Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #27974 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sidien li investew f'sistemi ta' pannelli fotovoltajċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-alternattivi għas-sidien li nvestew f'sistema ta' pannelli fotovoltajċi li bbenefikaw minn fondi Ewropej u spiċċaw ma jistgħux jgawdu l-investiment minħabba dell ikkawżat minn żvilupp ġdid biswit?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Filwaqt li nirrikonoxxi li jista' ikun li jeżistu tali ċirkostanzi, kif nemmen li jifhem l-Onorevoli Interpellant, dawn huma issues ta’ natura ċivili bejn il-partijiet involuti.
Leg 12 PQ #27978 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Siġġiewi – niżla ta’ Għar Lapsi – xogħlijiet fit-triq

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27897, jista' l-Prim Ministru jgħid min hu l-Ministru responsabbli sabiex it-triq li tagħti għan-niżla ta' Għar Lapsi tingħata wiċċ ġdid?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija tiegħu lill Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Leg 12 PQ #27979 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enemalta – Top Management – pagi, allowances u bonuses

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27873, jista’ l-Prim Ministru jwieġeb id-domanda oriġinali minflok jagħti deskrizzjoni, u jinforma lill-Kamra bil-pagi, allowances u bonuses mogħtija lit-top management tal-Enemalta, li jinkludu fost oħrajn l-Executive Chairman, iċ-Chief Executive Officer, l-Executive Directors, id-Divisional Managers u l-Managers?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #28013 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bajja ta’ Wied il-Għajn – xogħol ta’ dredging

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għalfejn qed isir xogħol ta’ dredging fil-bajja ta’ Wied il-Għajn? Jista’ jgħid min qed iwettaq dan ix-xogħol?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil Onor. Interpellant li mhux qed isir l-ebda xogħol ta’ dredging fil-bajja ta’ Wied il-Għajn.
Leg 12 PQ #28023 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pembroke – Triq il-Profs Walter Ganado — garaxxijiet

