Legislature:
Category:
Reset
Active:

Heritage Malta –xogħol ta’ riċerka

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x’inizjattivi saru sabiex l-impjegati ta’ Heritage Malta li jibdew minn grad C ’il fuq jiġu mħeġġa jidħlu għal xogħol ta’ riċerka fuq suġġetti relatati mal-Aġenzija? Jista’ jgħid kemm-il xogħol ta’ riċerka l-Aġenzija ppubblikat fl-2014 u fejn ġie ppubblikat dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-impjegati kollha ta’ Heritage Malta huma mħeġġa jirriċerkaw u jippubblikaw ix-xogħol tagħhom mal-aġenzija stess l-għaliex dan huwa mezz ieħor ta’ kif l-aġenzija żżid l-aċċessibilita' tal-kollezzjoni nazzjonali. Ta’ dan, l-impjegati li jikkontribwixxu jibbenefikaw minn sussidju bħala rikonoxximent. Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2014 Heritage Malta ppubblikat dawn ix-xogħlijiet li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 1) Malta, the great story of a small island-nation through 100 objects (ISBN 978-99932-57-21-9) 2) L-Ewwel 35,000,000 sena ta’ ħajti (ISBN 978-99932-57-22-6) 3) The Roman Inquisition in Malta (ISBN 978-99932-57-23-3)

Heritage Malta – investiment fuq laboratorji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ammont ta’ investiment relatat mal-laboratorji (kemm dawk relatati ma’ xjenza kif ukoll ma’ konservazzjoni) ta’ Heritage Malta? Jista’ jelenka kif dawn il-flus ġew investiti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-ammont li ntefaq matul l-2014 fil-laboratorji tax-xjenza u tar-restawr hu ta’ €33,453.78. Dawn intefqu fi bżonnijiet ta’ kuljum għall-amministrazzjoni, abbonamenti f’ġurnali relatati mas-settur, xiri ta’ materjal meħtieġ u xiri u tiswija ta’ għodda u apparat. Ninsab infurmat ukoll li dan l-ammont ser jiżdied u dan għaliex mhux il-pagamenti kollha tal-2014 għadhom ġew ipproċessati.

San Pawl il-Baħar – speed bumps/sleeping police

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru speed bumps/sleeping police f’San Pawl il-Baħar mill-2013 sad-data li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jikkonferma li dawn l-ispeed bumps/sleeping police f’San Pawl il-Baħar huma kollha legali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li mill-2013 sal-lum ma saru ebda speed bumps / sleeping police fil-lokalità.

Heritage Malta – gradi maniġerjali – pakketti finanzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li kull persuna fi grad maniġerjali (managers u senior curators) f’Heritage Malta għandha pakkett finanzjarju ekwivalenti għal dak ta’ skala 4 fis-servizz pubbliku, għandha l-istess transport allowance u l-istess persentaġġ ta’ performance bonus?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill Onor. Interpellant li ninsab infurmat li it- top notch tas-salarju ta’ manager staff ta’ Heritage Malta hija ekwivalenti għal dik ta’ skala erbgħa (4) fis-servizz pubbliku. Il- performance bonus huwa ta’ 0 - 15% fuq il-gross rispettiv tagħhom. It- transport allowance tammonta għal €3,494 fis-sena u hija l-istess għall- managers u senior curators kollha.

Heritage Malta – desk calendars

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li Heritage Malta ordnat 5,000 desk calendars sabiex jinbiegħu mis-siti u l-mużewijiet tagħha? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża abbinata mal-istampar ta’ dan id-desk calendar? Kemm inbiegħu minnhom u kemm ġew imqassma b’xejn? Jista’ jgħid min ħa d-deċiżjoni sabiex jiġu stampati dawn l-ammonti u bdew jinbiegħu bejn Ottubru u Novembru?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-ispiża tal-istampar tal-kalendarju kienet ta’ €4,800. Dan il-kalendarju ġie ppublikat f’Settembru b’kollaborazzjoni mal-Uffiċju tal-President sabiex parti mill-introjtu jmur għall- Community Chest Fund . Sa Diċembru nbiegħu 635 kopja għall-prezz ta’ €5 kull kalendarju, filwaqt li 462 tqassmu b’xejn bħala promozzjoni għall-450 anniversarju tal-Assedju l-Kbir u għall-wirja internazzjonali li ser tiġi organizzata fil-Palazz tal-President iżjed tard din is-sena sabiex tikkommemora dan l-avveniment importanti. Minħabba f’hekk huwa mistenni li dan il-kalendarju jibqa’ jinbiegħ matul din is-sena.

Heritage Malta – gradi maniġerjali – livelli ta’ kwalifiki

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku, grad grad, tal-livelli ta’ kwalifiki li għandhom l-individwi fil-gradi maniġerjali li jaħdmu ma’ Heritage Malta? Jista’ jikkonferma li hemm xi individwi fil-gradi maniġerjali li lanqas għandhom kwalifika ta’ livell 6 jew aktar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ pożizzjonijiet maniġerjali bil-livell ta’ kwalifiki rispettivi tagħhom hekk kif mogħtija lili minn Heritage Malta.

