessi għall-bini ta’ uffiċini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26858 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ applikazzjonijiet għall-permessi għall-bini ta' uffiċini, inkluż dawk il-permessi li jinkludu mixed-use, li hemm preżenti bħalissa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, maqsumin skont il-lokalità u l-floor space li hu propost li jinħoloq għal kull applikazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub. Ninsab nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li rigward il-qiesen tal-floor space, dan ma jinżammx fis-sistema tal-informatika tal- istess Awtoritá.
Leg 12 PQ #26884 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permessi għall-Iżvilupp għall-Uffiċini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26857 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-permessi tal-iżvilupp ta’ uffiċini, inkluż dawk il-permessi li jinkludu mixed-use, li ġew approvati matul dawn l-aħħar 3 snin, maqsumin skont il-lokalità u kemm hu l-floor space li ser jiġi kreat għal kull permess?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub. Ninsab nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li rigward il-qiesen tal-floor space, dan ma jinżammx fis-sistema tal-informatika tal- istess Awtoritá.
Leg 12 PQ #27162 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaż-Żebbuġ – Triq Dun Salv Ciappara – ċint madwar għalqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li l-Awtorità tal-Ippjanar tara li l-liġi tiġi osservata u jinbena ċint madwar l-għalqa li tinsab fi Triq Dun Salv Ciappara f’Ħaż-Żebbuġ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-istess Awtorita qiegħda tħejji pjan mal-Cleansing Directorate sabiex, fejn qiegħed jintrema skart b'mod illegali fuq plots privati, tkun tista' tittieħed dik l-azzjoni neċessarja biex il-ħsara u l-inkonvenjent jitneħħew mill-aktar fis possibbli.