Tista’ l-Ministru tgħid x’kienu l-proposti tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNDP) li hija għamlet fis-sena 2010 sabiex jiġu żviluppati servizzi ta’ matul il-jum individwalizzati u bbażati fil-komunità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1780 u tgħid meta l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li hi single mother se tingħata akkomodazzjoni għax hi ilha li applikat għal aktar minn tliet snin?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikanta applikat għall-akkommodazzjoni soċjali nhar is-16 ta’ Novembru, 2010. Hija qegħda tikri mingħand is-settur privat u tħallas kera ta’ €370 fix-xahar. I¿da l-applikanta applikat għas-sussidju tal-kera taħt l-Iskema ta’ sussidju fuq il-kera f’Novembru tal- 2012 u l-applikazzjoni qegħda tiġi pproċessata. Jekk l-applikazzjoni tagħha tkun valida hija tibda tibbenefika minn sussidju ta’ €1,000 fis-sena. L-applikanta applikat minn post f’Ħaż-Żebbuġ iżda fi Frar hija bidlet l-indirizz u marret is-Siggiewi. Għaldaqstant hija mitluba biex minnufih tiġi ġewwa l-Awtorita’ tad-Djar u tammenda l-applikazzjoni tagħha fuq l-indirizz il-ġdid. Sadanitant l-applikazzjoni tal-klijenta qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1779 u tgħid meta hemm il-ħsieb li jinħarġu għal bejgħ il-flats li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament, skont l-iskema Kun Sid Darek?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proprjetà hawn fuq imsemmija tinsab għall bejgħ u f’każ li l-kerrejja konoxxuti huma nteressati li jixtru, huma mitluba li jmorru l-customer care tal-Awtorità tad-Djar sabiex japplikaw.
Tista’ l-Ministru tara li jitmexxa l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li qiegħed quddiem is-servizzi soċjali ta’ Raħal Ġdid, fejn din il-persuna kienet ħallset tal-arloġġ tal-ilma li mhux suppost kienet tħallas għalih peress li l-persuna ma taħdimx minħabba raġunijiet ta’ mard?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern iżommx statistika ta’ kemm hemm djar abitabbli jew potenzjalment abitabbli li huma vojta u ma jintużawx għal skopijiet residenzjali? Tista’ tippreżenta din l-istatistika jekk teżisti u possibbilment l-informazzjoni tkun mqassma skont il-lokalità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tara li tittranġa l-ħsara li hemm il-fond tal-Gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament minħabba leakage ta’ ilma li qed jagħmel ħsara lill-ġebla?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għall-press release tad-DOI PR0693 tas-17 ta' April 2013 u peress li l-Ministru spiss qiegħda ssemmi li hemm mas-600 tifel u tifla li jingħataw kura barra minn djarhom, tista' l-Ministru tpoġġi breakdown ta’ dawn in-numri fuq il-Mejda tal-Kamra:
a) kemm hemm tfal minn dawn is-600 li jinsabu jgħixu fi ħdan familja alternattiva? Ta’ liema sess, età u nazzjonalità huma; u
b) it-tfal l-oħra,
cioè
dawk li mhumiex qed jgħixu fi ħdan familja alternattiva, f’liema postijiet jinsabu jgħixu? B'referenza għal kull wieħed minn dawn il-postijiet tista’ tgħid kemm għandhom żmien u ta’ liema sess huma dawn it-tfal u ta' liema nazzjonalità huma?
