Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #11678 Sitting 194 2014-11-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – Triq Ninu Cremona — resurfacing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex parti minn Triq Ninu Cremona fir-Rabat Għawdex reġgħet ġiet miftuħa wara li kienet ġiet resurfaced riċentament mill-Ministeru tiegħu? Dan riżultat tal-fatt li meta ġiet resurfaced din it-triq ma ġewx mibdula s-servizzi fl-istess triq?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li Triq Ninu Cremona infetħet biex isiru tiswijiet ta’ ħsara kkawżata minn pressa żejda fil-main tal-ilma minħabba li ngħalqet parti mid-distribuzzjoni fi pjazza Savina. Jiena nfurmat ukoll li qabel ma ġiet resurfaced din it-triq ġew mibdula is-servizzi tad-djar.
Leg 12 PQ #11680 Sitting 194 2014-11-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Dekasteru għal Għawdex — telework

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu kemm hemm impjegati li qed jagħmlu xogħol bit-telework? Jista’ jagħti dan it-tagħrif xahar b’xahar minn mindu ġiet introdotta din il-miżura family friendly fis-settur pubbliku?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #11681 Sitting 194 2014-11-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Dekasteru għal Għawdex — qualification allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, kemm kien hemm impjegati li għamlu talba għall-qualification allowance u din it-talba ġiet irrifjutata? F’kull każ għaliex it-talba ġiet irrifjutata? F’liema dipartimenti qed jew kienu jaħdmu dawn l-impjegati?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 11357.
Leg 12 PQ #11682 Sitting 194 2014-11-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kemm ġew ingaġġati persuni f’pożizzjonijiet f’dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Liema huma dawn il-po¿izzjonijiet? Min huma l-persuni li issa qegħdin jokkupaw kull pożizzjoni li nħarġet fil-perjodu indikat? X’inhu l-pakkett finanzjarju (salarju fis-sena, allowances eċċ.) marbut ma’ kull pożizzjoni?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #11454 Sitting 193 2014-10-29 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali – Item 7001

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7001 - ICT li skont it-tweġiba jammontaw għal €155,558.00? Jista' jgħid jekk x-xogħol involut tlestiex u jekk dan l-ammont imsemmi tħallasx?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat illi l-ammont ta’ €155,558.00 jinkludi fih diversi xogħlijiet li tlestew, servizzi u provvista ta’ oġġetti, li huma kollha mħallsa.
Leg 12 PQ #11455 Sitting 193 2014-10-29 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali – Item 7239

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7239 - Eco-Gozo li skont it-tweġiba jammontaw għal €988,098.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ix-xogħol li ġie mħallas tlesta.
Leg 12 PQ #11456 Sitting 193 2014-10-29 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali – Item 7228

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7228 – General Improvement li skont it-tweġiba jammontaw għal €77,952.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat illi l-ammont ta’ € 77,952.00 jinkludi fih diversi xogħlijiet li tlestew, servizzi u provvista ta’ oġġetti, li huma kollha mħallsa.
Leg 12 PQ #11457 Sitting 193 2014-10-29 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali – Item 7096

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7096 – Investment Incentives li skont it-tweġiba jammontaw għal €235,225.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-ispiża msemmija tikkonsisti minn grants li jingħataw lill-kumpaniji fil-qasam tal-manifattura f’Għawdex biex ittaffi parti mill-ispejjeż addizzjonali minħabba l-insularita’ doppja ta’ Għawdex.
Leg 12 PQ #11569 Sitting 193 2014-10-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – persuni fuq contract of service

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10873, jista’ l-Ministru jgħid il-25 persuna li ġew ingaġġati fuq contract of service fil-Ministeru għal Għawdex, għal perjodi li jvarjaw bejn erba’ xhur u sitta u tletin xahar, f’liema uffiċċju jew sezzjonijiet tal-Ministeru qed jaqdu dmirhom, u f’liema karigi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #11387 Sitting 192 2014-10-28 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Għawdex — Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi kollha huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #11498 Sitting 192 2014-10-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Mina jew bridge bejn Malta u Għawdex – referendum fost l-Għawdxin

Question

Jista' l-Ministru jgħid, in vista ta' dak li ġie kkwotat li qal fit-Times of Malta tal-14 ta' Ġunju 2013, jekk għadux beħsiebu jsejjaħ referendum fost l-Għawdxin biex jagħżlu jekk jippreferux mina jew bridge bejn Malta u Għawdex, u dan peress li għaddew aktar minn ħmistax-il xahar u minn dakinhar sal-lum ma’ ssemma xejn iżjed fuq dan ir-referendum?

