Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' biljetti li tħallsu minn persuni mhux Maltin matul l-2013? Kemm hu l-valur tad-differenza bejn dan il-ħlas u l-ħlas li kien isir mill-Maltin, għall-istess numru ta' biljetti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ biljetti mibjugħa lill-persuni li m’humiex residenti f’Malta fis-sena 2013 kien ta’ 2,698,922. Dan in-numru jinkludi biljetti li kienu validi għal sagħtejn, ġurnata, kif ukoll sebat ijiem. Huwa stmat illi d-differenza bejn il-ħlas li kien isir mill-Maltin għall-istess numru ta’ biljetti huwa ta’ €3,736,072.
Wara li Gvern Nazzjonalista, għal sentejn sħaħ, injora twissijiet mill-UE, li kellha kull dritt timponi multi fuq pajjiżna minħabba tariffi diskriminatorji, il-Gvern preżenti evita li jittieħdu proċeduri legali fil-konfront ta’ Malta, meta mill-bidu ta’ Jannar, wara li nforma lill-Kummissjoni Ewropea, ħa deċiżjoni biex il-barranin jibdew iħallsu l-istess tariffa daqs il-Maltin.
Trasport Pubbliku — trasferiment ta’ karozzi mingħand l-Arriva
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi tal-linja li għaddew mingħand l-Arriva Malta għal għand il-kumpanija li qed tipprovdi trasport pubbliku preżentement? Kemm minn dawn il-karozzi kienu bil-ħsara fil-jum li fih għaddew għand min qed jieħu ħsieb bħalissa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ vetturi li ġew mgħoddija lill-Gvern jammontaw għal 357 hekk kif huma ndikati hawn taħt:
Jintużaw fis-servizz
231
Karozzi tal-linja tat-tip
articulated
li minnhom 68 biss kienu jintużaw fis-servizz. Minn dawn kien hemm waħda maħruqa u 4 oħra bi ħsara li kienu jintużaw għall-
parts
81
Karozzi tal-linja użati għat-taħriġ
4
Karozzi tal-linja oħra li kienu trasferiti oriġinarjament lill-Arriva Malta Ltd f’Novembru tal-2010, liema vetturi kienu jintużaw mill-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku. Dawn il-vetturi ma jintużawx fis-servizz għax għandhom ħsarat estensivi
41
357
Minbarra l-vetturi bil-ħsara msemmija hawn fuq li jammontaw għal 46, ikun hemm bejn 15 jew 20 karozza tal-linja bil-ħsara kuljum li jkunu qegħdin jiġu rranġati jew qed jingħataw il-manutenzjoni meħtieġa.
Trasport Pubbliku – trasferiment ta’ ħaddiema minn mal-Arriva
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ħaddiema li għaddew mingħand Arriva Malta għal għand min qed jipprovdi t-trasport pubbliku? X'kategorija ta' ħaddiema huma dawk li għaddew mingħand l-Arriva?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bil-ftehim li ntlaħaq bejn il-Gvern u l-Arriva Group, l-ishma tal-kumpanija li kienet topera t-trasport pubbliku f’Malta, jiġifieri l-Arriva Malta Ltd, għaddew f’ idejn il-Gvern u l-isem tal-kumpanija inbidlet f’Malta Public Transport Services (Operations Ltd). B’hekk il-ħaddiema li kienu impjegati ma’ din il-kumpanija għadhom impjegati mal-istess kumpanija b’ isem differenti. B’ kollox hemm 975 ħaddiem maqsumin fil-kategoriji hekk kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt:
Full -Time
Part -Time
Total
Xufiera
610
86
696
Amministrazzjoni u Rizorsi Umani
35
3
38
Kummerċjali
21
12
33
Operations
149
2
151
Engineering
56
1
57
871
104
975
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — xiri jew kiri ta’ opri ta’ arti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-opri ta’ arti li nxtraw jew inkrew mill-Ministru, dipartimenti, entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħtu wara d-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid f’kull każ fuq il-parir ta’ min saret l-għażla?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma inkrew jew inxtraw ebda opri ta’ arti la minni, la mid-dipartimenti, entitajiet jew aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5598, peress li servizz ta' konsulenza ta' professjonist mhux entità kummerċjali u għalhekk kuntrarju għal dak li qal il-Ministru, l-informazzjoni mitluba u r-remunerazjoni involuta, mhux informazzjoni sensittiva u peress illi tali informazzjoni hi informazzjoni pubblika, x'inhi r-raġuni illi l-Ministru qed jirrifjuta milli jpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra għall-informazzjoni tal-Membri? Barra minn hekk, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll kopja tal-kuntratt illi din il-persuna ffirmat ma’ Transport Malta u/jew il-Ministeru tiegħu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5598, ħlief li taħt l-amministrazzjoni preċedenti ukoll ma kinitx il-prassi li titqiegħed din it-tip ta’ informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma ċ-chairman u l-membri tal-Grand Harbour Regeneration Corporation? Xi kwalifiċi għandha kull persuna li tifforma parti minn din l-entità? X'remunerazzjoni qed jieħu kull membru ta' din l-entità?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Chairman u l-Membri tal-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) huma kollha persuni li għandhom il-kwalifiċi kollha meħtieġa biex jaqdu id-dmirijiet tagħhom bl-aħjar mod possibli.
