Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4222 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi għal rave parties

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn permessi pendenti għal rave parties? Fejn sejrin isiru? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kondizzjonijiet ta' kull permess li se joħroġ għal dawk il-parties pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fid-19 ta' Frar, 1999, kien hemm applikazzjoni waħda għall-rave party li ser jinżamm fi stabbilimenti fil-limiti tar-Rabat. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet għal dan il-permess. 22.02.99
Leg 9 PQ #4223 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Parties

Question

Billi ġo party li sejjer isir dalwaqt, skond id-dress code, min imur huwa mitlub li jieħu jew jilbes manetti (hand cuffs), frosti u ktajjen, jista' l-Ministru jgħid jekk dan jistax isir bil-liġi? Jekk le, x'passi se tieħu l-pulizija biex tiżgura li dawn l-affarijiet ma jitħallewx isiru? Qed nibgħat separtament ma' din id-domanda brochure li qed jitqassam ġod-djar bil-posta fejn min imur qed jiġi mitlub b'dan il-mod (Ara document A). Kemm jistgħu jidħlu persuni ġol-post fejn se jsir dan il-party skond il-liċenzja tal-post?

Response (BORG, TONIO)

Il-Pulizija ħadet il-passi sabiex tiżgura li jkunu osservati l-kundizzjonijiet tal-liċenzja. Fil-fatt ninsab infurmat li l-Party li rrefera għalih l-Onor. Interpellant inżamm mingħajr inċidenti. 22.02.99
Leg 9 PQ #4224 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Disc jockeys — Work permits

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-disc jockeys li jieħdu sehem ġo party li se jsir dalwaqt u li tiegħu qed nibgħatlek separatament brochure (dokument B) li qed jitqassam fid-djar, għandux work permit neċessarju biex jagħmlu dan ix-xogħol? Dawk li ġew fil-passat, x'tip ta' permess kellhom? Kemm ħarġu permessi ta' dan it-tip?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li sabiex barrani jkun jista` jagħmilha ta` disk jockey hawn Malta, anki jekk għal jum wieħed, għandu bżonn ta` liċenzja ta` impjieg għal dan il-għan. Id-Dipartiment responsabbli għall-ħruġ ta` dawn il-liċenzji jirċievi diversi talbiet sabiex disk jockeys barranin jipparteċipaw f`diskoteki lokali, il-biċċa l-kbira għal jum jew tnejn, l-aktar għal tmiem il-ġimgħa. Normalment dawn it-talbiet jiġu milqugħa iżda ma tinżammx statistika dwarhom. Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment konċernat irċieva tlett applikazzjonijiet dwar disk jockeys barrranin li ser jipparteċipaw f`party li dwaru l-Onor. Interpellant għaddhieli brochure. Dawn l-applikazzjonijiet ġew ipproċessati u nħarġu l-liċenzji meħtieġa. 22.02.99 Seduta 66
Leg 9 PQ #4283 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Sliema — Triq Imrabat - Ħanut Turkish Kebab

Question

Jistgħu l-pulizija jieħu passi biex is-sidien tal-ħanut ta' l-ikel Turkish Kebab fi Triq Imrabat f'Tas-Sliema ma jibqgħux isabbtu l-bibien tar-residenza tagħhom tard bil-lejl u jħallu l-mutur tagħhom għal ħanut jagħmel ħsejjes li qed idejjaq lill-ġirien?

Response (BORG, TONIO)

Għaddejt l-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant għall-attenzjoni tal-pulizija tad-distrett biex tittieħed azzjoni meħtieġa. 22.02.99
Leg 9 PQ #4285 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Ex-impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna minn Tas-Sliema li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li rtira minn mad-Dipartiment ta' l-Artijiet fit-2 ta' Ġunju, 1998 ġie mċaħħad minn jumejn paga u arretrati u tħallas biss sal-31 ta' Mejju, 1998? Jista' l-Ministru jara li din il-persuna titħallas kif suppost?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna nvoluta għalqet 61 sena fit-2 ta' Ġunju 1998, u fil-fatt kienet imħallsa l-paga sa l-1 ta` Ġunju 1998 kif suppost. Din il-persuna tħallset 21 ċenteżmu f`arretrati anqas milli suppost. Ninsab infurmat ukoll li ġiet mitluba li, meta jkun konvenjenti għaliha, tmur id-Dipartiment ta` l-Artijiet biex tiġbor dan l-ammont. 22.02.99
Leg 9 PQ #4317 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Wied il-Għajn — Forti San Tumas