Peress li ssemmi wkoll li hemm 60 każ ieħor ta’ tfal li ġew diġà evalwati iżda li m’hemmx post fejn jistgħu jittieħdu, tista' l-Ministru tgħid l-età, s-sess u n-nazzjonalità ta’ dawn is-60 tifel u tifla li diġà ġew evalwati? Kemm minn dawn is-60 tifel u tifla jinsabu taħt
care order
?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti n-numru ta' familji li bbenefikaw s'issa mill-ispecialised fostering benefit li ġie introdott fil-baġit għas-sena 2012? Tista' tinforma lill-Kamra jekk din l-iskema hix se titkompla u jekk hemmx applikazzjonijiet li qed jiġu pproċessati?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Membri tal-Bordijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — membri tal-bordijiet - Remunerazzjoni u Benefiċċji
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva — Membri tal-Bordijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari tiegħu? Xi kwalifiki għandu kull membru? X'esperjenza jew expertise għandu kull membru relatata mas-settur fejn ġie ingaġġat bħala membru ta’ bord? F'każ li m'għandhom l-ebda esperjenza relatata, x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva — membri tal-bordijiet - Remunerazzjoni u Benefiċċji
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk hux veru li l-ħaddiema li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, qegħdin jitilqu mill-post tax-xogħol tagħhom fir-Residenza San Vinċenz de Paul kull nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ħamis sabiex imorru ġewwa l-Ministeru fil-Belt Valletta u jassistu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Min ta l-permess biex dawn il-ħaddiema ma jagħmlux xogħol ġewwa r-residenza u jassistu lil din il-persuna? X'poteri għandhom dawn il-ħaddiema fuq ħaddiema oħra/anzjani li qegħdin jgħixu fl-istess residenza?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn żmien għal żmien dan il-Ministeru jkollu laqgħat ma’ bosta impjegati minn sezzjonijiet u oqsma differenti biex jiddiskuti kwistjonijiet u sfidi li jiffaċċjaw perjodikament fuq il-linja tax-xogħol tagħhom. Kull assenza minn fuq il-post tax-xogħol kienet awtorizzata mill-maniġment. Dan il-ministeru jikkonferma li l-ismijiet fl-interpellanza huma fost diversi ismijiet oħrajn li saru laqgħat magħhom ma’ bosta partijiet interessati fi ħdan il-Ministeru. Il-persuni msemmija mill-Onorevoli Interpellant m’humiex jessistu lil Onor. A. Aguis Decelis.
Ministeru għall-Familja u Soliderjetà Soċjali — kuntratti
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tagħha kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tiżvela xi pjan ġie mħejji sabiex persuni b’diżabilità jidħlu fi skemi ta’ supported employment? X’inċentivi hemm ippjanati għal dawk li se jħaddmu lil dawn il-persuni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Gvern hu impenjat li jagħmel stock taking tal-impjiegi b’appoġġ li qed igawdu minnhom il-persuni b’diżabbilità. Fix-xhur li ġejjin se titħejja ‘data bank’ bil-ħiliet ta’ dawk li qed ifittxu impjieg jew li għandhom potenzjal li jaħdmu.
Waqt li se jissaħħu l-iskemi eżistenti, se jkun hemm sforz biex jinħolqu inizjattivi fil-komunità li ħa jinkludu taħriġ personalizzat għall-persuni b’diżabbiltà, għall-ġenituri, għas-support workers u anke informazzjoni u taħriġ għall-employers ħalli jkunu jistgħu jilqgħu għal din r-realtà.
Il-Ministeru hu impenjat ukoll li jirrevedi l-leġislazzjoni fejn hemm il-ħtieġa, itejjeb ċ-Ċentri għat-Taħriġ tal-Adulti u jinċentiva lis-settur privat biex jassimila aktar persuni b’diżabbiltà miegħu.
Kummissjoni dwar l-Użu tad-Droga u Alkoħol — rapport
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk ir-rapport konkluż mill-Kummissjoni dwar l-Użu tad-Droga u Alkoħol, wara konsultazzjoni wiesgħa ħafna u bis-sehem ta' diversi esperti, dwar sistema ġdida kif jiġu trattati persuni li jinqabdu jużaw id-droga l-ewwel darba hux se jiġi adottat, u jekk le x'direzzjoni se tittieħed f'dan il-qasam?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Kummissjoni dwar l-Użu tad-Droga u l-Alkoħol — politika nazzjonali
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-politika nazzjonali dwar l-użu tal-alkoħol li ġiet ippreparata mill-Kummissjoni dwar l-Użu tad-Droga u l-Alkoħol, wara konsultazzjoni wiesgħa u bis-sehem ta' esperti, jista' l-Ministru jgħid jekk hix se tiġi adottata minn dan il-Gvern u jekk le x'direzzjoni se tittieħed f'dan il-qasam?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid preżentement kemm hemm pensjonanti li qed jaħdmu full-time u/jew part-time u li fl-istess ħin mhux qed jitilfu xejn mill-pensjoni tagħhom per konsegwenza ta' miżura li kien introduċa l-Gvern ftit tas-snin ilu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-informazzjoni li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, in-numru ta’ pensjonanti li qed jaħdmu full-time u/jew part-time u li fl-istess ħin mhux qiegħed jitnaqqsilhom xejn mill-pensjoni tagħhom hu ta’ 10,171.