Skont il-prassi mdaħħla mill-Gvern preċedenti, mhux opportun li tingħata informazzjoni rigward kundizzjonijiet u remunerazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid x'għandu ppjanat li jsiru proġetti mill-Grand Harbour Regeneration Corporation? Kemm hu stmat li se jiswa’ dan ix-xogħol? Meta hemm il-ħsieb li jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Il-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) preżentament tinsab impenjata biex jitlestew proġetti li waqgħu lura taħt l-amministrazzjoni preċedenti partikolarment il-proġett ta’ bieb il-belt u l-proġett ta’ Dock 1. Qed taħdem biex tara li fondi Ewropej ma jintilfux. Fl-istess ħin GHRC għaddejja bi studji u tħejjijiet oħra meħtieġa biex tfassal proġetti li għandhom jitwettqu fil-5 snin li ġejjin.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5001, jista’ l-Ministru jirrispondi din il-mistoqsija u jgħid jekk is-sistema ta' parkers f'diversi żoni ta' parkeġġi fil-pajjiż hix se tinżamm? Għandhom dritt dawn in-nies li jagħmlu dan ix-xogħol iserrħu rashom illi xogħolhom mhux mhedded?
Response (MIZZI, JOE)
Nerġa’ nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5001, u nżid ninfurmah illi fil-pjan tiegħu il-Gvern se jkun ukoll qed iħares id-drittijiet u l-interessi tal-car park attendants liċenzjati, u dan minkejja li dawn m’humiex impjegati bħala tali.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4999, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Transport Malta ma hi qed tagħmel xejn biex teduka u tgħin lill-poplu biex jibda juża t-trasport pubbliku b'mod aktar frekwenti? Kif jistenna li jonqos it-traffiku mit-toroq ta' pajjiżna meta mhux kommess illi jeduka l-poplu juża aktar it-trasport pubbliku? Jista’ jgħid jekk tinteressahx l-edukazzjoni tal-poplu f'dan is-settur?
Response (MIZZI, JOE)
Nibda billi nfakkar lill-Onor. Interpellant x’sab Gvern Laburista fl-oqsma li qed jirreferi għalihom fil-mistoqsija tieghu.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li Gvern Laburista wiret sitwazzjoni diżastruża fil-qasam tat-trasport pubbliku wara s-suppost riforma li kienet tnediet fl-2011 u li kellha ġġib fi tmiemhom il-bużullotti. Bil-kontra din is-suppost riforma ġabet magħha problema waħda wara l-oħra u diffikultajiet kbar għal eluf mhux biss ta’ Maltin iżda wkoll għat-turisti li jżuru pajjiżna.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li fir-rapport tat-telfa li ħejja l-Partit Nazzjonalista stess wara l-aħħar elezzjoni ġenerali, hemm iddikjarat li – “Ir-riforma fit-trasport pubbliku kienet meħtieġa. Madanakollu inħolqu aspettattivi għoljin ħafna, saru ħafna żbalji u ġiet implimentata b’mod mgħaġġel wisq bil-konsegwenza li l-ewwel reazzjoni kienet li ir-riforma ma kienetx suċċess. Dan baqa’ jinħass għal ħafna xhur wara li bdiet titwettaq ir-riforma.”
