Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu nies mir-reġistru tax-xogħol (Part 1) mill-ETC minn Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar?
Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet tagħhom u skond ir-raġuni li għaliha jew maqtugħa mir-reġistru tar-reġistrar għax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni ghada qed tingabar u tinghata f'xi Seduta ohra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jiġi vverifikat jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament hijiex qed tirċievi b'mod korrett l-allowance tat-tfal? Jekk huwa korrett dak li qed tirċievi, jista' jiġi spjegat lilha għaliex qed tirċievi inqas minn qabel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkoncernata giet infurmata bic-cirkostanzi kollha taghha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li ġew megħjuna mill-ETC jsibu xogħol wara li daħlet in vigore l-liġi opportunita' indaqs għal persuni b'diżabilita'? F'liema entita', dipartiment, għaqda jew oħrajn intbagħtu jaħdmu? Meta ġew offruti x-xogħol kull individwu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-ligi dwar Opportunitajiet Indaqs ghall-Persuni b'Dizabilita' taghti rimedju lill-persuni b'dizabilita' f'kaz li jkun hemm diskriminazzjoni fl-oqsma imsemmija fl-istess Ligi.
L-ETC ila ghal snin twal toffri s-servizzi tal-Korporazzjoni biex tghin lil kull persuna li qed tfittex ix-xoghol, billi tharrgu u ssiblu opportunita' adattata.
Ghalhekk, tajjeb li l-Onor. Membru tinnota li l-ETC ma kienitx qeghda tistenna lill-Ligi biex tidhol fis-sehh biex toffri dawn is-servizzi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji ma baqgħux jingħataw ic-children allowances mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar?
Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji ma baqgħux jingħataw is-supplimentari tal-pensjoni mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar?
Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji ma baqgħux jingħataw il-benefiċċju tal-mard mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji ma' baqgħux jingħataw ir-relief mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar?
Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kemm persuni jew familji ma' baqgħux jingħataw is-supplementari tar-relief mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar?
Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jkompli r-riforma fil-pensjonijiet ta' l-ex-impjegati tas-Servizzi Ingliżi li kien beda l-gvern preċedenti Laburista?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-Twegibiet tieghi dwar dan is-suggett fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 6278 u Numru 12069.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex minkejja li l-upgrading tal-housing estate ta' Ħal-Lija ilu lest ħafna xhur sal-lum il-fanali fl-istess estate għadhom ma inxtelgħux?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li meta saret l-applikazzjoni lill-Enemalta biex jigi provdut id-dawl, id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar inghata parir li dax-xoghol kien jehtieg il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar minkejja l-fatt li l-pjanta ma nbidlitx hafna minn dik li kienet qabel. Ghalhekk id-Dipartiment issottometta l-applikazzjoni u hekk kif johrog il-permess, dan jigi indikat lill-Enemalta li mbaghad tkun tista' tipprovdi s-servizz tad-dawl.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji sarilhom tnaqqis fis-Supplementari tar-Relief mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar?
Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji sarilhom tnaqqis fir-Relief mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar?
Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji sarilhom tnaqqis fil-benefiċċji tal-mard mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar?
Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji sarilhom tnaqqis fis-supplementari tal-pensjoni mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar?
Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji sarilhom tnaqqis fil-pensjoni mill-5 ta' Settembru sal-lum, xahar b'xahar?
Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji sarilhom tnaqqis fic-children allowances mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar?
Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?
S'issa matul din is-sena kemm-il persuna li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol: (1) inqabdu li kienu qed jaħdmu; u (2) irrifjutaw ix-xogħol offrut lilhom?
F'kull każ kemm-il persuna li nqabdet taħdem waqt ir-reġistrar: (1) kienu qed jaħdmu għal rashom; (2) kienu qed jaħdmu ma' xi kumpanniji eċċ?
Fil-każ ta' (2) saret xi investigazzjoni dwar jekk is-sidien kenux jafu li dawk li mpjegaw kenux qed jirreġistraw? X'passi ttieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Sa l-ahhar ta' Mejju ta' din is-sena, mitejn u tmenin (280) persuna instabu jahdmu waqt li kienu qed jirregistraw li minnhom wiehed u sittin (61) instabu jahdmu ghal rashom waqt li mitejn u dsatax (219) instabu jahdmu ma xi kumpannija. Sitta u erbghin (64) inqatghu mir-registru ghax irrifjutaw xoghol.
Meta individwu jinstab jahdem waqt li qieghed jirregistra, l-ispetturi tal-Korporazzjoni javzaw lil individwu biex jghid lill-imghallem jaghmillu il-formola tal-Bidu tal-Impjieg. F'kaz li l-imghallem ikun prezenti waqt il-hin tal-ispezzjoni, jigi avzat dak il-hin stess.
Dawk kollha li jinstabu jahdmu waqt li jkunu qed jirregistraw jigu maqtugha minn fuq ir-registru u wara jittiehdu passi legali kontrihom u kontra min inqabad ihaddimhom.