Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar — Skemi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li bbenefikaw mill-iskemi mnedija mill-Awtorita' tad-Djar sabiex persuni jieħdu xi ġenitur magħhom għall-perjodu 1/10/99 - Ġunju 2000? Jista' l-Ministru jindika l-lokalita' minn fejn dawn l-applikanti jemanaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar ghandha Skema 'Y', li tirrigwarda sussidju fuq rata sussidjata ghal xiri ta' post, liema Skema tipprovdi, fost hwejjeg ohra, biex persuni l-fuq minn 30 sena jiehdu lil xi hadd mill-genituri jew it-tnejn jghixu maghhom. L-Awtorita' rceviet zewg applikazzjonijiet taht din l-Iskema li fethet fit-8 ta' Ottubru 1999, wahda mill-lokalita' ta' Hal-Qormi u l-ohra minn St Andrews. Minn dawn l-applikazzjonijiet, wahda giet approvata u l-ohra qed tigi processata.

ETC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti t-tagħrif mitlub u diġa' mogħti għall-mistoqsija parlamentari numru 17139 billi jaġġornah għax-xhur ta' Mejju u Ġunju, 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-livell ta' edukazzjoni skond l-etajiet u sessi differenti fl-ahhar ta' Mejju 2000. It-tabelli juru wkoll kemm hemm nisa u rgiel illitterati skond l-etajiet rispettivi taghhom.

Housing Authority — Chairperson

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa s-salarju nkluż il-fringe benefits taċ-chairperson tal-Housing Authority u taċ-chairperson ta' l-SWDP?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ic-Chairperson ta' l-Awtorita' tad-Djar tircievi s-somma ta' Lm7,000 bhala remunerazzjoni. Bhal kull membru iehor tal-Bord hija intitolata ghall-"hospitality allowance" sa massimu ta' Lm150 fis-sena u "child care allowance" sa massimu ta' Lm80 fix-xahar. Ghandha l-uzu bla hlas ta' karozza ufficcjali, tal-"mobile phone" u tat-telefon tad-dar. Rigward l-informazzjoni mitluba dwar ic-Chief Executive Officer tal-SWDP nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposta li jien tajt ghall-Mistoqsija Numru 13032.

Ta' Ġiorni — Triq Jean Houel

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi biex il-gallarija ta' Flat 9, Blk G, Triq Jean Houel, Ta' Ġiorni, issirilha l-manutenzjoni meħtieġa peress li hija ta' perikolu għan-nies u min ħin għal ieħor hemm il-biża' li partijiet minnha taqa' għal isfel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ghaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ghall-azzjoni mehtiega.

Djar — Imġarr

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformani meta r-residenti tal-HOS 990/83 ta' l-Imġarr, Malta jkunu jistgħu jixtru d-dar tagħhom skond l-iskemi preżenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li l-Awtorita' tad-Djar ma ghandiex it-titolu legali fuq l-art ma tistax taghmel il-kuntratt finali mal-beneficjarji. Pero, il-beneficjarji kellhom l-opportunita' li japplikaw taht Skema ta' l-Awtorita' tad-Djar biex jifdu c-cens (kumpens ghall-okkupazzjoni) b'rata sussidjata u b'hekk ma jhallsux aktar cens (kumpens ghall-okkupazzjoni). Dawn il-beneficjarji ma applikawx taht din l-Iskema. Illum il-beneficjarji jistghu japplikaw biex jifdu c-cens (kumpens ghall-okkupazzjoni) bir-rata legali.

Ċentri ta' Matul il-Jum — Attivitajiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-attivitajiet li qed isiru fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum? Fl-aħħar sena kemm kien hemm persuni b'diżabilita' li ġew imħarrġa f'dawn iċ-ċentri u issa qed jaħdmu barra f'xi post tax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-attivitajiet principali li jigu organizzati matul is-sena fic-Centri ta' Matul il-Jum ghall-adulti b'dizabilita' huma dawn li gejjin: Tahrig fl-"independent living" Xoghol ta' hjata, crochet, tapestry u bizzilla Xoghol tal-qasab Taghlim dwar it-trobbija tal-fniek u annimali Xoghol fil-gonna bhal kif thawwel pjanta Tahrig baziku fil-kitba u qari Ezercizzji fizici Drama Lezzjonijiet tal-"braille" Granutill Arrangament tal-fjuri Isiru wkoll attivitajiet rikreattivi f'okkazjonijiet specjali matul is-sena. Isiru hrug f'diversi postijiet kif ukoll jiehdu l-klijenti ghal xi ghawma fil-bahar fis-Sajf jew f'"indoor swimming pool" fix-Xitwa. Dwar kemm persuni b'dizabilita' li jattendu f'dawn ic-Centri gew moghtija tahrig u issa qed jahdmu barra f'xi post tax-xoghol, is-sena l-ohra kien hemm sitt persuni. Hamsa minn dawn il-persuni b'dizabilita' jghixu fid-Dar tal-Providenza u kienu jattendu ghat-Tahrig f'diversi oqsma fic-Centru ta' l-Imtarfa.

