Jista’ l-Prim Ministru jgħid sa issa, kemm tħallsu espropji li kellhom jieħdu sa €50,000?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment bgħatt għal fuq minn mitt (100) sid ta’ proprjetà li għandhom jieħdu kumpens fuq esproprjazzjoni ta’ art sa €50,000, sabiex dawn is-sidien iġibu l-prova ta’ titlu.
S’issa ġew finalizzati 2 kuntratti, filwaqt li għaddej xogħol ta’ verifika fuq provi ta’ titlu li diġa ntbagħtu minn diversi sidien oħra qabel ma jgħaddu għall-kuntratt ta’ kumpens finali.
Madankollu għad fadal numru sostanzjali ta’ sidien li għadhom ma weġbux għat-talba tad-Dipartiment biex iġibu l-prova tat-titlu tal-art u allura d-Dipartiment ma jistax jieħu passi fuq dawn il-każijiet qabel mas-sidien jipprovdu l-prova tat-titlu tagħhom biex jingħataw il-kumpens.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif peress li hawn djar li ngħataw bħala plots taħt l-iskema tal-HOS u li għad m’għandhomx titolu, x’għamel sa issa l-gvern u x’biħsiebu jagħmel fis-snin li ġejjin f’dan ir-rigward?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul din il-Leġislatura sallum, il-Gvern ħallas is-somma ta’ €2,165,569 fi ħlas ta’ kumpens lil sidien privati li l-art tagħhom kienet żmien ilu ittieħdet mill-Gvern għal skop pubbliku biex inbnew djar taħt l-Iskema tal-Home Ownership.
Bil-ħlas ta’ dan il-kumpens ġew konklużi kuntratti tal-akkwist tal-art ma’ diversi sidien oriġinali li kellhom artijiet li ġew akkwistati f’dawn l-inħawi: iż-Żurrieq, il-Mosta, in-Naxxar, il-Kalkara, Hal Luqa, Ta’ Farsina Ħal Qormi, Ħad-Dingli, l-Marsa, l-Għargħur, l-Msida, B’Kara, ir-Rabat Malta, Rabat Għawdex u x-Xagħra.
Dan ippermetta li numru ta’ familji li għandhom djar mibnija fuq dawn l-artijiet li ġew akkwistati, issa jistgħu jixtru l-proprjetà tagħhom u jsiru sid ta’ darhom. Matul is-sena li ġejja, il-Gvern bi ħsiebu jkompli jikkonkludi aktar kuntratti ma’ sidien ta’ proprjetajiet li ġew akkwistati minħabba l-Iskema tal-Home Ownership.
Ftehim bejn stat u knisja dwar artijiet li ġew mgħoddija lill-istat
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’qed jagħmel il-gvern biex jiġu solvuti l-problemi kbar li hemm pendenti wara aktar minn 20 sena minn meta sar il-ftehim bejn l-istat u l-knisja rigward artijiet li ġew mgħoddija lill-istat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju Konġunt għandu l-funzjoni li jamministra l-proprjeta li qabel kienet tal-Knisja u li issa għaddiet f’idejn il-Gvern skont il-Ftehim li sar fis-sena 1991 bejn il-Gvern u s-Santa Sede.
L-Uffiċċju Konġunt ħadem sabiex jirrikonċilja u jirreġistra favur il-Gvern il-proprjetà li kienet amministrata minn 111-il entita’ ekklezjastika differenti. Minn dan it-total, s’issa ġew magħluqa l-proprjetà li kellhom 71 entita’ Ekkleżjastika u ġew rreġistrati fir-Reġistru tal-Artijiet, ’il fuq minn 16,000 proprjeta’ f’isem il-Gvern ta’ Malta.
Matul is-snin, l-Uffiċċju Konġunt nieda diversi Skemi biex sidien ta’ djar kemm residenzjali u anke dawk u¿ati bħala villeġġatura, jkunu jistgħu jifdu ċ-ċens temporanju. Taħt dawn l-iSkemi daħlu total ta’ ‘l fuq minn 7,000 applikazzjoni, li fil-maġġoranza assoluta tagħhom l-Gvern diġa’ kkonkluda kuntratti ta’ fidi maċ-ċenswalisti.
Il-problemi kbar li hemm pendenti jirrigwardjaw it-titlu tal-art u l-maġġoranza ta’ dawn il-ka¿ijiet qegħdin pendenti minħabba kawżi li għadhom għaddejjien quddiem il-Qorti. Barra minn hekk hemm diversi talbiet ta’ rikonoxximenti li għadhom pendenti peress li hemm problemi legali serji kif ukoll nuqqas ta’ rizorsi biex jiġu proċessati minhabba l-ammount kbir ta’propjetajiet imsemmija.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet sabiex il-liġi tal-Awtorità tal-Artijiet tiġi attwata b’mod tanġibbli issa li din il-liġi għaddiet mill-proċessi kollha parlamentari? X’inhi l-akbar differenza li se tagħmel din l-Awtorità fix-xogħol attwali tad-Dipartiment tal-Artijiet? Kif se jiġu affettwati l-ħaddiema preżenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Artijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Bħalissa għaddej id-detailing tal-ħaddiema tad-Dipartiment sabiex jgħaddu għand l-Awtorita fl-intier tagħhom.Wara li anki jiġu ngaggati ħaddiema ġodda l-proċess imbagħad ikompli b’collective agreement mal-unions rispettivi li diga beda jsir abbokkament magħhom bil-għan illi l-haddiema jkollhom kundizzjonijiet idoni għal xogħolhom.
