Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies fuq bordijiet li għandhom parental allowance?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Taħt l-iskemi ta' l-Awtorita' tad-Djar persuna ma tikkwalifikax biex tapplika jekk tkun diġa':
(a) ibbenefikat minn xi għajnuna taħt dik li kienet magħrufa bħala "l-iskema tal-"Home Ownership", jew minn xi għajnuna oħra biex persuni jiġu mħajra jsiru sid darhom mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jew mid-Dipartimen ta' l-Art jew mill-Awtorita' jew minn uħud minnhom flimkien. Iżda f'każ li waħda/wieħed mill-persuni li tkun qed tapplika:
(1) tkun ħassret għerusija preċedenti li a bażi tagħha tkun hekk ibbenefikat u wieħed/waħda minn dawn il-partijiet tkun ittrasferixxiet lill-parti l-oħra d-drittijiet fuq il-proprjeta' li fuqha tgawda s-sussidju (u s-sussidji gawduti jkunu ġew kollha rifużi), u hi/hu huwa/hija issa għarus/a jew iżżewweġ lil persuna oħra li magħha issa qed jissottometti l-applikazzjoni taħt dan l-avviż;
jew
(2) li ż-żwieġ preċedenti li a bażi tiegħu tkun hekk ibbenefikat ikun tħassar permezz ta' kuntratt jew sentenza ta' separazzjoni jew ġie annullat u waħda jew wieħed mill-partijiet tkun trasferixxiet lill-parti l-oħra d-drittijiet tal-proprjeta' li fuqha kien tgawda s-sussidju u s-sussdju gawdut ġie kollu rifuż,
il-parti li ttrasferixxa d-drittijiet tista' tapplika taħt dan l-avviż b'dan illi hu jista' jgawdi biss minn nofs l-ammont ta' l-għotja.
L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) ma jipprovdix għall-benefiċċju ta' "Parental Allowance". Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal "Parental Leave" li jingħata lill-impjegati tal-Gvern, u jekk fost dawn hemm xi wħud appuntati fuq Boards Governattivi, hu mitlub li jirreferi din il-Mistoqsija lill-Prim Ministru.
L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) ma jipprovdix għall-benefiċċju ta' "Parental Allowance". Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal "Parental Leave" li jingħata lill-impjegati tal-Gvern, u jekk fost dawn hemm xi wħud appuntati fuq Boards Governattivi, hu mitlub li jirreferi din il-Mistoqsija lill-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex il-fond Nru. 5, Triq San Mark, Bormla, ma jibqax jintefa' ħmieġ u mbarazzaz fih peress li qed ikun hemm invazzjoni ta' ġrieden?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li dan il-fond aktarx mhuwiex tal-Gvern. Madanakollu ser nirreferi l-każ lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga. Naturalment jekk il-post hu privat u mhux affettwat minn xi prożett ta' Slum Clearance id-Dipartiment ma jkollux x'jaqsam mal-każ.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jiċħad jew jikkonferma jekk hux se jkun hemm talba għal ħlas lura rigward relief jew benefiċċji oħra li jkun tħallas wara li qed jirriżulta mill-investigazzjonijiet li qed jagħmel id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li persuni jkollhom ammont ta' flus il-bank li jeċċedu s-somma stipulata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull persuna li rċeviet benefiċċju soċjali u wara rriżulta li dan ma kienx dovut lilha, minħabba li ma tkunx ddikjarat il-meżżi kollha tagħha, se tiġi mitluba tirrifondi kull ammont lilha hekk mħallas.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex kien hemm tnaqqis fiċ-children's allowance tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata bil-każ.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex kien hemm reviżjoni fil-kera tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li baqa' bl-istess dħul li kellu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-kera nħadmet fuq id-dħul tal-persuna indikata matul l-1999 skond il-kuntratt li fffirma fl-24 ta' Frar 1997.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara x'inhi l-problema ta' single mother li għadha ma rċevietx iċ-children's allowance, jista' jibgħat l-informazzjoni raġuni bil-miktub lil din l-omm li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata bil-każ.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jinħarġu għal bdil ta' soqfa ta' dar tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija meta diġa' ġew il-ħaddiema jaraw ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li wara s-sejħa għall-offerti biex jinbidel il-kontrabejt tat-tromba fil-fond indikat mill-Onor. Interpellant ingħata l-kuntratt u x-xogħol ser isir dan is-Sajf.
Jista' l-Ministru jara li jiġi magħluq il-każ tal-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament fejn qegħda tistenna risposta għal sussidju biex tirranġa d-dar fejn toqgħod peress li s-saqaf tad-dar huwa kkundannat u bħalissa huwa ż-żmien addatta li jista' jsir ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn "records" ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jidhirx li din għandha applikazzjoni mill-persuna ndikata.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18173, dwar xiri ta' post, jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni timxi 'l quddiem peress li din tinsab quddiem il-Housing Authority u mhux id-Dipartimetn għall-Akkomodazzjoni Soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-persuna kkonċernata għamlet applikazzjoni ma' l-Awtorita' tad-Djar fit-12 ta' April 2000. Fis-26 ta' April 2000 saret spezzjoni fuq il-fond u fid-9 ta' Mejju l-applikant ġie nfurmat li jista' jibda x-xogħol meħtieġ mingħajr ma dan ikun ta' preġudizzju għall-ipproċessar ta' l-applikazzjoni.
Ninsab infurmat ukoll li fil-fatt l-ipproċessar ta' l-applikazzjoni wasal fil-fażi finali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm bdew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba, xahar b'xahar, din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba din is-sena, xahar b'xahar, kien kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għandhom post fejn joqogħdu mikri għandhom u li huwa tal-gvern li kellhom jħallsu kera ogħla mis-sena l-oħra wara reviżjoni tal-kera?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Risposta li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17900 f'Seduta 349 fis-17 ta' Lulju 2000.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Konsulenti lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista' jgħid x'salarji u kondizzjonijiet għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata aktar tard f'xi Seduta oħra.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Konsulenti lokali
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali u barranin li taw servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Mejju 2000?
Jista' jgħid min kienu u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Jista' jgħid x'salarju u kondizzjonijiet irċevew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata aktar tard f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar u riċevimenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2000 fil-ministeru, dipartimenti u korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformani bil-konsiderazzjonijiet tal-Ministeru għall-Politika Soċjali għas-suġġerimenti ta' diversi kooperattivi li bgħatet l-APEX fir-rigward tan-NPAA?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-suġġerimenti u l-konsiderazzjonijiet li bgħatet l-APEX?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-APEX (L-Organiżżazzjoni tal-Koperattivi Maltin) bagħtet ċirkulari lill-Koperattivi nteressati, fejn fiha talbithom sabiex jgħaddu suġġerimenti fir-rigward tan-"National Programme for the Adoption of the Aquis (NPAA)".Sa issa l-APEX għadha ma sottomettitx dawn is-suġġerimenti lill-Bord tal-Koperattivi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-qorti li jinvolvu l-Awtorita' tad-Djar fil-preżent? Kemm hemm każi ta' appelli quddiem il-bordijiet ta' l-Awtorita' tad-Djar fil-preżent?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li hemm 31 kawżi pendenti quddiem il-Qorti li jinvolvu l-Awtorita' tad-Djar, filwaqt li m'hemm ebda każ ta' appell quddiem il- Bord ta' l-istess Awtorita'.