Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #11885 Sitting 197 2014-11-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – Vapuri — vitijiet tal-ilma tat-toilets

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fuq il-vapuri tal-Gozo Channel hemm numru ta’ viti tal-ilma fit-toilets tal-istess vapuri li ma jiffunzjonawx? Min hu responsabbli li dawn jitranġaw fl-iqsar żmien possibbli?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi l-'maintenance department' fi ħdan il-kumpanija Gozo Channel għamel il-verfiki neċessarji u minnhom irriżulta li 'is-sensor operated taps' kollha qegħdin jiffunzjonaw.
Leg 12 PQ #11929 Sitting 197 2014-11-10 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Digital Hub – kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-consortium Gozo Connect li rebaħ il-kuntratt biex jagħmel it-technical and feasibility study dwar Digital Hub f’Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 11730.
Leg 12 PQ #11730 Sitting 196 2014-11-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Digital Hub

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri fil-Konsorzju li ngħata kuntratt ta’ konsulenza li jaqbeż it-€350,000 biex jiġi kkrejat digital hub f’Għawdex? Kif ingħata dan il-kuntratt u x’tip ta’ rapporti jridu jitħejjew?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.
Leg 12 PQ #11020 Sitting 195 2014-11-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, kemm tul ta' ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Biex inżomm mal-prassi li ddaħlet f’dan il-Parlament minn amministrazzjonijiet preċedenti dwar ġbir ta’ informazzjoni li għaliha ma’ tingħatax raġuni l-għala għandha tingħata, ma nara li hemm ebda skop li l-informazzjoni għandha tinġabar. L-Onor. Interpellanta tista’ tirreferi għal-mistoqsija parlamentari 26815 tas-6 ta’ Ġunju 2001 mgħotija mill-Prim Ministru ta’ dak in-nhar l-Onorevoli Eddie Fenech Adami.
Leg 12 PQ #11402 Sitting 195 2014-11-04 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Għawdex — bordijiet - chairpersons u membri

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista taċ-chairpersons u membri tal-bordijiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #11464 Sitting 195 2014-11-04 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali– Item 713

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 713 – Solid Waste Management li skont it-tweġiba jammontaw għal €35,792.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Jiena nfurmat ukoll li l-ammont imsemmi huwa mħallas fuq xogħol lest.
Leg 12 PQ #11465 Sitting 195 2014-11-04 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali– Item 7132

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7132 – Housing Schemes li skont it-tweġiba jammontaw għal €35,015.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat illi l-ammont ta’ € 35,015.00 jinkludi fih xogħlijiet li tlestew u provvista ta’ oġġetti, li huma kollha mħallsa.
Leg 12 PQ #11466 Sitting 195 2014-11-04 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali – Item 7133

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7133 – Improvement to Sports Facilities li skont it-tweġiba jammontaw għal €75,719.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat illi l-ammont ta’ € 75,719.00 jinkludi fih diversi xogħlijiet li tlestew, servizzi u provvista ta’ oġġetti, li huma kollha mħallsa.
Leg 12 PQ #11467 Sitting 195 2014-11-04 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali – Item 7121

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li ammontaw għal €59,505.00 taħt Item 7121– Extension of Sewerage Network li fit-tweġiba huma indikati li kienu spejjeż ta’ dan l-item bejn Diċembru 2013 sat-13 ta’ Ottubru 2014 meta fit-tweġiba tal-istess mistoqsija qed jingħad li l-Vot ta’ Item 7121 ma baqax jidher wara Diċembru 2013? Jista’ jgħid meta sar ix-xogħol tal-ispejjeż involuti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Jiena nfurmat ukoll li l-ammont imsemmi huwa mħallas fuq xogħol lest.
Leg 12 PQ #11468 Sitting 195 2014-11-04 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali – Item 7122