L-akbar differenzi li ser tagħmel l-Awtorita hi fl-efficenza u t-trasparenza meta l-proċessi l-ġodda, kemm tal-IT kif ukoll dak tal-valwazzjonijiet u l-awditjar jibdew jaħdmu kif maħsub.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser tkun lesta, jew fiex waslet, l-inkjesta li kienet tħabbret f’Novembru 2013 u li qed titmexxa mill-ex Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, dwar is-sulphur content tal-fuel tal-power station mixtri għall-perjodu wara Marzu 2013?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-inkjesta għadha għaddejja . L-Onorevoli Interpellant jifhem li din l-inkjesta hija waħda indipendenti u li l-Gvern ma jistax jindaħal lil min qed jagħmel l-inkjesta sabiex tiġi konkluża mingħajr ma jkunu ittieħdu in konsiderazzjoni l-aspetti kollha.
Jista' l-Prim Ministru jelenka s-siti li ġew suġġeriti lill-Awtorità tal-Ippjanar biex ikunu dikjarati demanju pubbliku? Jista’ jgħid minn min saret it-talba għal kull sit u meta? Jista’ jgħid ukoll x'għamlet s'issa l-Awtorità tal-Ippjanar fil-konfront għal kull waħda minn dawn it-talbiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Hawn taħt hawn iit-tagħrif mitlub. Ninsab infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-istess Awtorità qed tevalwa dawn it-talbiet.
Location
Proponent
Date received
Site at Manoel Island
Flimkien Għal Ambjent Aħjar (FAA)
20.07.2016
Site at Wied Garnaw
FAA
20.07.2016
Site at Ħondoq, Qala
FAA
20.07.2016
Site at Kalanka, Delimara
FAA
20.07.2016
Site of three historic landmark trees, Ta' Xbiex
FAA
20.07.2016
Site of beaches from St.George's Bay to Sliema
FAA
20.07.2016
Sites at Valletta coastline and Fort St. Elmo
FAA
20.07.2016
Sites from St. Thomas Bay (Marsascala) to Xrobb l-Għaġin (Marsaxlokk)
FAA
20.07.2016
Sites from Siggiewi to Zurrieq
FAA
20.07.2016
Sites from Green area outside Sa Maison bastion walls (and parking/paved area)
FAA
20.07.2016
Stretch of land from Ġnejna to Mtaħleb
FAA
20.07.2016
Site at Villa Guardamangia, Pieta
FAA
20.07.2016
Site at Simblija
FAA
20.07.2016
Comino
FAA
20.07.2016
Ċitadella, Victoria, Gozo
FAA
20.07.2016
Site at Ta’ Ċenc, Sannat
FAA
20.07.2016
Site at Ħas-Saptan and Wied ¯embaq
Friend of the Earth (Malta)
20.07.2016
Site at Is-Simblija (including Wied ir-Rum, Ta' Baldu and Wied Ħazrun)
Friend of the Earth (Malta)
20.07.2016
Site at Il-Ballut tal-Wardija
Friend of the Earth (Malta)
20.07.2016
Site at il-Ballut tal-Imġiebah (l/o Mellieha)
Friend of the Earth (Malta)
20.07.2016
Site at Ras ir-Raħeb and Qlejgħa
Friend of the Earth (Malta)
20.07.2016
Site at Fomm ir-Riħ
Friend of the Earth (Malta)
20.07.2016
Comino
Friend of the Earth (Malta)
20.07.2016
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għall-iskema tal-ħwienet u kemm ġew konklużi kuntratti ma’ applikanti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din l-Iskema tal-Ħwienet intlaqgħu 107 applikazzjoni. S’issa ġew konkluża 4 kuntratti ta’ għoti ta’ ċens u 6 oħra ngħataw appuntament għall-kuntratt fil-ġranet li ġejjin. Il-kumplament tal-applikazzjonijiet qegħdin jinħadmu u l-proċess miexi sew billi qegħdin isiru l-verifiki tad-dokumenti li ntbagħtu, spezzjonijiet tal-ħwienet, tħejjija ta’ pjanti u anke jinġabru xi arretrati dovuti fuq dawn il-ħwienet qabel ma jintbagħtu għall-kuntratt.
Il-Fgura – Triq Romano Carapecchia – ġnien tal-Gvern
Question
Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward ġnien tal-Gvern abbandunat ġewwa l-Fgura fi Triq Romano Carapecchia li jixtieq li jibda jieħu ħsiebu hu?