Heritage Malta – kontravenzjonijiet tat-traffiku minn vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kontravenzjoni tat-traffiku twettqet, u x’kienu, f’dawn l-aħħat 22 xahar minn vetturi allokati lill-Heritage Malta? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-kontravenzjonijiet ġew imħallsa mill-Aġenzija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li f’dawn l-aħħar tnejn u għoxrin (22) xahar twettqu erba’ kontravenzjonijiet, tnejn fuq sewqan b’veloċita' eċċessiva u tnejn oħra fuq parkeġġar illegali. Minn dawn il-kontravenzjonijiet, waħda biss ġiet imħallsa minn Heritage Malta. Ninsab infurmat li l-kontravenzjonijiet l-oħrajn ġew imħallsa mis-sewwieqa stess li kienu qegħdin isuqu l-karozzi.

L-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni –– management plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi ffinalizzat u ppubblikat il-management plan (UNESCO) relatat mal-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-proċess ta’ konsultazzjoni fuq il-Management Plan tal-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni beda billi kien ippubblikat dokument ta’ konsultazzjoni, li wieħed jista’ jniżżel minn din il-ħolqa: http://heritagemalta.org/wp-content/uploads/2012/03/Consultation-document-hypogeum.pdf. Ninsab infurmat li Heritage Malta qed tfassal l-abbozz tal-Management Plan fuq dan id-dokument, flimkien ma’ xi kummenti li rċeviet dwaru, biex tippubblikah għall-konsultazzjoni aktar tard din is-sena.

Qrati tal-Ġustizzja – żidiet fit-tariffi

Question

Jista’ l-Ministru jindika abbażi ta’ liema artiklu tal-liġi huma msejsa ż-żidiet fit-tariffi li mill-1 ta’ Jannar 2015 huma applikabbli għall-Qrati tal-Ġustizzja?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bdil fit-tariffi tal-Qorti li sar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015 għandu l-bażi legali tiegħu fl-Abbozz ta’ Liġi msejjaħ Att li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi (Abbozz Nru 74) abbinat mal-Proklama li ħarġet fis-17 ta’ Novembru 2014 skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Erarju (Kap 62). Huwa wkoll imminenti li jinħareg Avviż Legali li jkun jista’ jemeda t-tariffi qabel ma jgħaddi l-Att li jimplimenta l-Miżuri tal-Estimi biex b’ hekk it-tariffi l-ġodda ma jibqgħux legalment dipendenti fuq il-Proklama. Dan pero biss għal raġunijiet ta’ speditezza, prattiċita u ekonomija ta’ ħin Parlamentari u mhux għal raġunijiet ta’ validita legali o meno.

Mandati eżekuttivi u kawtelatorji

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew ippreżentati mandati eżekuttivi u kawtelatorji fis-snin 2013 u 2014 u jista’ jindika dan b’lista dettaljata ta’ x’tip kienu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qrati Kriminali – sentenzi sospiża

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm-il sentenza sospiża ġiet mogħtija mill-Qrati Kriminali fis-sena 2013 u 2014?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 13617 hi kif ġej fejn qed jingħad kemm ingħataw sentenzi sospiżi mill-Qrati Kriminali ta’ Malta u Għawdex fis-snin 2013 u 2014 maqsumin bejn dawk mogħtija mill-Qrati tal-Maġistrati u dawk mogħtija mill-Qrati Superjuri ta’ Malta u dawk tal-Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex. SENA 2013 2014 QRATI TAL-MAĠISTRATI MALTA Sentenzi sospiżi 479 426 QRATI KRIMINAL SUPERJURI MALTA Sentenzi sospiżi 38 24 TOTAL 517 450 SENA 2013 2014 QRATI TAL-MAĠISTRATI GĦAWDEX Sentenzi sospiżi 7 9

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – ħlas għall-użu tal-multipurpose park

Question

Jista’ l-Ministru jindika taħt liema regolamenti/liġi l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa talab ħlas lill-waħda mill-Assoċjazzjonijiet Sportivi tal-Lokal (Mellieħa Athletic Club) meta dawn talbu li jagħmlu użu mill-multipurpose court li jinsab fil-Park tal-Familja tal-Mellieħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-għaqdiet sportivi li jagħmlu użu regolari mill-multi-purpose court għat-taħriġ tagħhom ma jintalbu l-ebda ħlas biex jużaw dawn il-faċilitajiet. Infurmat wkoll li waħda minn dawn l-għaqdiet anke tħalliet tuża waħda mill-kmamar li hemm taħt l-istess court fuq bażi permanenti, mingħajr ħlas. L-għaqda sportiva li sar aċċenn għaliha f’din il-mistoqsija parlamentari ma ntalbitx ħlas sabiex tagħmel użu mill-multi-purpose court, iżda ntalbet tħallas sabiex tkun irkuprata l-ispiża tal-kustodju li ntalab jagħti servizz barra mill-ħinijiet normali tiegħu. Għaldaqstant, din l-għaqda sportiva ma ntalbet tħallas xejn sabiex tagħmel użu mill-multi-purpose court.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11309 li oriġinarjament saret fl-14 ta’ Ottubru 2014 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012, u fis-sena 2013, u kemm hu stmat li tkun l-ispiża fis-sena kurrenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għal din il-Mistoqsija Parlamentari għadha qed tinġabar.

