Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li se jispiċċaw tfal mill-iskola fi ftit għimgħat oħra għaliex ikunu laħqu l-eta' ta' sittax-il sena? Jista' jagħti dettalji dwar kemm se jispiċċaw mill-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u indipendenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' tfal li se jagħlqu, jew għalqu s-sittax-il sena matul is-sena skolstika li spiċċat din is-sena huwa ta':
1) 2006 fl-iskejjel sekondarji ta' l-Istat
2) 419 fl-iskejjel tas-snajja'
3) 1326 fl-iskejjel sekondarji tal-Knisja
4) 292 fl-iskejjel sekondarji Indipendenti.
Informat ukoll li ma' dawn hemm 62 oħra li għalqu s-sittax-il sena iżda li ma kienux fil-final year tas-Sekondarja. Ta' min isemmi wkoll li kien hemm numru żgħir ieħor ta' studenti li għalqu s-sittax-il sena matul is-sena skolastika u ħarġu mill-iskola qabel Ġunju li għadda.
Fl-aħħarnett informat li minn dan in-numru ta' tfal ikun hemm min ikompli l-istudji tiegħu f'korsijiet post-sekondarji u għalhekk m'hinix f'pożizzjoni li ngħid kemm minn dawn it-tfal se jispiċċaw mill-iskola.
Peress li bħalissa x-xogħol fuq il-bini tal-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli f'Pembroke jinsab wieqaf, jirriżultalu l-Ministru li fuq il-lant tax-xogħol hemm perikli għat-tfal u l-istaff?
Response (GALEA, LOUIS)
Tlabt li jiġi assigurat li l-ambjenti użati mit-tfal u għalliema jkunu għal kollox 'safe u secure'. Ninsab assigurat li m'hemmx periklu fis-sens li tkellem l-Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar ir-riħa ta' gass li kien hemm fl-iskola sekondarja tas-subien Sir Temi Zammit, Imtarfa, li hija kkawżata mill-fabbrika tal-mushrooms li hemm taħt l-iskola? X'kienu r-riżultati jekk sar stħarriġ u x'passi sejrin jittieħdu biex meta terġa' tibda l-iskola jkun tneħħa dan il-perikolu li hemm għat-tfal, kif ukoll għall-għalliema?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Awtoritajiet tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ġew informati mill-Occupational Health and Safety Unit u mill-Pollution Control Coordinating Unit li ordnaw lis-sid tal-Quality Mushrooms Ltd, Mtarfa, biex jissottometti rapport mingħand Engineer espert f'dan il-qasam sabiex fost l-oħrajn jindirizza l-problema msemmija mill-Onor. Membru. L-awtoritajiet tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed jikkonsidraw jieħdux passi legali jekk dan l-inkonvenjent jew periklu ma jitneħħiex.
Informat ukoll li d-Direttur Ġenerali, akkumpanjat minn uffiċjali mid-Diviżjoni u mill-Kap ta' l-Iskola msemija, għamlu żjara sabiex jinġabar aktar tagħrif dwar is-sitwazzjoni. Ġie deċiż li jitwaqqaf kumitat ad hoc sabiex jitratta din il-kwistjoni
Jista' l-Ministru jara li jittiedħu l-passi sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni li għaliha saret referenza fil-petizzjoni li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra fil-5 ta' Ġunju, 2000 (PL 2186), liema petizzjoni kienet tittratta dwar mużika li tibqa' sejra sas-1.00 a.m. u l-istorbju mill-ħaddiema tal-catering li jibqa' sejjer sas-2.30 a.m.?
Jista' l-Ministru jara li s-sewwieqa tat-trakkijiet tal-catering ma jibqgħux jagħmlu użu mill-bieb fi Triq l-Ibjar, Valletta u minflok jużaw il-bieb li hemm fi Triq il-Mediterran meta jkunu qed iħottu jew jgħabbu l-affarijiet tal-catering?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Bord tat-tmexxija huwa konxju mill-ilmenti tal-ġirien tad-Dar tal-Mediterran u ser jittieħdu passi sabiex jonqos l-inkonvenjent u fl-istess waqt tkun salvagwardjata l-vijabilita` taċ-Ċentru. Fil-fatt il-caterer intalab sabiex ma jżarmax bil-lejl wara l-function iżda jżarma l-għada filgħodu. Meta jkun hemm il-mużika, din qed titbaxxa għall-volum li ma jdejjaqx lill-ġirien wara l-ħdax ta' bil-lejl.