Question

In vista tal-fatt li l-Forti San Tumas f'Wied il-Għajn issa tinsab f'idejn l-awtoritajiet kompetenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba sarx rapport rigward l-istat li din tinsab fih u t-tieni, jekk dan għadu ma sarx, jistax isir?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li sar rapport dwar il-Forti San Tumas, f`Wied il-Għajn, mir-'Restoration Unit' fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet. Ninsab infurmat ukoll li ċ-ċwievet ta` dan il-forti issa jinsabu f`idejn l-istess 'Unit'. 22.02.99
Leg 9 PQ #4360 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reserved parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il permess ħareġ għar-reserved parking f'kull lokalita' separata f'Malta u Għawdex mill-1 ta' Jannar, 1998 sal-lum u f'liema xhur ħareġ kull permess?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mit-Trasport. 22.02.99
Leg 9 PQ #4620 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Bank kummerċjali — Hold-up

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir inkjesta li r-riżultat tagħha jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra dwar l-attentat ta' hold-up li sar illum it-13 ta' Frar fuq bank kummerċjali fejn allegatament l-arma tan-nar tal-pulizija ma' sparatx?

Response (BORG, TONIO)

Peress li hemm Inkjesta Maġisterjali għaddejja dwar l`imsemmi inċident, ma nħoss il-ħtieġa ta` inkjesta ulterjuri. 22.02.99
Leg 9 PQ #4621 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Armi tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' taħriġ jingħataw il-pulizija fuq l-użu ta' l-arma tan-nar li jkollhom u li jkunu għassa ma' dawn il-banek kummerċjali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li kull membru tal-Korp tal-Pulizija, matul iż-żmien li jagħmel fl-Akkademja, jingħata taħriġ bażiku fl-użu ta` l-armi. Peress li nħass il-bżonn li dan it-taħriġ irid ikun aktar speċjaliżżat, numru ta` membri tal-Korp għadhom kemm temmew b`suċċess taħriġ ta` Instructors fl-użu ta` l-armi. Qed jiġi mfassal programm sabiex il-membri kollha tal-Korp jiġu mħarrġa u evalwati fl-użu ta` l-armi. Dawk biss li jikkwalifikaw minn din l-evalwazzjoni ser jingħataw ċertifikat ad hoc u jitħallew jużaw tali armi. Huwa ppjanat ukoll li dan it-taħriġ ikun kontinwu, dejjem fid-dawl tal-mezzi finanzjarji li jkollu l-Korp. 22.02.99
Leg 9 PQ #4698 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Applikazzjonijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4479 tal-5 ta' Frar 1999 (Seduta Numru 62 tad-9 ta' Frar 1999) fejn intalbu aktar dettalji, jista' l-Ministru jwieġeb b'riferenza għall-applikazzjoni numru PA7412/97?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-perit inkarigat mill-EIA dwar l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qatt ma kien il-kap tas-sezzjoni tal-minerali fl-Awtorita'. Ninsab infurmat ukoll li l-applikazzjoni in kwestjoni qatt ma ġiet riferuta lill-Bord ta' l-Appell. Il-perijodu li fih isir is-survey ma jiġix stabbilit mill-Awtorita'. F'dan il-każ l-EIA ma sarx biss mill-perit imsemmi imma minn tim ta' konsulenti fosthom persuna esperta fl-ekoloġija tal-Gżejjer Maltin. L-EIA ikollu komponent ta' riċerka li fiha jittieħed konjizzjoni ta' informazzjoni eżistenti kif ukoll surveys tal-post innifsu. Ninsab infurmat li qatt ma saru EIA's preċedenti dwar dan il-post. Kien sar rapport qasir dwar il-flora tal-kosta fil-punent tas-sit in kwestjoni wara li kien hemm domanda għal ftu ta' barriera minn terzi persuni fl-1993. Dan ir-rapport kien jikkonċerna sit lejn il-majjistral tas-sit fejn inħareġ permess għal barriera. 22.02.99
Leg 9 PQ #4720 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Xgħajra - Għassa