Il-problemi u diffikultajiet li ġabet maghha s-suppost riforma fit-trasport pubbliku, komplew żdiedu bil-mod ħażin kif il-gvern Nazzjonalista mexa fil-każ ta’ xogħolijiet li kienu qed isiru fuq toroq u proġetti. Għal darba’oħra nerġa nfakkar lill-Onorevoli Interpellant li fir-rapport tat-telfa li ħejja l-Partit Nazzjonalista stess wara l-aħħar elezzjoni ġenerali, fejn hemm iddikjarat li – “L-istat tat-toroq u d-dewmien biex jitlestew ċerti toroq u proġetti infrastrutturali oħra wrew nuqqas ta’ kontroll mill-Gvern.”
Dan huwa l-wirt li sab Gvern Laburista.
Minn naha l-oħra l-Onor. Interpellant huwa żbaljat meta wasal għall- konklużjoni li fuq il-bażi tat-tweġiba mogħtija għall- mistoqsija Parlamentari 4999, Transport Malta ma hi qed tagħmel xejn biex teduka u tgħin lill-poplu biex jibda juza t-trasport pubbliku b'mod aktar frekwenti. Ir-realta’ hija l-kontra. Huwa inkwetanti li l-Onor Interpellant, li jien nemmen li jista’ jgħin sabiex jasal il-messaġġ biex il-poplu juża iktar it-trasport pubbliku, minflok qed ikun biss negattiv u distruttiv u ma huwa jsib xejn tajjeb f’dak li sar fl-aħħar disa’ xhur biex isir użu ikbar tat-trasport pubbliku.
Fid-dawl ta’ dak li ħalla warajh il-Gvern Nazzjonalista, sabiex isir użu b’mod aktar frekwenti mit-trasport pubbliku, irid l-ewwel nett jiġi assigurat illi s-servizz ipprovdut ikun wieħed affidabbli u li jilħaq mal-bżonnijiet tal-pubbliku. Huwa għalhekk li kif ġie spjegat fit-tweġiba għall- mistoqsija 4999, Transport Malta qegħda tiffoka r-riżorsi tagħha sabiex dan il-għan jintlaħaq.
Nassigura lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta hija kommessa li teduka lill-pubbliku dwar kull aspett li jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tagħha u kif kien spjegat lilu, Transport Malta ser tkun qegħda timbarka fuq kampanja edukattiva u t’ informazzjoni għall-pubbliku qabel ma jidħlu fis-seħħ ir-rotot il-ġodda.
Jista’ l-Ministru jara illi jsir ix-xogħol neċessarju biex titranġa l-entratura u t-triq li tagħti għall-Marsa Sports Club minn Triq Aldo Moro l-Marsa peress illi kawża tax-xogħlijiet li qed isiru b'konnesjoni mal-proġett tal-għargħar fi Triq Aldo Moro, il-Marsa, din tkissret u saret kważi inaċċessibli speċjalment meta tagħmel ix-xita?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur li qed jaħdem fuq il-proġett tal-NFRP f'Triq Aldo Moro ġie mitlub li jara li jżomm il-parti tat-triq fil-proġett tiegħu f'kundizzjoni tajba.