PBS — promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum fil-Public Broadcasting Services?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li ninsab infurmat mill-PBS li mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum fil-PBS ingħataw ħames promozzjonijiet kif ġej: 2 Coordinators 1 Junior Manager 1 Manager Sports 1 Manager News

PBS – bord tad-Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li attwalment qed jagħmlu parti mill-bord tad-diretturi tal-PBS? Jista’ jgħid ukoll xi ħlas u x’perkaċċi oħra qed jingħataw dawn il-membri?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-PBS li l-persuni li attwalment qed jagħmlu parti mill-bord tad-diretturi tal-PBS huma kif ġej. Intant, ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-ismijiet diġa ġew ippublikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern u li l-ħlas li jingħata hu l-istess ħlas li kien jingħata qabel. NamePosition Tonio PortugheseChairman Albert MarshallDeputy Chairman Claire BonelloDirector Frank PortelliDirector Adriana Zarb AdamiDirector Paul VellaDirector Tony Cassar DarienDirector Edward Cassar DeliaDirector

PBS – bord editorjali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li attwalment qed jagħmlu parti mill-bord editorjali tal-PBS? Jista’ jgħid ukoll x'forma ta' benefiċċji u ħlas igawdu dawn il-membri?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-lista tal-persuni li attwalment qed jagħmlu parti mill-bord editorjali tal-PBS hi kif ġej. Intant, ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-ismijiet diġa ġew ippublikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern u li l-ħlas li jingħata hu l-istess ħlas li kien jingħata qabel. Persuni li jagħmlu parti mill-bord editorjali tal-PBS Joseph Sammut Agius Felix Martin Fenech

PBS – lista ta’ tenders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-tenders kollha li ħarġu għan-nom tal-Public Broadcasting Services mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? X’servizzi kienu jitolbu dawn it-tenders? Min ħadhom dawn it-tenders? X’valur finanzjarju kien fihom dawn it-tenders?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li ninsab infurmat mill- PBS li l-lista tat-tenders li ħarġu għan-nom ta’ Public Broadcasting Services Ltd. mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum hi kif ġej: Tender Name Supplier Price Exc. VAT Provision, Installation and Commissioning 3 Radio Audio Consoles and 1 Audio Console DAB Electronica Ltd. €117,000.00 Supply Installation and Commissioning of one Studio Intercom System Forestals €69,491.00 Demolition of Existing Building and General Excavation on site at Malex House Robert Micallef €64,186.00 Supply, Installation, Testing and Commissioning of Fire Saftey & Security Systems at TV House Alberta Fire & Safety €81,965.00

PBS – lista ta’ tenders, direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ tenders kollha li ħarġu għan-nom tal-Public Broadcasting Services mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum, bħala direct order? X’servizzi kienu jitolbu dawn it-tenders? Min ħadhom dawn it-tenders? X’valur finanzjarju kien fihom dawn it-tenders?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Konverżjoni ta’ ċens temporanju għal wieħed perpetwu

Question

In vista ta’ sentenza mogħtija mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fit-12 ta’ Jannar 2015 li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li tittratta l-konver¿joni ta’ ċens temporanju għal wieħed perpetwu ai termini tal-artiklu 12(4) tal-Kap. 158 tal-Liġijiet ta’ Malta u fejn ukoll il-Qorti Kostituzzjonali (12/19/2012) kienet iddeċidiet li dan jilledi l-artiklu 37 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u kif ċertament jaf il-Ministru din mhijiex l-unika sentenza fuq dan il-punt li qed jinkwieta lil eluf ta’ familji mhedda bi żgumbrament, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tal-Gvern biex tinsab soluzzjoni ġusta bejn il-partijiet involuti (sidien u ċenswalisti) sabiex ma jispiċċawx familji mkeċċija minn djarhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Membru wasal fl-istadju fejn bħalissa hemm proposta ta’ liġi u qiegħed isir “social impact assessment” dwarha.

Nolle Prosequi

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta' nolle prosequi li l-Avukat Ġenerali ħareġ fl-2013 u fl-2014?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma nħarġu l-ebda nolle prosequi mill-Avukat Ġenerali fis-snin imsemmija.