Question

Peress li x-Xgħajra, Żabbar qed jikber fil-popolazzjoni, jista' l-Ministru jgħid kif fl-għassa tal-lokal ma jkunx hemm pulizija matul il-lejl?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4178 f'Seduta 59. 22.02.99
Leg 9 PQ #4776 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Birgu - Xatt ir-Risq

Question

Peress li f'Xatt ir-Risq, il-Birgu, qed ikun hemm ħafna laneċ tas-sajd li qed ikollhom ġeneraturi jaħdmu u peress li dawn qed joħolqu inkonvenjent għar-residenti li joqogħdu viċin, jista' l-Ministru jintervjeni sabiex dan l-inkonvenjent jispiċċa?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat minħabba li din hi kwestjoni ta' irmiġġ. 22.02.99
Leg 9 PQ #4788 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Partitarju Nazzjonalista

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tressaqx il-Qorti u jekk le, meta beħsiebhom il-pulizija jressqu l-Qorti lill-partitarju Nazzjonalista li kien armat b'sikkina jaħraq karozza u żewġ muturi u dan kif muri aħjar fl-istorja rapportat lokalment fil-gazzetti lokali fid-29 ta' Ġunju, 1987 (kopja ta' dan qed tintbagħat separatament)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien hemm żewġt irġiel suspettati u li wieħed minnhom illum huwa mejjet. Infurmat ukoll illi l-każ issa huwa preskritt, għax għaddew 11-il sena mill-inċident li, mill-proċess verbal ma jirriżultax li kellu x'jaqsam mal-politika. 22.02.99
Leg 9 PQ #4790 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Proprjeta' — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm sidien privati li għandhom jitħallsu mingħand il-Gvern ta' proprjeta' esproprjata minnu fejn il-ħlas ilu pendenti għal għaxar snin u aktar? Kemm huwa l-ħlas totali dovut?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija jrid isir eżami ta' numru kbir ta' files u records manwali li jintħieġ ħafna żmien u ħafna riżorsi. Ma jidhirlix li l-użu ta' dan iż-żmien u riżorsi biex isir l-eżami msemmi hu ġustifikat. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1638 f'Seduta 18. 22.02.99
Leg 9 PQ #4221 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Twaħħil ta' posters