Informat ukoll li sabiex ikun eliminat l-użu tal-bieb fi Triq l-Ibjar, qed isir xogħol minn konsulent sabiex isir it-tibdil strutturali meħtieġ biex isiru , pantries, stores u coldrooms ġodda fuq in-naħa ta' Triq il-Mediterran. Dan kollu jinvolvi spiża qawwija u xhur twal ta' xogħol peress li l-bookings li kienu daħlu jridu jkunu onorati.
X'inhu l-massimu ta' studenti ġodda li tista' tilqa' fiha l-iskola tal-Hairdressing u Beauty Therapy f'Tas-Sliema?
Kif inhu stabbilit dan il-massimu?
Kemm applikaw din is-sena biex jidħlu f'din l-iskola u kienu eliġibbli u kwalifikati iżda tħallew barra għax ma kienx hemm biżżejjed spazju fl-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-massimu ta' studenti ġodda li tista' tilqa' fiha l-iskola tal-Hairdressing u Beauty Therapy f'kull kors hu ta:
24 għall-kors tal-Hairdressing
24 għall-kors tal-Hairdressing taħt l-iskema ta' Taħriġ Estiż
14 għall-kors ta' Beauty Therapy full-time
Din is-sena applikaw 181 student li kellhom il-kwalifiki meħtieġa u ser jidħlu 66. Il-104 l-oħra qegħdin fuq il-waiting list. Il-massimu ta' studenti f'kell klassi huwa regolat mill-ftehim mal-Unions u mir-regolamenti ta' l-ILO fejn jidħlu l-workshops. Naturalment huwa wkoll kostrett minn numru u d-daqs ta' l-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tal-gvern li talbu lill-istudenti jieħdu magħhom l-karta igenika l-iskola għall-użu personali tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
B'żieda mat-tweġiba li diġa' tajt għall-Mistoqsija numru 19483 f'Seduta numru 375, inħoss li, wara spjega li ta l-Kap ta' l-Iskola Primarja ta' l-Imġarr, għandi niċċara l-impressjoni żbaljata li setgħu taw sew il-Mistoqsija kuf ukoll it-tweġiba.
It-talba biex it-tfal iġibu żewġ rolls toilet paper qatt ma kienet intenzjonata biex dawn jintużaw għall-bżonnijiet sanitarji u iġeniċi tat-tfal, iżda biex jintużaw waqt il-perjodi tal-Mid-Week Project li jsir darba f'ġimgħa. F'dan il-ħin it-tfal jużaw poster colours, ilma, finger paint, kolla, eċċ. Ġie konsidrat li l-irħas mezz biex it-tfal jimsħu jdejhom hu toilet paper minflok tissue packs u kitchen rolls li huma ogħla fil-prezz.
It-toilets u l-istore ta' l-iskola jkunu akar minn provduti bit-toilet paper iġenika meħtieġa għas-spiża pubblika.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 7079?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tqassim tal-cleaners sar sabiex kull skola jkollha numru ta' cleaneres skond kwota stabbilita fir-rapport imsemmi. Dan l-aġġustament sar, iżda hemm xi nuqqas f'xi skejjel u qed jittieħdu passi biex ikun hemm il-kompliment meħtieġ.
Fil-Human Resources Branch, tpoġġa uffiċjal ġdid li hu nkarigat li jattwa (flimkien mal-unit tiegħu) il-proċeduri ta' dixxiplina kif huma stabbiliti fil-Public Service Commission Disciplinary Procedure Regulations, 1997.
Minn meta ħa l-ħatra dan l-uffiċjal il-proċess ta' dixxiplina tħaffef.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartiment tal-kultura mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-perjodu msemmi mill-Onor. Membru ma ġew impjegati ebda ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tal-Kultura.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Mediterranean Conference Centre mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-perjodu indikat ma ġew impjegati ebda ħaddiema ġodda mal-Mediterranean Conference Centre.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika li qegħdin fiha, kemm se tkun il-kontribuzzjoni tal-Istat lill-iskejjel tal-knisja?
