Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk xi wieħed mill-vapuri tal-Gozo Channel kellux xi inċidenti li fih seħħew xi ħsarat? Jekk iva, x'kienu l-ħsarat li kellu u xi ħsara oħra ġrat, jekk mhux direttament lill-vapur? Meta seħħet din il-ħsara?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab informat li ma kien hemm ebda inċident serju li fih kien involut vapur tal-Gozo Channel. Madankollu fit-13 ta’ Novembru l-MV Gaudos miss mal-moll u ġarrab ħsara żgħira fil-majjiera interna. L-għafsa li ġarrab bl-ebda mod ma xekklet il-vapur milli jkompli bix-xogħol skedat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta’ ħaddiema impjegati mal-kumpanija Gozo Channel fuq bażi full time u kemm hu t-total ta’ ħaddiema impjegati mal-istess kumpanija fuq bażi part time? Jista’ jgħid f’liema gradi huma impjegati dawn il-ħaddiema?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab nfurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Niġbed ukoll l-attenzjoni ta’ l-Onor. Chris Said illi mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, il- Gozo Channel impjegat persuna waħda biss, bħala inġinier, sabiex bil-ħaddiema li sibna, nerġgħu nerfgħu lill-kumpanija fuq saqajjha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-għajnuna li ngħatat lil kull kunsill lokali f’Għawdex mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid għal liema skop ingħatat kull għajnuna u minn liema vot ġiet mogħtija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qedha tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11498, jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jkun lest ir-rapport li qed isir mill-kumpanija tal-Gvern Ċiniż li hija blacklisted dwar il-possibilità ta’ pont bejn Malta u Għawdex? Jikkonferma l-Ministru li din il-kumpanija tat indikazzjoni lill-Gvern li dan il-pont jiġi jiswa madwar 750 miljun Euro? Jista’ jagħti lista ta’ stakeholders Għawdxin, bħall-Gozo Business Chamber u l-Gozo Tourism Association li ġew ikkonsultati minn din il-kumpanija u meta ġew ikkonsultati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’inżid mar-risposta li diġa tajt għal Mistoqsija Parlamentari 11498
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12091, jista' l-Ministru jgħid kemm anzjani jistennew biex jidħlu f'Dar Sant'Anna f'Għawdex u kemm hemm anzjani jistennew biex jidħlu fit-taqsima tal-anzjani rġiel fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista' jgħid x'inhuma l-kriterji li jintuzaw biex jintagħżlu l-anzjani li jidħlu f'dawn it-taqsimiet u min jiddeċiedi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li hemm 10 pazjenti nisa fl-acute wards u 3 pazjenti oħra nisa outpatients jistennew biex jidħlu fir-Residenza Sant’Anna.
Il-kriterji li jintużaw fl-għażla tal-anzjani biex jidħlu f’dawn it-taqsimiet huma deċiżi mis-
senior management
tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex u huwa fuq bażi ta’ min jinsab l-ewwel fuq il-
waiting list
.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12090 jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hemm anzjani fid-Dar Sant'Anna f'Għawdex? Jista' jgħid kemm hemm anzjani fit-taqsima tal-anzjani rġiel fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fir-Residenza Sant’Anna f’Għawdex hemm 81 pazjenti nisa filwaqt li fit-Taqsima Rġiel fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex hemm 25 pazjenti rġiel u 12 –il pazjenta mara .
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11138 u jgħid fiex intefqu n-nofs miljun ewro allokati lill-Ministeru għal Għawdex kull sena għat-turiżmu f'Għawdex fis-sena 2014?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dawn il-figuri jinkludu l-pagamenti li saru s’issa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex is-sistema ta' dwal li hemm mal-Monument ta' Dr. Anton Tabone fid-daħla tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex hi mitfija? Kemm ilha mitfija din is-sistema? Għaliex dan il-monument tħalla f’din is-sitwazzjoni? Min huwa responsabbli minn din il-manutenzjoni? Issir manutenzjoni tal-monumenti li hemm madwar Għawdex? Minn min issir? Jinżammu rekords ta’ dawn ix-xogħlijiet? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja fuq il-Medja tal-Kamra tax-xogħlijiet ta’ manutenzjoni li saru fuq kull monument li hemm f’Għawdex fl-aħħar sena u nofs?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab informat li l-Ministeru għal Għawdex ħa ħsieb li s-sistema tad-dawl li hemm mal-Monument ta’ Dr. Anton Tabone fid-daħla tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex tiġi rranġata. Jiena nfurmat ukoll li ssir manutenzjoni ta’ monumenti madwar Għawdex f’postijiet pubbliċi minn ħaddiema tad-Direttorat għal Proġetti u Żvilupp u f’ċerti każijiet jinvolvi entitajiet oħra.