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu jew ħadet il-pulizija kontra dawk illi iħammġu l-ambjent b'twaħħil ta' posters ma' ħitan fejn mhux suppost, eżempju klassiku huwa dawk il-posters illi qed jitwaħħlu kuljum ħdejn ir-roundabout tar-Regional Road ħdejhn it-tank tal-gass?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-wiri ta' reklami hu regolat b'Avviż Legali 171 ta' l-1993 (Ordni ta' l-1993, Regolamenti dwar Reklami). Infurmat ukoll illi żewġ reklami li twaħħlu fil-post indikat mill-Onorevoli Interpellant ġew imneħħija mill-Pulizija peress li ma kienx magħruf min waħħalhom. 17.02.99
Leg 9 PQ #4266 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar 1999, kemm kien in-numru ta' reati kriminali rapportati lill-pulizija u x'tip ta' reati kienu? Kemm kien in-numru ta' attakki bi vjolenza fuq l-anzjani u x'kienu l-etajiet ta' l-anzjani? Kemm kien in-numru ta' hold-ups u l-ammont ta' flus misruqa f'dawn il-hold-ups? Kemm kienu d-drabi li nstabet droga fil-ħabs?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel u t-tieni partijiet tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar in-numru ta' hold ups irrapurtati lill-Pulizija bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u t-12 ta' Jannar, 1999, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3517 f'Seduta 52. Ninsab infurmat ukoll li bejn it-13 ta' Jannar u l-31 ta' Jannar, 1999, ġew irrapurtati lill-Pulizija 3 hold ups u kien hemm ukoll 2 rapporti ta' tentattivi ta' hold ups li fihom ma nsteraq xejn. L-ammont fi flus kontanti li ġew irrapurtati li nsterqu fil-hold ups bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u l-31 ta' Jannar, 1999, kien ta' madwar Lm38,276. F'żewġ każijiet, fejn ġie rappurtat serq ta' flus, l-ammont ma ġiex speċifikat. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li fl-istess perijodu (05/09/98 - 31/01/99) ġew irrapurtati lill-Pulizija żewġ każi ta' sejbiet ta' droga fil-Ħabs. 17.02.99
Leg 9 PQ #4275 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar minn Settembru 1998 sa Jannar 1999, kemm-il persuna nqabdet tpejjep: (i) fis-swali tas-cinemas; (ii) f'karozzi tal-linja; u (iii) fl-isptarijiet? F'kull każ ittieħdu passi fil-qorti? Fl-istess żmien, jista' l-Ministru jgħid jekk itteħdux xi passi kontra sidien ta' ħwienet eċċ li ħallew tfal taħt l-eta' jixtru s-sigaretti jew xorb alkoħoliku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn Settembru 1998, u Jannar 1999, ma nqabdet l-ebda persuna li kkommettiet xi waħda mill-offiżi li rrefera għalihom fil-Mistoqsija tiegħu l-Onor. Interpellant. 17.02.99
Leg 9 PQ #4276 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Żgħażagħ taħt l-eta' f'postijiet ta' divertiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar minn Settembru 1998 sa Jannar 1999, kemm-il persuna taħt l-eta' (1a6-il sena) inqabdet f'post ta' divertiment meta dan mhux permess mil-liġi? X'passi ttieħdu kontra s-sidien talli ħallew lil dawn it-tfal jidħlu fl-istabbilimenti tagħhom? F'liema lokalitajiet inqabdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn Settembru 1998, sa Jannar 1999, inqabdu 36 -il persuna taħt l-eta' f'postijiet ta' divertiment, u ttieħdu passi fil-Qorti kontra s-sidien talli ħallew dawn it-tfal fl-istabbilimenti tagħhom, liema kawżi għadhom pendenti. Id-dettalji dwar in-numru ta' każijiet, xahar b'xahar, u l-lokalitajiet fejn seħħew huma kif ġej : - Lokalita' Settembru Ottubru Novembru Diċembru Jannar Total --------- --------- ------- -------- -------- ------ ----- M'Skala - - - - 14 14 Paceville - 10 - - 10 20 Victoria Gozo - - - 2 - 2 Total - 10 - 2 24 36 17.02.99
Leg 9 PQ #4309 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Arkivji ta' l-Atti Notarili — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm, u kien hemm ħaddiema u f'liema gradi, tul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 fl-arkivji ta' l-atti notarili li jinsabu fi Strada San Kristoforu, il-Belt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fis-snin speċifikati mill-Onor. Interpellant, in-numru ta' ħaddiema fl-Arkivji ta' l-Atti Notarili fi Triq San Kristofru, il-Belt, u l-gradi tagħhom kien kif ġej : - fl-1995 - għalliem misluf mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni li kien jiftaħ l-Arkivji regolarment fl-1996, 1997, - 2 impjegati, normalment impjegat 1998 klerikali u labourer, li jaħdmu fl-Arkivji Notarili ewlenin fi Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Belt, ġew assenjati jiftħu l-Arkivji fi Triq San Kristofru darba fil-ġimgħa filgħodu. 17.02.99
Leg 9 PQ #4310 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Arkivji ta' l-Atti Notarili — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta hija l-aħħar darba li saret manutenzjoni u tindifa ġenerali tal-arkivji ta' l-atti notarili li jinsabu fi Strada San Kristofru, il-Belt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-aħħar li saru kemm manutenzjoni kif ukoll tindif fl-Arkivji ta' l-Atti Notarili fi Triq San Kristoforu, il-Belt, kien fl-ewwel ta' Frar 1999. 17.02.99