Question

B’referenza għall-kirjiet tal-garaxxijiet fi Triq il-Profs Walter Ganado f’Pembroke li xi sentejn oħra jiskadu, u fl-isfond tal-bini kbir li ġej minflok l-ex Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS), jista’ l-Prim Ministru jikkonsidra li dawn il-garaxxijiet jitwellew lil min jogħqod hemm bi prezz raġunevoli u mhux kummerċjali bħal tal-lum, speċjalment meta tara l-istat tal-istess garaxxijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont Art 6 (h) tal-Iskeda annessa mal-Att dwar it-Trasferiment ta’ Proprjetà tal-Gvern (Kap 268) tal-Liġijiet ta’ Malta, meta jiskadu l-kirjiet ta’ dawn il-garaxxijiet, l-istess garaxxijiet jergġħu jinkrew lill-istess inkwilini bl-istess termini u kundizzjonijiet tal-kirja oriġinali, ħlief għal kera li trid terġa tiġi stabbilita mill-ġdid bi stima ta’ Perit. Iż-żieda li jista’ jkun hemm fil-kera ma tistax tkun inqas minn dak rifless fl-Indiċi tal-Inflazzjoni li jkun fis-seħħ meta tiskadi l-kirja.
Leg 12 PQ #27497 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Santa Luċija – Triq il-Gardenja – ħsarat ta’ appliances minħabba qtugħ tal-provvista tal-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każijiet tal-persuni li joqogħdu fi Triq il-Gardenja f’Santa Luċija, peress li dawn sofrew ħsarat fl-appliances tad-dar wara li kellhom qtugħ tal-provvista tal-elettriku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-każi tal-klijenti indikati qed jiġu mistħarrġa mit-tekniċi tal-istess Kumpanija.
Leg 12 PQ #27785 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Calls għall-Executive Officers, Assistant Principals u Senior Principals fiċ-Ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jinħarġu calls interni għall-Executive Officers, Assistant Principals u Senior Principals fiċ-Ċivil? Jekk iva meta hu maħsub li jinħarġu dawn is-sejħiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-eżerċizzju tal-ħtiġijiet fl-istrutturi amministrattivi u strutturi oħra huwa għaddej il-ħin kollu u f’kull każ isiru s-sejħiet meħtieġa.
Leg 12 PQ #27925 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment Proprjetà tal-Gvern — ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il ħaddiem telaq jew ġie trasferit mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern minn Jannar 2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda? Jista’ jgħid ukoll il-grad ta’ kull ħaddiem u kemm minnhom ġew sostitwiti flokhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul iz-zmien imsemmi kien hemm 25 ħaddiem li telqu jew ġew trasferiti mid-Dipartiment Propjeta’ tal-Gvern kif muri fit-tabella annessa. 10 minn dawn il-ħaddiema rtiraw bl-eta’ pensjonabbli, 12 imxew f’ministeri ohra bi promozzjoni jew trasferiment u 3 ma għadhomx jaħdmu fis-servizz pubbliku. Ħaddiema rtiraw bl-eta' pensjonabli Grad Sostitwit Senior Technical Officer Le Manager -IPSL Le Assistant Principal Le Assistant Director Iva Technical - IPSL Le General Hand Le Assistant Director Iva General Hand Le General Hand Le General Hand Le Ħaddiema li mxew bi promozzjoni jew trasferiment Grad Sostitwit Enforcement Technical -IPSL Le Enforcement Technical -IPSL Le Watchman -IPSL Le Senior Systems Administrator Le Legal Officer Le Senior Clerk Le Director General Le (nhatar Direttur ieħor bħala Aġent Direttur Ġenerali) Messenger - ERL Le Manager - IPSL Le Legal Procurator - Mimcol Le Clerk Le Director Le Ħaddiema li ma g ħ adhomx ja ħ dmu fis-servizz pubbliku Grad Sostitwit Notary Le Legal Officer -ERL Le Technician Le
Leg 12 PQ #27938 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Is-Swatar – Triq Joseph Deacon – sidien oriġinali ta’ djarhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk kienx hemm persuni fi Triq Joseph Deacon, is-Swatar li minn Marzu 2013 saru sid ta' darhom wara li s-sidien oriġinali tħallsu mid-Dipartiment tal-Artijiet? Jekk iva, jista' jgħid meta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-maggior parti tal-art fi Triq Joseph Deacon, is-Swatar għadha ma ġietx akkwistata u s-sidien oriġinali tal-art għadhom ma tħallsux mid-Dipartiment tal-Artijiet. Madankollu parti żgħira minn din l-art ġiet akkwistata mill-Gvern u s-sidien oriġinali tħallsu. Permezz ta’ dan l-akkwist, id-djar li kienu mibnija fuq din il-parti ġew trasferiti lill-Awtorità tad-Djar permezz ta’ Avviż Legali Nru 6/2016 biex l-inkwilini jkunu jistgħu jsiru sidien ta’ darhom. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jressaq id-domandi tiegħu lill-Ministru kkonċernat jekk sussegwentament għal dan l-akkwist, l-inkwilini xtrawx id-dar mingħand l-Awtorità tad-Djar.
Leg 12 PQ #27406 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kont tad-dawl – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ tad-dawl?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn ARMS Ltd lil l-każ ġie mistħarreġ, il-persuna kkonċernata ġiet ikkuntatjata u l-każ huwa solvut.
Leg 12 PQ #27464 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tender għal kirja ta' ġnien — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fuq tender ta' kirja ta' ġnien li minkejja li ilu li applika xhur ħadd għadu ma ikkuntatjah?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba tal-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament qed tiġi ndirizzata u l-applikant ser jiġi nfurmat bl-eżitu tat-talba tiegħu f’dawn il-ġranet.
Leg 12 PQ #27532 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PSC – pubblikazzjonijiet ta’ riżultati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu r-riżultati li ġew mgħoddija lill-PSC, matul l-aħħar sentejn? Liema minnhom ġew ippubblikati u liema le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-lista ta’ sejħiet kollha maħruġa matul l-aħħar sentejn u d-data ta’ pubblikazzjoni rispettiva tagħhom. Ma kien hemm l-ebda lista li ma ġietx ippubblikata. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija 27531 li turi kif isir il-pubblikazzjoni ta’ pożizzjonijiet fi skala 5.
Leg 12 PQ #27528 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ftehim kollettiv għall-ħaddiema taċ-Ċivil

