B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 993, tista’ l-Ministru tgħid:
a) X’etajiet għandhom kull tifel u tifla li huma
fostered
;
b) Kemm minn dawn it-tfal fostered huma taħt care order;
ċ) Kemm hemm foster carers jieħdu ħsieb dawn it-tfal;
d) Kemm minn dawn il-foster carers mhumiex qraba tat-tfal;
e) Kemm hemm tfal li qegħdin fi djar residenzjali li jistgħu jiġu fostered; u
f) Kemm hemm tfal oħra fil-komunità li qed jistennew li jiġu fostered u x’etajiet għandhom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 574, tista’ l-Ministru tindika dawk l-istandards li diġà huma fis-seħħ u jekk l-Aġenzija Appoġġ infurmatx lill-foster carers b’dawn l-istandards li ġew approvati?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informażżjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u Soliderjetà Soċjali — konsulenzi mogħtija b'direct order
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — fuel
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta' fuel tal-karozzi kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għall-provvista tal-fuel tal-karozzi kollha li kienu jintużaw bejn l-1 ta’ Ġunju 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 kienet €4300.65.
Il-
fuel
li ingħata għall-karozza li kien juża Mr Chris Said ammonta għal €3753.19 u l-fuel li ntuża għall-karozza li kien juża s-Segretarjat ammonta għal €547.46.
Tista' l-Ministru tgħid jekk talbitx li jiġi rtirat it-tender għall-ippakkjar u l-konsenja ta’ 150,000 pressure seal mailer forma għall-energy benefit vouchers ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern fl-istess ġurnata li l-Gvern ħabbar fil-Parlament li se titneħħa s-sistema tal-vouchers tal-energy benefit?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li bdew id-diskussjonijiet sabiex jibda jinħareġ il-benefiċċju tal-Enerġija mingħajr il-ħtieġa li jinħareġ vawċer, f’dan l-istadju għadu ma ġiex deċiż jekk jitkompliex il-proċess tal-evelwazzjoni tat-Tender għall-konsenja ta’ €150,000 “pressure seal mailer forms” li jintużaw biex jintbgħatu l-vawċers qabel ikun iffinalizzat il-pjan u jkun stabbilit sa meta se tinbidel is-sistema. Madanakollu se jkun żgurat li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali jkollu konsenja adegwata ta’ vawċers kif ikun meħtieġ.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta' konsulent
Question
Tista' l-Ministru tgħid f'liema taqsima tal-Ministeru tagħha ġie ingaġġat bħala konsulent l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Xi kwalifiki għandu l-individwu? Tista' tpoġġi s-CV tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Saret sejħa biex jiġi magħżul dan il-konsulent? Xi ħlas u kundizzjonijiet oħra hemm marbuta ma' din il-konsulenza? Dan il-konsulent jista' jkompli bix-xogħol privat tiegħu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Qasam tad-Djar — xogħlijiet neċessarji fuq ċint ta' proprjetà tal-Gvern
Question
Tista' l-Ministru tara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji fuq ċint ta' proprjetà tal-Gvern (ġardina ta' qasam tad-djar), li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Ħal Kirkop — Triq Karlu Darmanin - garaxxijiet vojta
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-garaxxijiet li hemm taħt il-blokk ta' appartamenti fi Triq Karlu Darmanin, Ħal Kirkop, joħorġu għall-kiri għax minkejja li ilhom iż-żmien għall-bejgħ sal-lum għadhom vojta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lil Onorevoli interpellant illi minħabba li din hija l-mistoqsija dwar il-policy futura tal-Awtorità u fid-dawl li l-Bord tad-Diretturi għadu kif ġie magħmul, din il-kwistjoni se tkun mitkellma fil-futur qarib.
Tista' l-Ministru tgħid jekk mara miżżewġa u tgħix fid-dar matrimonjali ma' żewġha, iżda ddur b'ommha (li tgħix f'dar oħra) hux intitolata għal xi benefiċċju?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, sabiex persuna tkun intitolata għal Pensjoni tal-Wens jew Għajnuna Soċjali għal Carers trid tkun xebba/ġuvni, armel/armla u diżimpjegat/diżimpjegata u jgħix/tgħix 24 siegħa mal-pażjent/a fl-istess indirizz.
Għaldaqstant persuna miżżewġa u tgħix fid-dar matrimonjali ma' żewġha, iżda ddur b'ommha (li tgħix f'dar oħra) mhux intitolata għall-ebda wieħed mill-Benefiċċji msemmija.
Tista' l-Ministru tara li ssir verifika fuq l-ammont ta' benefiċċju tar-romol li tirċievi l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u dan peress li hi qed tgħid li hu baxx wisq?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Benefiċċji għal single parents — każ ta' individwu
Question
Tista' l-Ministru tara x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna (single parent), li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mhux tirċievi l-ebda għajnuna?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Nota: L-Għajnuna Soċjali ġiet imwaqqfa peress li l-persuna konċernata naqset li tattendi l-uffiċċju meta ġiet mitluba tagħmel dan għal diversi drabi. Hija intalbet tipprovdi il-payslips għas-sena 2013, il-kont tad-dawl u x’passi qed tieħu sabiex tissalvagwardja id-dritt tagħha għal manteniment tat-tifel. L-ittri ġew mibgħata fit-13 ta’ Marżu, 2013, fit-3 ta’ April, 2013 u ittra reġistrata fid-29 ta’ April, 2013.
għajnuna tal-mard – Manteniment — każ ta' individwu
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-ammont ta' flus mogħti bħala manteniment lill-ex mara ta' persuna jitnaqqsux meta jsir means testing għall-għajnuna tal-mard? Tista', allura, tara għaliex il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġie deċiż mhux intitolat, u dan meta hu jgħaddi parti sostanzjali mill-pensjoni tiegħu lill-ex mara bħala manteniment?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mhux tieħu l-ebda benefiċċju soċjali u dan wara każ ta' separazzjoni minn ma' żewġha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Nota: Is-sinjura applikat għal Għajnuna Soċjali fis-6 ta’ Mejju, 2013 u għaldaqstant l-każ għadu qed jinħadem.
Tista' l-Ministru tinforma lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jekk saritx il-bidla neċessarja biex din il-persuna li kienet għaddiet mill-bord tal-invalidità tinqaleb għall-pensjonata? Jekk saret din il-bidla, tista' tiġi informata din il-persuna kif seħħ dan it-tibdil?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenza
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tagħha, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtha, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Tista' tgħid jekk kull servizz mogħti ngħatax b’direct order jew le?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Residenza San Vinċenz de Paul — inkarigu ta' membru parlamentari
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-brief li ngħata d-deputat laburista, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fl-inkarigu fir-Residenza San Vinċenz de Paul u x'riżultati huma mistennija minnu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Famlija u Solidarjetà Soċjali — staff complement
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Segretarju parlamentari għall-persuni b'diżabilità u Anzjanità Attiva — staff complement
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-istaff complement tas-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, kariga b'kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kargia u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.