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatment, li għamel talba dwar raba’ u minkejja li għadda ż-żmien, għadu bla risposta?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni biex jerġa’ jinfetaħ ir-Reeds Club li kien hemm Wied il-Għajn u li issa ilu magħluq għal xi 8 snin? Billi beda x-xogħol ta’ tindif fuq il-post imsemmi, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekksaritx applikazzjoni u jekk inħariġx il-permess?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li ma jirriżultax li kien hemm xi applikazzjoni għal żvilupp fl-imsemmi sit f’dawn l-aħħar tmien snin. Għal tindif ta’ lok diġà żvillupat ma hemmx bżonn ta’ permess ta’ żvilupp.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għal kemm żmien ingħata permess il-crane li jinsab armat fil-foss taħt il-Barrakka ta' Fuq?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li ħargu tlett “Development Notification Permits’’, li jkopru perjodu bejn it-8 ta’ Awwissu sas ta’-16 ta ’Novembru, tas-sena 2016.
Dawn it- tlett permessi ħargu f’din l’ordni;
L-ewwel permess, hareg għal żmien ta’ tletin l-gurnata, għal periodu minn 08/08/2016 sa 06/09/2016, taht in- numru DN 1247/16.
It -tieni permess hareg għal periodu ta’ tletin l- gurnata ohra, min 16/09/2016 sa 16/10/2016, taht in- numru ta DN 1329/16, waqt li l-ahhar permess, bin- numru DN 1415/16, hareg għal perjodu iehor ta’ tletin gurnata, mid-data ta’ 17/10/2016, sa 16/11/2016.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament minħabba li għandha problema fuq l-installment plan mal-ARMS?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat minn Arms Ltd li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u l-każ huwa solvut.
Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ mad-Dipartiment tal-Artijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-individwu li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament, kien talab biex jixtri d-Dirett Dominju Temporanju tal-fond kummerċjali li huwa għandu b’ċens u wara li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern laqa t-talba u ħareġ sejħa għall-offerti, l-individwu nforma lid-Dipartiment li ma kienx aktar interessat li jixtri Dirett Dominju Temporanju tal-fond kummerċjali u l-każ ingħalaq. Sussegwentament, l-istess individwu talab biex jerġa jixtri l-istess fond bi skema, iżda fl-2015 ġie nfurmat li ma kien hemm l-ebda skema miftuħa biex jixtri d-Dirett Dominju Temporanju tal-fond kummerċjali.
Id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern m’għandu l-ebda talba pendenti oħra ma’ dan l-individwu u kemm il-darba għandu nteress li jixtri d-Dirett Dominju Temporanju tal-fond kummerċjali irid jerġa japplika mill-ġdid biex terġa toħroġ sejħa oħra għall-offerti.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26872 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward fish farm cages illegali?
Enemalta – Il-Mellieħa – Triq l-Għerien – tneħħija ta’ arbli perikolużi u ċaqliq ta’ wires
Question
Jista' l-Prim Ministru jara li xogħol li kellu jsir mill-Enemalta xhur ilu fuq ċaqliq ta' wires u tneħħija ta' arbli perikolużi msadda minn Triq l-Għerien fil-Mellieħa jsir mill-aktar fis?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li x-xogħlijiet meħtieġa se jsiru fil-jiem li ġejjin.
Is-Swatar – Triq Joseph Deacon – sidien oriġinali ta’ djarhom
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27938, jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-inkwilini li fadal fi Triq Joseph Deacon, is-Swatar se jingħataw l-opportunità li jsiru sidien ta' darhom, bħalma ngħata ħaddiehor fl-istess triq matul dawn l-aħħar tliet snin?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-eżerċizzju biex jitħallsu s-sidien ta’ artijiet li ġew akkwistati mill-Gvern minħabba l-Home Ownership Scheme, qiegħed isir għal kull lokalità milquta inkluż l-art fi Triq Joseph Deacon, is-Swatar. Dan l-eżerċizzju ilu li nbeda mill-2011 u kull sena numru ta’ sidien f’diversi lokalitajiet qegħdin jitħallsu sakemm jiġu ezawriti l-fondi li jiġu vvutati kull sena fl-Estimi, għal dan il-għan.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23522, jista' l-Prim Ministru jara li tittieħed azzjoni skont l-liġi u jara li jitla’ ċint kif tistipula l-istess liġi madwar art li tinsab fi Triq Pietru Feliċi ġewwa Ħal Qormi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-azzjoni li tista’ tittieħed hija mill-Awtorità tal-Ippjanar taħt l-Artikolu 99 tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp biex jitneħħa xi periklu. L-Awtorità se tinvestiga l-każ biex tistabbilixxi jekk jeżistix periklu u tieħu l-passi jekk ikun meħtieġ.
Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema bid-drenaġġ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u għaldaqstant il-Korporazzjoni ser tagħmel spezzjoni u evalwazzjoni dettaljata tal-medda tad-drenaġġ li għaddejja mit-triq in kwistjoni. F’każ li jirriżulta li jkun hemm xi difetti fil-medda, tittieħed azzjoni riparatorja mill-aktar fis.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx każijiet quddiem l-Uffiċċju tal-Ombudsman li ilhom pendenti għal aktar minn sena? Jekk hemm, kemm hu n-numru, dwar xiex jittrattaw u x’inhi r-raġuni għalfejn ilhom pendenti għal aktar minn sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Ombudsman ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi.