Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 ma' l-Awtorita' dwar it-Tasport Pubbliku? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li mis-6 ta` Settembru sal-lum, ma` kien ingaġġat l-ebda mpjegat ġdid ma` l-Awtorita dwar it-Trasport Pubbliku.
Billi fil-maltemp li għamel fl-24 ta' Settembru, 1998 reġa' kien hemm bosta djar li għarqu bl-ilma fi Sqaq Nru. 3, Triq Biċċieni, Żabbar, possibbli li d-Dipartiment tat-Toroq jieħu azzjoni biex din il-problema tiġi rimedjata possibbilment b'xi culverts għall-ilma?
Jista' d-dipartiment konċernat ġentilment jittratta dan l-ilment b'ċerta urġenza u prijorita' billi dan l-għargħar f'dan l-isqaq qed iseħħ ta' spiss fix-xhur tax-xitwa, u billi f'ħafna każi minnhom familji kellhom iqabbdu pompi u jċemplu fire engines biex jippumpjaw l-ilma minn djarhom? Hu possibbli li jittieħedu passi immedjati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-problema f`din iż-żona tal-Biċċieni qiegħda tiġi kkaġunata peress li bl-iżvilupp li sar fl-għelieqi fil-Lvant ta` din iż-żona, kanali antiki ta` l-ilma li kienu jwasslu sal-wied lejn Wied il-Għajn tneħħew, u l-ilma jiġri f`wiċċ it-toroq.
Biex din il-problema tiġi solvuta, jeħtieġ li jsir proġett għat-toroq ġodda kollha f`dawn l-inħawi. Għalhekk, għalkemm il-problema ma` tistax tiġi riżolta f`ħakka t`għajn, tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jagħti bidu għal-ħolqien ta` pjan t`azzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jiffurmaw l-istaff fis-Segretarjat privat tiegħu? X'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Liema huma dawk il-persuni li huma mpjegati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji ta' kull impjegat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma` għadu ġie ffirmat ma` l-individwi kkonċernati u nkun f`qagħda li nwieġeb għall-mistoqsija f`xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.
Nirreferi ukoll lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 81.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji ta' sigurta' applikabbli għal kull min jaħdem fl-ajruporti jew ikollu x'jaqsam max-xogħol li jkun qed jiġi esegwit fl-ajruporti? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan ikunx jeħtieġ xi pass partikolari? Min huma l-persuni li jikkwalifikaw jew le għall-għoti ta' dan il-pass?
Jista' l-Ministru jispjegali kif area ta' bejn Block tal-gvern fil-back side ta' Block B3, B4 u B5 u l-front ta' Block B2 Housing Estate, Fgura għadha kollha żrar u qatt ma ġiet asfaltata wara snin kbar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-post indikat mill-Onor Interpellant huwa diġa asfaltat u għalhekk ix-xogħol ta' 'resurfacing' irid isir mill-Kunsill Lokali
Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Konferenza internazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jgħaddi lill-Kamra kopja tad-diskors tiegħu li għamel f'Minneapolis, USA fl-okkażjoni tal-konferenza internazzjonali li saret hemm u organizzata mill-ITU?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant l dan id-diskors gie ppubblikat mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni fid- 19
Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex Triq l-Imdina, Ħal Qormi jkollha l-faċilitajiet meħtieġa biex il-pedestrians ikunu f'qagħda li jaqsmu t-triq mingħajr periklu peress li din it-triq hija arterja ewlenija għat-traffiku u hija kważi impossibli fil-peak hours biex taqsam min-naħa għall-oħra bil-konsegwenza li l-periklu huwa kbir u sfortunatament diġa' seħħew inċidenti fatali minħabba n-nuqqas ta' dawn il-faċilitajiet meħtieġa u għalhekk jinħtieġ li din it-triq tingħata priorita' biex jitnaqqas ir-riskju ta' aktar inċidenti serji?
Response (GALEA, ĊENSU)
Hu mahsub li bhala parti mix-xogħol li ser isehh fit-Triq imsemmija, jkun hemm ukoll pedestrian crossing.
Peress li Triq San Ġwakkin f'Ħal Qormi ilha għal snin kbar fi stat diżastruż b'konsegwenza li jeżisti periklu serju kemm għan-nies kif ukoll għall-proprjeta' tar-residenti li jgħixu fiha u peress li fl-aħħar tal-Leġislatura l-oħra kienu ġew iffinalizzati l-proċeduri kollha meħtieġa biex ix-xogħol fuq it-triq jinbeda imma sal-lum dan ix-xogħol għadu ma ġiex mibdi, minkejja li anke l-allokazzjoni finanzjarja kienet saret, jista' l-Ministru jgħid jekk waqafx ix-xogħol fuq din it-triq u jekk le meta se jibda?
Response (GALEA, ĊENSU)
Wiehed jassumi li x-xogħol li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa dak tat-twessiegħ ta` parti minn din it-triq . L-art necessarja għat-twessiegħ ser tiġi akkwistata skond id-dikjarazzjoni tal-President numru 679 kif ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tas-7 ta` Settembru, 1998. Issa li dawn il-proceduri tlestew id-Dipartiment tat-Toroq ser jara kif iwettaq dan ix-xoghol.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq il-Mina ta' Għajn Dwieli li kien inbeda xhur ilu huwiex se jitkompla?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat lli l-progett ta` hdejn Għajn Dwieli qed jitwettaq mill-Cottonera Rehabilitation Committee, u għalhekk l-Onor. Interpellant mitlub jagħmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm pjan li ssir biċċa min Triq Lia f'Ħaż-Żabbar (bejn Carmel Street u Sacred Heart Street) li mhux biss hi ta' inkonvenjent kbir imma qed tkun sors ta' għargħar kull darba li tagħmel ix-xita?
Jista' l-Ministru jara li jsir patching fit-toroq u fil-bankini fil-Bus Terminus tal-Belt bħala miżura temporanja sakemm issir ir-riabilitazzjoni sħiħa ta' l-istess terminus?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq u l-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku biex jaraw x`hemm bzonn isir ghall-mument.
Jista' l-Ministru jgħid meta Triq San Ġwann fil-Fgura se tingħata l-asfalt, meta sa ftit xhur ilu suppost li sar ix-xogħol kollu fiha? Jekk se jsir dan meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li kienu ghaddejjin diskussjonijiet preliminari bejn il-Gvern u l-Kunsill Lokali tal-Fgura sabiex jigi stabbilit x`jista jsir f`din it-triq. Dawn id-diskussjonijiet ser ikomplu.