Wied il-għajn — Ċentru ta'Matul il-jum

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif qed jintuża l-bini kollu taċ-ċentru ta' matul il-jum f'Wied il-Għajn, sular sular? Jista' jgħid min huma l-persuni li għandhom uffiċini f'dan il-bini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-kumpless li fih hemm ic-Centru ta' Matul il-Jum f'Wied il-Ghajn jikkonsisti f'"basement" u tliet sulari u dawn qed jintuzaw kif gej: (i) parti mill-"basement" jintuza bhala "store"; (ii) parti mill-pjan terren jintuza bhala kcina u l-kumplament jintuza mic-Centru ta' Matul il-Jum; (iii) l-ewwel u tieni sular jikkonsistu f'20 appartament li tnejn minnhom qed jintuzaw temporanjament mic-Centru ta' Matul il-Jum u appartament iehor qed jintuza bhala ufficcju. Fil-prezent hemm tlitt ufficini f'dan il-kumpless, wiehed ghall-kap tac-Centru ta' Matul il-Jum, wiehed ghall-manager li tiehu hsieb il-kcina u iehor ghall-kap li qed jiehu hsieb l-izvilupp tas-servizzi residenzjali f'dan il-kumpless. Ninsab infurmat ukoll li, fil-prezent, qed jithejja pjan komprensiv kif l-ahjar jintuza sal-massimu possibbli dan il-kumpless u qed jigi nstallat "lift" biex il-partijiet kollha tal-kumpless ikunu accessibli ghall-persuni b'disabilita' minghajr diffikulta'.

Ċentri ta' matul il-jum — Ikel

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' ikel tħejja tul l-ewwel ġimgħa ta' Ġunju, 2000 għal persuni fiċ-ċentri ta' matul il-jum? X'passi qed jittieħdu biex jiġi żgurat li l-ikel huwa skond dak irrikmandat bħala ikel san u tajjeb għas-saħħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed impoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ċentri ta' Matul il-Jum — Care Workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li suppost għandhom xogħol ta' care workers u assistant care workers fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum iżda li fil-fatt qegħdin jagħmlu xogħol ieħor? X'xogħol qed jagħmlu? Min qed jagħmel ix-xogħol tagħhom minn flokhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fic-Centru ta' Matul il-Jum hemm zewg "careworkers" li qed jaghmlu xoghol ta' "maintenance", u zewg "assistant care workers" li qed jaghmlu xoghol ta' tindif. Fil-kaz taz-zewg "care workers" li qeghdin fuq "maintenance" dawn ikollhom maghhom xi persuni b'dizabilita' biex jghinuhom meta x-xoghol ikun hafif u mhux ta' periklu ghall-persuni b'dizabilita'. Iz-zewg assistenti "care workers" li qed jaghmlu xoghol ta' tindif ma jistghux jaghmlu x-xoghol normali taghhom minhabba dizabilita' fizika izda huma kapaci jaghmlu xoghol ta' tinif minghajr tbatija.

Ċentri ta' Matul il-Jum — Care Workers - Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena hemmx xi korsijiet ta' taħriġ għall-care workers u assistant care workers li jaħdmu fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum? Jekk saru jew se jsiru fiex jikkonsisti dan it-taħriġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ċentri ta' Matul il-Jum — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-1999 kif intnefqu l-flus fuq iċ-Ċentri ta' Matul il-Jum? Kemm fuq pagi? Kemm fuq ikel? Kemm fuq żvilupp tal-programmi għall-persuni b'diżabilita'? Kemm fuq spejjeż amministrattivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ammonti ta' flus minfuqa fl-1999, fuq ic-Centri ta' Matul il-Jum kien kif gej: Lm Pagi (Personal Emoluments) 511,123 Ikel 31,055 Zvilupp ta' Programmi 139,985 Spejjez amministrattivi 145,091

Kummissjoni Nazzjonali Persuni B'diżabilita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' eżaminatx il-kmamar fiċ-ċentru ta' matul il-jum f'Ħal Far indikati bħala unit ta' ħajja indipendenti? Taħseb il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita li dawn il-kmamar huma adattati, minkejja li huma mimlija umdita' wżati bħala mħażen għall-imbarazz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ic-Centri ta' Matul il-Jum, inkluz dak ta' Hal Far, hu r-responsabilita' tad-Direttur, Servizzi Korporattivi fi hdan il-Ministeru ghall-Politika Socjali u ghalhekk l-ispezzjoni imsemmija f'din il-Mistoqsija Parlamentari mhiex responsabilita' tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita'. Meta l-Kummissjoni tircievi lmenti tat-tip imsemmija, il-Kummissjoni tghaddiehom lil dan id-Direttur u tara li dawn l-ilmenti jigu investigati kif suppost. Mir-rapport sottomess lill-Kummissjoni minn dan id-Direttur, johrog li l-kamra uzata bhala unit ta' hajja indipendenti hija adattata ghal dan l-iskop. Ilha tintuza hekk ghal xi sena u nofs mill-persuni b'dizabilita' li jghaddu xi ftit sieghat kuljum f'din il-kamra jitharrgu fit-tmexxija ta' dar f'hajja indipendenti. Tant m'hemmx umdita' f'din il-kamra li giet mizbuha xi sena u nofs ilu u ma harget l-ebda umdita'. Bhal issa qed tigi rrangata biex tkun accessibbli ghal "wheelchair users", u nxtara l-apparat mehtieg li se jintuza mill-klijenti.