Barra minn xogħol fuq monumenti sar restawr fuq skulturi u strutturi ta’ valur storiku fosthom l-istatwa tas-Salvatur fuq l-għolja tal-Merzuq li ġiet irrestawrata wara snin sħaħ ta’ abbandun u ġiet ukoll mixgħula bi
flood lights
. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xogħlijiet fuq manutenzjoni ta’ monumenti, skulturi u strutturi oħra li saru fl-aħħar sena u nofs.
Ministeru għall-Għawdex – mobile phones mħallsa mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għal Għawdex — xiri ta' biljetti tal-ajru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, b’mod separat, liema kienu l-aġenziji tal-ivvjaġġar li mingħadhom inxtraw il-biljetti tal-ajru tal-Ministeru, id-Dipartimenti, l-entitajiet, l-aġenziji, il-koporazzjonijiet, l-awtoritajiet, il-kummissjonijiet, il-kumpaniji, u l-fondazzjonijiet li jaqgħu taħtu u kemm kien il-ħlas f’kull każ? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għas-snin bejn l-2004 u l-2012, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm tħallset kull aġenzija b’mod totali fis-snin indikati? Jista’ jgħid f’kull każ jekk il-ħlas sarx b’direct order jew le?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab nfurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġieba tal-mistoqsija parlamentari 11563, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba u li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2014?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda kuntratt ta’ konsulenza mill-entità li tifforma parti mill-Ministeru għal Għawdex.
Ir-Rabat, Għawdex — Grawnd ħdejn l-Iskola Sekondarja tas-subien - floodlights
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadu ma ġiex istallat dawl artifiċjali (floodlights) fil-grawnd li hemm ħdejn l-Iskola Sekondarja tas-Subien fir-Rabat Għawdex minkejja l-wegħdiet ripetuti tal-Ministeru tiegħu li dan kien se jiġi stallat fi żmien qasir? Jaf il-Ministru li dan qed iwassal biex wara nżul ix-xemx in-nursieries tat-tliet clus tal-futbol tar-Rabat Għawdex ma jkunux jistgħu jżommu t-taħriġ f'dan il-grawnd?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx il-ħsieb li fis-sena 2015 jibda x-xogħol fuq il-pixxina ta' Għawdex, liema pixxina diġà għandha l-permessi approvati mill-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?
Response (REFALO, ANTON)
Kif propost mill-amministrazzjoni preċidenti l-pixxina f’ Għawdex ma kinitx fattibli. Qed nesploraw il-possibiltajiet kollha biex din issir. Infatti bħalissa għaddejja konsultazzjoni sħieħa ma dawk kollha involuti u fil-futur qarib il-Ministeru ser ikun f’pożizzjoni li jkollu stampa ċara tar-rekwiżiti kollha neċessarji. Dan l-eżerċizzju qed iseħħ sabiex niżguraw li l-fondi pubbliċi jintefqu bl-aħjar mod possibli. Il-Ministeru huwa kommess illi jagħmel dak kollu possibli sabiex il-komunita Għawdxija tgawdi minn proġetti simili li gvern preċedenti ħallihom għal diversi snin biss fuq il-karta.
Helicopter/ajruplan fixed-wing bejn Malta u Għawdex — rapport
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11887, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-feasibility study dwar proġett ta’ helicopter jew ajruplan fixed wing bejn Malta u Għawdex li ngħata lil Grant Thornton ghas-somma ta’ €8,850 hux lest? Jekk mhux lest, meta hu mistenni jitlesta? Jekk lest, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-feasibility study qed jiġi finalizzat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju li qed jieħu ċ-Chairman tal-Gozo Channel inkluż karozza, mobile u perkaċċi oħra? Jista' jgħid kemm qed jitħallsu l-awdituri interni li ġew mqabda mill-Ministeru għal Għawdex fuq l-istess kumpanija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandi xejn x’inżid mall-mistoqsija parlamentari numru 9584, għajr li s-salarju huwa hafna inqas minn ta qablu.