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li ammontaw għal €140,000.00 taħt Item 7122 – Sewerage Plan li fit-tweġiba huma indikati li kienu spejjeż ta’ dan l-item bejn Diċembru 2013 sat-13 ta’ Ottubru 2014 meta fit-tweġiba tal-istess mistoqsija qed jingħad li l-Vot ta’ Item 7122 ma baqax jidher wara Diċembru 2013? Jista’ jgħid meta sar ix-xogħol tal-ispejjeż involuti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Jiena nfurmat ukoll li l-ammont imsemmi huwa mħallas fuq xogħol lest.
Leg 12 PQ #11548 Sitting 195 2014-11-04 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #11684 Sitting 195 2014-11-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Direttorat għat-Turiżmu – iniżjattivi u proġetti f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-miżuri, inizjattivi u proġetti li nħarġu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum mid-Direttorat għat-Turiżmu fi ħdan il-Ministeru tiegħu bil-għan li jippromwovi s-settur turistiku f’Għawdex? Kemm swiet kull inizjattiva, miżura jew proġett u mil-liema vot ġew imħallsa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #11685 Sitting 195 2014-11-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders li ta kull dipartiment jew entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-lum?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #11686 Sitting 195 2014-11-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Direttorat għal Proġetti u Żviluppi – inizjattivi favur is-settur agrikolu f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-miżuri, inizjattivi u proġetti li nħarġu mill-10 ta’ Marzu 2013 ’l hawn mid-direttorat għall-Proġetti u Żviluppi (sezzjoni agrikoltura) li hemm fil-Ministeru tiegħu bil-għan li jittejjeb is-settur agrikolu f’Għawdex? Kemm swiet kull inizjattiva, miżura jew proġett?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li: · Saru korsijiet dwar l-użu sostenibli tal-Pestiċidi fl-Agrikoltura lill-ħaddiema tad-direttorat u l-bdiewa li wasslu għall-għoti ta’ liċenzja lill-partiċipanti biex dawn ikunu jistgħu jużaw il-pestiċidi bi spiża ta’ €1,080. · Saru sessjonijiet ta’ informazzjoni għal-bdiewa fuq konservazzjoni fl-agrikolutra, fuq il-mard tad-dwieli u fuq metodi naturali ta’ sterilizzar tal-ħamrija fis-serer bi spiża ta’ €922.22. Saret ukoll laqgħa flimkien mad-Dipartiment tal-Agrikoltura dwar l-użu tan-nitrati fl-agrikoltura. · Ingħataw servizzi ta’ pariri tekniċi lill-bdiewa b’mod regolari. · Għaddejja riċerka fuq metodi naturali ta’ sterilizzar tal-ħamrija bi spiża ta’ €2748.19. · Ingħatat għajnuna lill-bdiewa għat-trasport ta’ prodotti agrikoli lejn Malta bi spiża ta’ €41,547.30
Leg 12 PQ #11458 Sitting 194 2014-11-03 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali – Item 7115

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7115 – Tree Planting and Site Embellishment Programmes li skont it-tweġiba jammontaw għal €9,730.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Jiena nfurmat ukoll li l-ammont imsemmi huwa mħallas fuq xogħol lest.
Leg 12 PQ #11459 Sitting 194 2014-11-03 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali – Item 7240

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7240– Road Construction/Improvement li skont it-tweġiba jammontaw għal €3,343,070.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ix-xogħol li ġie mħallas tlesta.
Leg 12 PQ #11460 Sitting 194 2014-11-03 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali – Item 7123

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7123 – Centralisation of Government Offices li skont it-tweġiba jammontaw għal €15,229.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Jiena nfurmat ukoll li l-ammont imsemmi huwa mħallas fuq xogħol lest.
Leg 12 PQ #11461 Sitting 194 2014-11-03 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali – Item 7124

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7124 – Improvement to Touristic Facilities li skont it-tweġiba jammontaw għal €8,988.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ €8,988.00 jinkludi fih diversi xogħlijiet li tlestew u servizzi, li huma kollha mħallsa.
Leg 12 PQ #11462 Sitting 194 2014-11-03 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali – Item 7128

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7128 – Restoration and Improvements to Heritage (Historical) Sites li skont it-tweġiba jammontaw għal €29,921.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Jiena nfurmat ukoll li l-ammont imsemmi huwa mħallas fuq xogħol lest.
Leg 12 PQ #11463 Sitting 194 2014-11-03 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali – Item 7130

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7130 – Environment Protection Works li skont it-tweġiba jammontaw għal €5,000.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat l-ispejjeż li qed jirreferi l-Onor. Interpellant jikkonsistu minn kiri ta’ makkinarju. Jiena nfurmat ukoll li l-ammont imsemmi huwa mħallas fuq xogħol lest.