Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19967 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Primarja B, B'Buġia

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilitajiet hemm li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament titpoġġa fi klassi 5C flok 5D fil-Primarja B ta' B'Buġia biex kif jirrikmandaw ir-rapporti li saru dwarha minn psikologu, tkun f'ambjent stimulanti fejn titgħallem biex ma titħalliex taqa' lura?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif jaf tajjeb l-Onor. Membru, il-politika ta' streaming li għadha qed issegwi id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni toħloq sitwazzjonijiet bħal dawk li qed isemmi fil-mistoqsija. Meta tlabt biex ix-xewqa ta' dina l-istudenta tiġi sodisfatta, l-awtoritajiet edukattivi sabu diffikulta. Jekk iċ-ċirkostanzi jinbidlu dan il-każ ikun jista' jerġa' jiġi kunsidrat.
Leg 9 PQ #19968 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Institut Tekniku

Question

Jista l-Ministru jgħid liema huma dawk il-korsijiet ta' filgħaxija li kienu jsiru sas-sena li għaddiet f'xi qasam tekniku f'xi institut tekniku lokali u għal xi raġuni jew oħra din is-sena mhux se jitkomplew? Kemm kienu jattendu f'kull kors? X'inhuma r-raġunijiet li l-korsijiet mhux se jitkomplew? Xi sforzi qed isiru biex il-problemi jiġu megħluba?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-korsijiet ta' filgħaxija fil qasam tekniku li kienu jsiru s-sena l-oħra f'xi istitut tekniku lokali kienu dawn : 1) Electronic Servicing Part II - 20 student 2) Electronic Servicing Part III - 17 il-student 3) Telecommunications & Electronics Engineering Advanced - 4 studenti Dawn il-korsijiet kienu ppubblikati bħala korsijiet proviżorji fuq il-prospett tal-korsijiet ta' filgħaxija peress li l-għalliema ma xtaqux ikomplu jagħmlu dawn il-korsijiet. Minn dak iż-żmien 'l hawn instabu għalliema għall-kors tat-Telecommunications and Electronics Engineering li se jibda fit-23 t' Ottubru. Qed isiru sforzi sabiex jinstabu għalliema għall-korsijiet l-oħra.
Leg 9 PQ #19969 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior College

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu għalliema mill-iskejjel ta' l-istat biex jimlew postijiet battala fil-Junior College? Mill-liema skejjel? F'liema suġġetti? Kif imtlew il-postijiet li tbattlu fl-iskejjel sekondarji / Junior Lyceums ta' l-Istat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ttieħdu 8 għalliema sabiex jimtlew postijiet battala fil-Junior College, 4 mis-settur sekondarju u 4 mis-settur post-sekondarju. L-iskejjel konċernati huma: 1) B'Bajda Girls Junior Lyceum : 3 għalliema ( 2 ta' l-Ingliż u 1 tal-Business Studies) 2) School of Agriculture, Qormi : għalliem ta' l-Ingliż. 3) Pawlino Vassallo Upper Lyceum : 2 għalliema ( 1 tal-computer u 1 ta' l-Economics) 4) Giovanni Curmi Higher Secondary : għalliema ta' l-Ingliż 5) Mother Theresa College : għalliem tal-Chemistry. Informat ukoll li: 1) żewġ vakanzi fil-Junior Lyceum ġew mimlija diġa`, 2) il-vakanza f' Giovanni Curmi mtliet ukoll, 3) il-vakanza ta' għalliem ta' l-Economics f' Pawlino Vassallo mtliet bejn għalliema ġdida u l-għalliema l-oħra, 4) il-lezzjonijiet tal-computer f' Pawlino Vassallo tqassmu bejn l-għalliema l-oħra, 5) qed jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex it-tliet vakanzi l-oħra jimtlew fl-iqsar żmien possibbli.
Leg 9 PQ #19970 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi — Għalliema tal-P.E.

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' għalliema barranin tal-P.E. li għandhom warrant (a) permanenti u (b) temporanju biex jgħallmu fl-iskejjel f'Malta? Fl-liema skejjel jgħallmu? Fuq liema bażi ħareġ warrant temporanju u meta ħareġ? Ta' liema nazzjonalita' huma dawn l-għalliema? Peress li hawn gradwati Maltin tal-P.E. li m'għandhomx xogħol jew li qed jgħallmu suġġett ieħor u mhux il-P.E. li huwa s-suġġett li iggradwaw fih, l-għoti ta' warrant temporanju mhux qed itellef lil dawn il-gradwati Maltin mix-xogħol tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19970 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi — Għalliema tal-P.E.