Sadanittant id-Dipartiment tal-Manutenzjoni ġie mitlub jagħmel patching fil-kumplament tal-imsemmija triq.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 306, peress li l-Ministru kien qal illi l-arretrati tal-ħaddiema tax-xatt huma s-suġġett ta’ erba’ kaw¿i miftuħa mill-ħaddiema tax-xatt, u xi xahar ilu fil-Qorti, wieħed mill-avukati tal-ħaddiema qal illi l-kaw¿a ser tiġi diferita għax intlaħaq ftehim bejn il-Gvern u l-ħaddiema, jista’ l-Ministru jgħid xi ftehim intlaħaq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-mument opportun, tingħata informazzjoni dwar l-arretrati tal-ħaddiema tax-xatt.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5571, peress li servizz ta' konsulenza ta' professjonist mhux entità kummerċjali u għalhekk kuntrarju għal dak li qal il-Ministru, l-informazzjoni mitluba, u ċjoè kopja tal-kuntratt kif wkoll ir-remunerazjoni involuta, mhux informazzjoni sensittiva u peress illi tali informazjoni hi informazjoni pubblika, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Ministru qed jirrifjuta milli jpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra għall-informazzjoni tal-Membri?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 5571, ħlief li taħt l-amministrazzjoni preċedenti ukoll ma kenitx il-prassi li titqiegħed din it-tip ta’ informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm spazji ta’ parkeġġ riżervati fil-Belt Valletta għall-Ministri, Segretarji Parlamentari u uffiċjali u/jew dipartiment/entitajiet oħra tal-Gvern fit-28 ta’ Frar 2013 u fit-30 ta’ Novembru 2013?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Roads and Infrastructure Supervisory Committee — membri
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5605, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-membri tar-Roads and Infrastructure Supervisory Committee u xi kwalifiċi akkademiċi għandhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tar-Roads and Infrastructure Supervisory Committee huma kollha persuni li għandhom kwalifiċi u/jew esperjenza vasta fis-settur tal-infrastruttura tat-toroq.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsijiet parlamentari 5605 u 3910, x'inhi r-raġuni illi l-Ministru qed jirrifjuta li jgħid x'pakkett finanzjarju għandu, inkluż benefiċċji l-Kap Eżekuttiv ta' Transport Malta? Din il-persuna għandha kuntratt definit jew indefinit? X'inhi r-raġuni illi l-Ministru qed jirrifjuta ripetutament illi jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-istess persuna? Jista’ l-Ministru jgħid li mhux fl-interess tal-poplu li jpoġġi tali informazjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 5605 u 3910, ħlief li taħt l-amministrazzjoni preċedenti ukoll ma kinitx il-prassi li titqiegħed din it-tip ta’ informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5605, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-membri ta' Transport Malta, x'remunerazjoni għandhom u jekk tali remunerazjoni hix tittieħed minn Transport Malta jew inkella mill-Ministeru? Xi kwalifiċi akkademiċi għandhom dawn il-persuni? X'inhi r-raġuni li l-Ministru qed jirrifjuta ripetutament illi jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-membri minn Transport Malta? Jista’ l-Ministru jgħid li mhux fl-interess tal-poplu li jpoġġi tali informazjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, JOE)
Peress li l-Onor. Interpellant dejjem jagħti x’jifhem li jaf aktar mill-Ministru nniffsu, ma kontx nistenna li ma kienx jaf min huma l-membri tal-Bord ta’ Transport Malta. Dan meta tali informazzjoni kienet diġa ġiet imxandra fuq il-mezzi tax-xandir u ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern. Għaldaqstant la jidher li anqas biss ma ta każ ta’ dak li qed jiġri f’dak li għandu x’jaqsam mad-dekasteru li jixxedowja huwa stess, ninfurmah li l-ismijiet tal-Bord ta’ Transport Malta huma hekk kif ġej :-
Chairman Mr James Piscopo
Deputy Chairman Mr Chris Cachia
Members Capt. Charles Pace
Dr Vanessa Vella
Ms Alison Zerafa Civelli
Dr Mark Sammut
Ms Annette Farrugia
Capt. Alan Brown
Ms Carmen Pullicino Orlando
Mr Paul Muscat
Dr Deborah Mercieca
Kif diġa ntqal fir-risposta għal-mistoqsija parlamentari 5605, il-membri tal-bord ta’ Transport Malta qed jieħdu l-istess remunerazzjoni li kellhom il-membri tal-bord taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5609, jista’ l-Ministru jara li jwieġeb il-partijiet kollha tal-mistoqsija parlamentari li għamiltlu?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba diġa mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5609, nitolbu li jekk għadu ma feemx xi ħaġa jikkjarifika għal-liema partijiet tal-mistoqsija qed jirreferi għalihom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sit tal-Park & Ride ta’ Pembroke hux se jibda jintuża peress illi fl-aħħar jiem dan ġie magħluq bil-barriers elettroniċi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sit tal-Park and Ride illi hemm ġewwa Pembroke kien u għadu disponibbli għas-servizz ta’ Park and Ride.
Il-barriers elettroniċi illi qiegħed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant ġew installati mill-operatur tat-trasport pubbliku sabiex l-aċċess jiġi kontrollat b’mod aktar effettiv.