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu t-taħditiet dwar ir-reviżjoni tal-ftehim kollettiv għall-ħaddiema taċ-ċivil? Meta hu mistenni li jidħol fis-seħħ il-ftehim il-ġdid?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taħdidiet jinsabu għaddejjien u ilhom li bdew xi ġimgħat. Id-dħul fis-seħħ tal-ftehim huwa wkoll parti minn negozjati.
Leg 12 PQ #27529 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Eżami għad-dħul ta’ skrivana mal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta sar l-aħħar eżami għad-dħul ta' skrivani mal-Gvern? Kemm kien in-numru ta' persuni li għaddew? Kemm ġew impjegati s’issa, u f'liema dipartimenti? Kemm hu mistenni li jiġu impjegati iktar skrivani minn dawk li għaddew? Meta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar eżami ta’ Skrivani mal-Gvern kien sar f’Novembru 2012 u kellu skadenza ta’ sentejn ħlief għal dawk li qagħdu għar-re-sit, fejn it-tali kien validu għal tliett snin. Dan ifisser li l-proċess ingħalaq fit-totalita’ tiegħu fl-2016. B’kollox għaddew 116-il persuna. Dawn ġew ingaġġati kollha mas-servizz pubbliku ħlief 7 li għażlu li ma jieħdux il-ħatra. L-ingaġġ isir mas-servizz pubbliku u mhux mad-dipartimenti.
Leg 12 PQ #27530 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Promozzjonijiet fid-diversi dipartimenti tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw promozzjonijiet fid-diversi dipartimenti li għandu l-Gvern, bejn Jannar 2015 u llum, dipartiment b’dipartiment?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ promozzjonijiet lil persuni li jaħdmu f’Dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jammonta għal 76 kif muri fit-tabella annessa. Kull promozzjoni kienet ri¿ultat ta’ sejħa għall-applikazzjonijiet u diversi minnhom kienu service wide calls bl-applikanti jiġu ppostjati fl-UPM. B’seħħ minn din is-sena, s-Segretarji Permanenti ġew delegati l-awtorita’ li jmexxu u jaħtru uffiċjali f’po¿izzjonijiet bla ma jgħaddu ċentralment. Għaldaqstant mitlub tirreferi l-mistoqsija tiegħek lill-ministeri rispettivi. Tabella; Dipartiment Total Government Printing Press 3 Government Property Division 7 Department of Information 6 Office of the CIO 1 Internal Audit & Investigations Department 6 People & Standards Division 21 Centre for Development, Research and Training 6 Support Services 1 Directorate Finance and Administration 12 Energy & Projects 3 Permanent Secretary Strategy & Implementation 10 76
Leg 12 PQ #27531 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Policy dwar pubblikazzjoni ta’ riżultati ta’ intervisti għall-promozzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx policy li ma jiġux ippubblikati r-riżultati ta' intervisti għall-promozzjonijiet, u b'hekk ma jkunx magħruf il-placing li fih ikun ġie min ikun qagħad għall-interview?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda policy li ma jiġux ppubblikati riżultati. Madanakollu, prassi ta’ snin sħaħ mgħoddija u li hekk għadha sa llum hi li fi proċessi ta’ għażla għall-mili ta’ postijiet jew pożizzjonijiet fi skala 5 l-kandidati eliġibbli jiġu mgħarrfa individwalment bir-riżultat u l-placing tagħhom u ta’ kandidati eliġibbli oħra.
Leg 12 PQ #27721 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