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' għalliema barranin tal-P.E. li għandhom warrant (a) permanenti u (b) temporanju biex jgħallmu fl-iskejjel f'Malta? Fl-liema skejjel jgħallmu? Fuq liema bażi ħareġ warrant temporanju u meta ħareġ? Ta' liema nazzjonalita' huma dawn l-għalliema? Peress li hawn gradwati Maltin tal-P.E. li m'għandhomx xogħol jew li qed jgħallmu suġġett ieħor u mhux il-P.E. li huwa s-suġġett li iggradwaw fih, l-għoti ta' warrant temporanju mhux qed itellef lil dawn il-gradwati Maltin mix-xogħol tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel ta' l-istat m'hemm ebda għalliem barrani tal-P.E. Hemm tlett għalliema barranin tal-P.E. li jgħallmu fi skejjel indipendenti kif se nsemmi: Skola Nazzjonalita` Warrant Meta nħareġ Verdala Ingliża Temporanju 15.11.88 International Awstraljana (xogħol (applikat għaċ- volontarju) ċittadinanza Maltija) St Edwards Bulgara Temporanju 23.10.98(work permit jispiċċa f' Novembru 2000) Għalliem irid japplika għall-warrant biex jeżerċita l-professjoni tiegħu. Meta dawn l-għalliema ġew offruti dan l-impieg, saret ukoll l-applikazzjoni għall-warrant.
Leg 9 PQ #19867 Sitting 391 2000-10-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Flus

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm intnefqu flus minn fondi li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' l-Edukazzjoni, sabiex is-Segretarju Parlamentari mar Sydney.

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19041 u tlabt li t-tagħrif meħtieġ jinġabar biex tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19868 Sitting 391 2000-10-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola tal-Gvern — Wied il-Ghajn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-iskola tal-Gvern gewwa Wied il-Għajn titkabbar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tikkonsidra l-bżonnijiet ta' spazji ta' l-iskola primarja ta' Wied il-Għajn.
Leg 9 PQ #19869 Sitting 391 2000-10-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru tal-Finanzi — Allokazzjoni ta' fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif gew minfuqa jew allokati l-Lm200,000 li ġew mgħoddija mill-Ministeru tal-Finanzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Membru biex ikun ċar jew speċifiku fil-Mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #19847 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif hu maqsum id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sports u min huma l-persuni li qed jokkupaw dawn il-karigi?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #19850 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Assistenti Diretturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14440 u b'mod partikolari fejn hemm il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, jista' l-Ministru jgħid min huma l-assistenti diretturi u f'liema sezzjoni jinsabu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Assistenti Diretturi li nħatru qgħedin f'dawn is-sezzjonijiet li ġejjin: Dipartiment tas-Servizzi - Mr Edward Caruana (Information Resource Management) Korporattivi - Mr Paul Ebejer (Finance & Administration) Diviżjoni ta' l- - Mr Anthony Cachia (Proġetti Kapitali) Edukazzjoni Dipartiment tal-Kurrikulu - Ms P. Apap (Curriculum Development) - Mr L. Żammit ( ICT) Dipt. Ippjanar u Żvilupp - Dr Sarah Sammut (Staff Devolopment and Training - Mr Leslie Agius (Non State Schools / Recruitment) Dipt. ta' l-Operations - Dr Cecilia Borg (Operations) - Ms Gemma Cachia (Operations) - Ms Georgina Cachia (Operations) Dipt. Servizz għall- - Ms Josephine Baldacchino (ADE - Student Services) Istudenti u Relazzjonijiet - Mr Michael King (ADE - Special Educational Needs) Internazzjonali - Mr Anthony DeGiovanni (ADE - International Relations) Dipt. ta' l-Istudji Ogħola - Mr Joe Bonniċi (Operations) u Edukazzjoni għall- - Ms Margaret Ellul (Curriculum Development & Adulti Implementation) Dipt. tal-Finanzi u - Mr David Degabriele (Riżorsi Umani) Aministrazzjoni - Mr John Sant (Servizzi Finanzjarji) Dipartiment ta' l-Eżamijiet - Mr Joseph Caruana Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji - Mr Hugo Mizzi Dipartiment tal-Mużewijiet - Mr Joseph Farrugia (Finance & Administration)
Leg 9 PQ #19854 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19705?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista sħiħa mitluba mill-Onor. Membru. Dwar il-ħidma tiegħu hemm il-Kumita Olimpiku li jista' jagħti tweġiba. Skond informazzjoni mill-Kumitat Olimpiku Malti s'issa sar xogħol fuq l-Akkomodazzjoni, xogħol preparatorju għall-għażla ta' Sport u l-impjanti relattivi, diskussjonijiet dwar pjanijiet ta' Marketing, xogħol fuq Budgets, involviment iżjed fl-isport mill-istudenti fl-iskejjel u ċ-Ċerimonji tal-ftuħ u ta' l-għeluq. Rigward l-aħħar parti tal-mitoqsija, informat li qiegħed ikun studjat kif jista' jiġi ffinanzat investiment akbar fil-faċilitajiet sportivi qrib il-pixxina, iżda meta jkun hemm pjanijiet konkreti, dawn isiru pubbliċi.
Leg 9 PQ #19881 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Business plan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5965?