Kemm hi għola minn dak li ngħata fis-sena skolastika li għaddiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kontribuzzjoni ta' l-istat lill-iskejjel tal-Knisja tingħata matul sena finanzjarja u mhux matul sena skolastika. Għal din is-sena finanzjarja ġiet ivvutata s-somma ta' Lm7,680,000.
Din is-somma tisboq lil dik tas-sena finanzjarja 1999 b' Lm180,000.
Studji — Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jgħid min daħal jaħdem fil-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali minn Settembru 1998 sal-lum?
Xi kwalifiki għandhom f'kull każ?
Xi ħlasijiet?
Fiex jikkonsisti x-xogħol tagħhom?
Kif intagħżlu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Settembru 1998 ġew impjegati dawn il-persuni fuq bażi permanenti u full time:
Isem Bidu ta' Kwalifiki Designation Tip ta' Xogħol Salarju
Impieg LM
Cynthia Amato 18.10.99 Secretarial Secretary Klerikali 4262
Graziella Ellul 19.01.00 A Level Standard Clerk Klerikali 3478
Louis Grech 18.11.99 Livell Sekondarju Messenger/ Messaġġier/ 3153
Driver Xufier
Andre Corrado 11.10.00 Livell Universitarju Project officer Project Officer 4528
Dawn l-impjegati ġew magħżula minn lista mibgħuta mill-ETC, wara li saru l-interviews meħtieġa.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid meta bdiet l-Universita' tat-Tielet Eta'?
Kemm kienu rreġistrati anzjani dakinhar u kemm hemm anzjani reġistrati llum?
Kemm kien hemm anzjani reġistrati kull sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita` tat-Tielet Eta` li hija parti mid-Diviżjoni tal-Ġerontoloġija fl-Universita` ta' Malta ġiet miftuħa f'Jannar 1993.
Fl-1994 infetħet l-Universita` tat-Tielet Eta` f'Għawdex. Iżda għal ħafna raġunijiet, wara sentejn, din ma komplietx. F'Ottubru tas-sena l-oħra reġgħet infetħet l-Universita` tat-Tielet Eta` f'Għawdex.
Meta nfetħet l-Universita` tat-Tielet Eta` f'Malta kien hemm 45 anzjan u anzjana reġistrati.
Illum s'issa hemm reġistrati 730 persuna f'Malta.
F'Malta l-Universita` tat-Tielet Eta` tinsab fil-bini ta' l-Universita` fi Triq San Kristoforu, l-Belt. Iżda hemm ukoll Ċentru f'Tas-Sliema.
Kull sena n-numru ta' anzjani reġistrati kien:
1993 - 1994 174
1994 - 1995 145
1995 - 1996 625
1996 - 1997 847
1997 - 1998 828
1998 - 1999 823
1999 - 2000 874
Peress li bħalissa x-xogħol fuq il-bini tal-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli f'Pembroke jinsab wieqaf, jirriżultalu l-Ministru li fuq il-lant tax-xogħol hemm perikli għat-tfal u l-istaff?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tal-Pixxina Nazzjonali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul il-perjodu indikat ġie trasferit ħaddiem wieħed mill-Pixxina Nazzjonali. Dan it-trasferiment sar fuq talba tiegħu stess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment tal-Isports? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul il-perjodu indikat ġiet trasferit Assistant Technical Officer mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport għad-Diviżjoni tas-Saħħa. Dan it-transfer sar fuq talba ta' l-istess impjegat.
Hemm ukoll Senior Postperson u General Hand li qed jistennew li jiġu trasferiti għad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u għall-iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar rispettivament. Dawn iż-żewġ transfers ukoll ġew mitluba mill-istess individwi.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 19708, jista' l-Ministru jgħid minn liema lokalita' ġejjin l-għaxar ħaddiema li qegħdin jitħaddmu part-time fiċ-Ċentru għal Kreattivita'?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Casual Part-time li qegħdin jaħdmu fiċ-Ċentru għall-Kreattivita` huma minn Santa Venera, Ta' l-Ibraġġ, Żejtun, Siġġiewi, Żurrieq, Valletta, Ħamrun, B'Bugia, u M'Xlokk.