General Ability Test – kanditati eleġibbli għall-post ta’ principal u clerk

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kandidati eleġibbli u li qagħdu għal General Ability Test għall-post ta' Principal u għall-post ta' Clerk fis-Servizz Pubbliku? F'kull każ kemm għaddew minn dan il-General Ability Test? Jista’ jispjega għaliex ladarba dan il-General Ability Test kien wieħed kompjuterizzat (online digital format) ir-riżultat ma ħariġx dakinhar stess iżda kellhom jgħaddu diversi ġranet biex inħareġ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ kandidati li qagħdu għat-test imsemmi huwa ta’ 1,738 kif muri fit-tabella annessa. Minħabba l-ammont ta’ konkorrenza, dan it-test kellu jinżamm f’numru ta’ sessjonijiet. Għalhekk, peress li dan l-eżami huwa wieħed kompetittiv, kien hemm il-ħtieġa li jinħareġ riżultat wieħed konsolidat skont l-ordni tal-marki miksuba. Fil-fatt l-aħħar sessjoni tat-test saret it-Tlieta 20 ta’ Settembru u r-riżultati ħarġu l-Ħamis 22 ta’ Settembru minħabba li lejliet kienet festa pubblika. Tabella Annessa; Kandidati li qagħdu għal General Ability Test Numru ta Kandidati li għaddew Skrivani 1,137 923 Principali 601 285 Total 1,738 1,208
Leg 12 PQ #27873 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enemalta – Top Management – pagi, allowances u bonuses

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'inhuma l-pagi, allowances u bonuses tat-top management tal-Enemalta, li jinkludi fost oħrajn l-Executive Chairman, iċ-Chief Executive Officer, l-Executive Directors, id-Divisional Managers u l-Managers?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li kuntrarjament għal dak li kien jiġri fil-passat, fejn kien hemm sistema ta’ executive heads, divisional managers u managers b’kuntratti u pagi li jvarjaw minn persuna għall-oħra, dawn issa ġew standardizzati fl-interess tal-Kumpanija, b’kuntratti simili għal kull livell u lkoll marbuta ma’ miri stabbiliti ta’ prestazzjoni u riżultati pożittivi li l-Kumpanija teħtieġ tikseb biex toffri servizzi aħjar lill-klijenti. Mill-2014 ’l hawn il-Kumpanija wettqet titjib fis-sistema tat-tmexxija tagħha u fil-mod kif l-uffiċjali tal- management jiġu mħallsa. Fil-fatt il- management tal-Enemalta huma mpjegati fuq bażi ta’ kuntratti ta’ prestazzjoni ( performance contracts) . B’hekk il-Kumpanija naqqset l-ispiża ta’ ħlasijiet għall- management waqt li tneħħew l-anomaliji ta’ qabel fejn kellek sitwazzjoni li managers kienu jitħallsu aktar mis-superjuri tagħhom.
Leg 12 PQ #27897 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Siġġiewi – niżla ta’ Għar Lapsi – xogħlijiet fit-triq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq li twassal għan-niżla ta' Għar Lapsi fil-limiti tas-Siġġiewi tingħata wiċċ ġdid minn fondi Ewropej?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .
Leg 12 PQ #27929 Sitting 427 2016-10-17 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Notte Bianca – Kastilja — leaflets

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min kien l-istampatur tal-leaflets li tqassmu lill-viżitaturi ta’ Kastilja fl-edizzjoni tan-Notte Bianca tal-2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li kull sena waqt in-Notte Bianca fil-Berġa ta’ Kastilja tkun organizzata esebizzjoni bil-kollaborazzjoni ta’ Heritage Malta. L-esebizzjoni ta’ din is-sena kienet titratta wħud mill-akkwisti riċenti li Heritage Malta għamlet biex tkompli tkabbar il-kollezzjoni nazzjonali. Bil-għan li l-eluf ta Maltin, Għawdxin u turisti li żaru din il-wirja jkollhom stampa iktar ċara tal-esebiti li raw, bħal snin oħra, din is-sena wkoll tħejja ktejjeb b’dettalji dwar l-istess esebiti li tqassam mingħajr ħlas. Ix-xogħol ta’ stampar fuq dan il-ktejjeb sar minn Salesian Press wara li kienu segwiti l-proċeduri kollha necessarji kif jitolbu r-regolamenti tal-gvern.