Response (REFALO, ANTON)

l-Gvern bħalissa għaddej bl-istudji sabiex l-istess Gvern ikun jista’ jieħu d-deċiżjoni infurmata dwar il-possibilita’ ta’ bini ta’ pont jew mina bejn Malta u Ghawdex. Dan minħabba li l-iskop tal-istess rapport ġie mwessa’ sabiex jinkludi numru ta’ alternattivi oħra għal dan il-proġett.
Leg 12 PQ #11499 Sitting 192 2014-10-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Titjiriet scheduled bejn Malta u Għawdex – sejħa għall-expression of interest

Question

Jista' l-Ministru, in vista ta' dak li ġie kkwotat li qal fit-Times of Malta tal-14 ta' Ġunju 2013, jgħid jekk inħarġitx is-sejħa għal expression of interest biex ikun hemm titjiriet scheduled bejn Malta u Għawdex, issa li għaddew ħmistax-il xahar minn meta kien ħabbar din l-intenzjoni? Jekk ħarġet din is-sejħa x'interess kien hemm u fiex wasal il-proċess?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jagħmel l-istudji kollha neċessarji u relattivi għall-fini li nvaraw tali proġett.
Leg 12 PQ #11500 Sitting 192 2014-10-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Servizz ta’ fast catamaran bejn Għawdex u Malta u bejn Għawdex u Sqallija

Question

Jista' l-Ministru, in vista ta' dak li ġie kkwotat li qal fit-Times of Malta tal-14 ta' Ġunju 2013, jgħid kemm kien hemm kumpaniji jew persuni li wrew interess li joperaw fast catamaran bejn Għawdex u Malta u bejn Għawdex u Sqallija, u dan peress li dakinhar kien qal li nħarġet din is-sejħa u issa li għaddew 15-il xahar ma ssemma xejn iżjed? Fiex wasal il-proċess biex jibda dan is-servizz?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-imsemmi artiklu ġejt kwotat ħazin.
Leg 12 PQ #11533 Sitting 192 2014-10-28 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impjiegi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika ż-żmien li għalih qed jitlob din l-informazzjoni
Leg 12 PQ #11345 Sitting 191 2014-10-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Nefqa fuq il-Biċċerija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10985, billi qed jingħad li wara Diċembru 2013 intefqu €164,000 fuq il-biċċerija, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar minn fejn intefaq dan l-ammont meta fir-risposta qed jingħad li l-Vot 7263 ma baqax jidher? X’kienu l-ħlasijiet li saru?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ € 164,000 intefaq minn Vot 7263 f’Diċembru 2013 meta l-Vot imsemmi kien għadu eżistenti u dawn kienu ħlas ta’ retention money fuq il-kuntratt ta’ Provvista, Istallazzjoni, Ittestjar u Kummissjonar ta’ Apparat u Servizzi Anċillari għall-Biċċerija ta’ Għawdex.
Leg 12 PQ #11346 Sitting 191 2014-10-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Voti 7117 u 7118 — nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10985 u partikularment dwar il-Voti 7117 u 7118, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex intefqu l-ammonti indikati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li n-nefqa mill-Voti 7117 u 7118 li ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10985 hija kif tidher fl-iskeda li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #11359 Sitting 191 2014-10-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Anniversarju tal-Ħamsin Sena mill-Indipendenza — tiżjin f’Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10896, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskuża li ma sarx tiżjin f’Għawdex fl-okkażjoni tal-ħamsin anniversarju tal-Indipendenza għax kien hemm xogħol għaddej fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat, Għawdex, tapplikax ukoll għal Triq ir-Repubblika u Pjazza San Franġisk fir-Rabat, Għawdex, fejn f’kull Jum Nazzjonali jsir tiżjin u dwal tal-okkażjoni iżda f’dan l-anniversarju, li skont il-Ministru fir-risposta, kienu ċelebrazzjonijiet kbar u denji, ma sar xejn?

Response (REFALO, ANTON)

Kif jaf l-Onor. Interpellant, il-50 anniversarju tal-Indipendenza kien iċċelebrat kif jixraq mill-poplu kollu.
Leg 12 PQ #11487 Sitting 191 2014-10-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – bini l-ġdid tal-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-bini l-ġdid tal-Qorti għal Għawdex li ġie mħabbar sena ilu fil-budget għas-sena 2014? Jista' jgħid meta hu mistenni li jibda jintuża dan il-Qorti ġdid f'Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11358. Dwar it-tieni parti it-tlestija tiddependi mill-eżitu ta’ diversi proċeduri fosthom il-konsultazzjoni pubblika li għaddejja bħalissa.
Leg 12 PQ #11495 Sitting 191 2014-10-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – ftuħ ta’ casino

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex f'Għawdex jinfetaħ l-ewwel casino u dan in vista tal-fatt li din kienet wegħda elettorali għal Għawdex? Meta mistenni jibda jopera dan il-casino f' Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jesplora l-possibiltajiet kollha sabiex dan iseħħ.
Leg 12 PQ #11496 Sitting 191 2014-10-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Fast ferry service bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-wegħda tal-Gvern li jkun hemm fast ferry service bejn Malta u Għawdex? Meta mistenni jibda jopera dan is-servizz u min ser ikun qed joperah? Minn fejn sa fejn ser jopera u f’liema ħinijiet tal-ġurnata? Ser ikun servizz għall-passiġġieri biss jew ser jinkludi wkoll vetturi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jesplora l-possibiltajiet sabiex dan iseħħ.