Hemm 3 Awdituri Interni li 2 minnhom qed jaħdmu 30 siegħa fil-ġimgħa filwaqt li l-Awditur l-ieħor qed jaħdem 15-il siegħa fil-ġimgħa. Il-paga tagħhom hija l-massimu ta’ skala 9 jiġifieri €20,938 imħallsa pro rata.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jkun lest l-istudju li qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex jkunu jistgħu jsiru titjiriet scheduled bejn Għawdex u Malta peress li għaddew kważi sena u nofs minn meta qal lit-Times of Malta li se tinħareġ sejħa għal expression of interest biex isiru dawn it-titjiriet? Min qed jagħmel dan l-istudju? Kif gie magħżul min qed jagħmel dan l-istudju u kemm se jitħallas għall-istess studju?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar u se jitħabbar il-ġimgħa d-dieħla.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11467, peress li fit-tweġiba qal li taħt l-Item 7121 -
Extension of Sewerage Network
- matul is-sena 2013 kienu intefqu €42,430 fuq bini ta'
Pumping Station
fl-Imgarr u b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11468 fejn fit-tweġiba tiegħu l-Ministru qal li taħt Item 7122 -
Sewerage Plan -
matul is-sena 2013 kienu intefqu €37,778 ukoll fuq bini ta'
Pumping Station
fl-Imġarr, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex l-istess ix-xogħol fuq l-istess
pumping station
jidher taħt ¿ewġ
items
differenti? Jista' jgħid kemm ġiet tiswa din il-
Pumping Station?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-ispejjeż imsemmija huma żewġ pagamenti separati fuq il-Pumping Station fl-Imġarr li dehru taħt items differenti peress li ż-żewġ items għandhom x’jaqsmu mas-sistema tad-drenaġġ. Jiena nfurmat ukoll li l-Pumping Station tal-Imġarr ġiet tiswa €731,180.22.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar relatati max-xogħlijiet li kienu għaddejjin fl-aħħar ġimgħat fuq il-korsa taż-żwiemel f'Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ma kellu x’jaqsam xejn ma’ xogħlijiet li saru dan l-aħħar ġimgħat fl-istess korsa.
Għawdex – Triq li twassal mix-Xewkija għall-Qala — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet qed isiru fit-triq li twassal mix-Xewkija għall-Qala f’Għawdex? Meta hu mistenni li jitlesta dan ix-xogħol? Liema kumpanija qed tagħmel dan ix-xogħol u kif ġiet magħżula? Kemm hu mistenni li jiswa dan ix-xogħol? Jaf il-Ministru li din it-triq xorta għadha tintuża għat-traffiku waqt li għaddej ix-xogħol u hemm perikli kbar għas-sewwieqa fosthom minħabba l-ħofor u t-tħarbit li hemm? X’qed isir biex jitneħħa dan il-periklu waqt li għaddej ix-xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Il-proġett jikkonsisti fi tqiegħid ta’ 400mm pressure main minn Ħondoq sa ta’ Ta’ Ċenċ. Liema main se jkun qed jissostitwixxi l-main l-antik. Se jkunu qed jinbidlu wkoll l-konnessjoniet tal-ilma tad-djar, l-mains l-qodma fir-rotta kollha u se jkun qed jsir resurfacing tat-toroq.
Dan ix-xogħol jkun konkluż sa l-aħħar tas-sena 2015. It-tender ġie ippublikat mid-Dipartiment tal-Kuntratti u l-kuntrattur magħżul hu GTE Joint Venture għal-ammount ta’ €4,155,056.67. Il-WSC qedgħin kontinwament jissorveljaw ix-xogħlijiet għab-bażi tar-regolamenti tal-Health and Safety.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn kienu assenjati matul ix-xhur li kienu fl-iskema l-ħaddiema li kien fl-iskema Greener and Cleaner Gozo? Kemm kien hemm ħaddiema minn din l-iskema ma’ kull dipartiment? Liema huma x-xogħlijiet li twettqu minn dawn il-166 ħaddiem fix-xhur tal-iskema? Kemm swiet din l-iskema?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.