Response (GALEA, LOUIS)

Ghalkemm il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ressaq abbozz tal-Business Plan tiegħu għas-snin 2000/2001/2002 - inkluża d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni - quddiem il-Ministeru tal-Finanzi, għadhom għaddejin diskussjonijiet u stħarriġ interni biex jitfassal id-dokument finali. Għaldaqstant mhuwiex opportun li f'dan l-istadju noħorġu listi ta' inizjattivi u prioritajiet.
Leg 9 PQ #19884 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Professur

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4919?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li din il-persuna msemmija irċeviet ittra ta' ħatra fil-kariga ta' għalliem b'seħħ mill-25 ta' April 2000 u qed tgħallem il-'Mechanical Engineering' fl-Istitut Tekniku Mikielanġ Sapiano. Għaldaqstant is-servizz tagħha huwa indispensabbli għad-Dipartiment.
Leg 9 PQ #19886 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Fgura - Żiemel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4752?

Response (GALEA, LOUIS)

Nista' nassigura lill-Onor. Membru li sew id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kif ukoll jien personalment qed nagħmlu l-għalmu kollu tagħna biex il-każ jiġi deċiż, iżda sfortunatament il-Qorti s'issa għadha ma kkondludietx il-proċeduri.
Leg 9 PQ #19887 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Grounds

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2545?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed isiru arranġamenti mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura biex dawn is-siġar fejn jeżistu jiġu maqlugħa jew miżbura.
Leg 9 PQ #19833 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Santu Wistin - Student

Question

Għal-liema raġunijiet il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni aċċetta li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, jitwaqqaf milli jkompli jattendi l-Kullegg Santu Wistin? Tista' skola tal-knisja ffinanzjata mill-fondi pubbliċi titħalla ċċaħħad tifel mid-dritt li jkompli jattendi l-iskola għax ma jkunx ġab ċertu livell ta' marki? Ma jaħsibx li dan preċendent perikoluz jekk skola tal-knisja titħalla tagħmel dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-każ qed jiġi konsidrat mill-Awtoritajiet Edukattivi.
Leg 9 PQ #19846 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-Knisja — Investigazzjoni

Question

Jista' jinvestiga rapporti li hemm skejjel tal-knisja li qed idaħħlu tfal bla polza jew bla Common Entrance Examination għax idaħħluhom fil-klassijiet 2 sa 6 fil-primarja w form 2 sa 5 fis-sekondarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva, ser nivverifika x'inhi l-policy segwita f'din il-materja.
Leg 9 PQ #19871 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — FX Attard

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġenituri qed jintalbu jħallsu Lm1 kull darba li jissejħu biex jattendu laqgħa tal-ġenituri fl-iskola sekondarja tas-subien FX Attard tal-Marsa? Min ħa din id-deċiżjoni, japprezza li qed ipoġġi f'diffikulta' u f'qagħda mbarazzanti lil dawk il-ġenituri bi dħul baxx li għandhom diġa' problemi kbar biex ilaħħqu ma' l-ispejjeż tal-ħajja? Jaqbel il-Ministeru li l-ġenituri jiġu ċċarġjati Lm1 għal kafe' u l-gallettini?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsill Skolastiku ta' l-iskola FX Attard, Marsa jorganizza laqgħat għall-ġenituri li għalihom ikunu mistiedna kelliema biex ikellmu lill-ġenituri fuq suġġetti varji ta' interess għall-ġenituri fit-trobbija ta' uliedhom.. Dawn il-laqgħat ilhom isiru f'din l-iskola u hemm id-drawwa li jiġu pprovduti kafe`, pastizzi, sandwiches u pasti għal dawk il-ġenituri li jixtiequ. Ser nivverfika mal-Kap ta' l-Iskola u l-President tal-Kunsill Skolastiku l-element imsemmi mill-Onor. Membru fit-tieni parti tal-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #19873 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Interim From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Qormi - Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex studenti li qegħdin f'Year 6 fl-iskejjel ta' San Ġorġ u San Bastjan, Qormi, jużaw xi kotba differenti minn xulxin?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li din il-Mistoqsija waslet fil-Ministeru il-bieraħ, tagħrif mitlub ma laħaqx inġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19876 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Interim From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Parapethic Teachers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm parapethic teachers fl-iskejjel tal-gvern, tal-knisja u tal-privat? F'liema skejjel jattendu? Għalkemm ħin? Kemm hemm studenti fl-iskejjel tal-gvern, tal-knisja u tal-privat li jeħtieġu s-servizz ta' dawn l-għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li din il-Mistoqsija waslet fil-Ministeru il-bieraħ, tagħrif mitlub ma laħaqx inġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.