Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qormi — Mdina Road - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi awarded it-tender għal bini mill-ġdid ta' Imdina Road, Qormi, liema tender ilha li għalqet ħafna ġimgħat ilu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa qed jiġu ppreparati id-disinji meħtiega għal dan il-proġett u kif din il-fażi titlesta, it-tender tkun tista` tingħata. Dawn id-disinji huma meħtieġa biex jiġi assigurat li ma jsirx xogħol bla bżonn f`dawn l-inħawi.

Mellieħa — Half Way Inn - Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq toroq fl-area tal-madwar il-Half Way Inn l-Għadira, l/o Mellieħa, liema toroq jinsabu fi stat diżastruż ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment; u dan wara li jiġi assigurat li fit-toroq ikun hemm is-servizzi meħtieġa f`posthom.

Mtarfa — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru japprova li jitkomplew ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni fit-toroq ta' l-Imtarfa l/o Rabat? Billi f'din il-Belt ġdida wħud mir-residenti ilhom snin twal jistennew li jsiru x-xogħlijiet, jista' l-Ministru jirrimedja dawn il-każijiet ġenwieni u ċioe' sa Diċembru li ġej jara li jitwettqu x-xogħlijiet pendenti f'dawn it-toroq sabiex jispiċċa l-iskomdu għall-familji residenti fl-Imtarfa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol ta' toroq fl-Imtarfa sar taħt id-direzzjoni ta' l-Awtorita' tad-Djar. Id-Dipartiment tat-toroq ser jara x`tip ta` xogħol jista jiġi koordinat ma` l-imsemmija Awtorita`.

Fgura — Triq il-Merħba - Letter box

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi biex titwaħħal letter box fi Triq il-Merħba, Fgura viċin l-area tad-dar Nid D'Amour peress li biex in-nies ta' l-akwati jinqdew ikunu jridu jmorru 'il bogħod ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ser inressaq is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant lill-Maltapost plc.

Ħal-Tarxien — Triq Ċikku Saliba

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara sa meta se jkun mibdi u tterminat l-asfaltar ta' Triq Ċikku Saliba, f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor.Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, u dan wara li jiġi assigurat li x-xogħol kollu ta` servizzi jkun lest.

Ħal-Tarxien — Triq Pawlu Schembri

Question

JIsta' l-Ministru jiddikjara sa meta se jkun mibdi u tterminat l-asfaltar urġenti ta' Triq Pawlu Schembri, f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, u dan wara li jiġi assigurat li x-xogħol kollu ta` servizzi jkun lest.

Tarxien — Triq it-Tramuntana

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara sa meta se jkun mibdi u tterminat l-asfaltar urġenti ta' Triq it-Tramumtana, f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment, u dan wara li jiġi assigurat li s-servizzi kollha meħtieġa jkunu mqegħda fil-post.

Tarxien — Triq Dun Gwann Mamo

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara sa meta se jkun inbeda u tterminat l-asfaltar urġenti ta' Triq Dun Gwann Mamo, f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, u dan wara li jiġi assigurat li x-xogħol kollu ta` servizzi jkun lest.

Tarxien — Triq l-Imqades tal-Qedem

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara sa meta se jkun inbeda u tterminat l-asfaltar urġenti ta' Triq l-Imqades tal-Qedem, f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol f`din it-triq għadu kif tlesta.

WSC/Enemalta/Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra x'tip ta' kordinazzjoni teżisti bejn id-Dipartiment tat-Toroq u l-korporazzjonijiet tas-servizzi pubbliċi - il-Water Services Corporation, l-Enemalta u l-Maltacom - biex ikun hemm sens fl-immaniġġjar tat-toroq ta' pajjiżna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn meta ġie stabbilit id-Dipartiment tat-Toroq, il-Korporazzjonijiet tas-Servizzi Pubblici kienu dejjem mitluba jinfurmaw lid-Dipartiment bi kwalunkwe xogħol li jkunu ser jagħmlu fit-toroq sabiex id-Dipartiment ikun jista` jikkordina: bejniethom u ma entitajiet oħra bħal Awtorita` tat-Trasport Pubbliku, il-Pulizija u l-Kunsill Lokali u meta jkun kollox f`post, id-Dipartiment tat-Toroq joħroġ il-permessi neċessarji biex ix-xogħolijiet ikunu jistgħu jiġu esegwiti. Fil-preżent qed jiġi evalwat x`inhu l-aħjar tip ta` koordinazzjoni trid issir biex ma jiġrix bħal ma ġara li toroq jerġgħu jinqalgħu ftit wara li jkunu tlestew.

Żurrieq — Triq Napuljun

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta x-xogħlijiet neċessarji fi Triq Napuljum kontrada ta' Bebbux, fiż-Żurrieq se tiġi rranġata u magħmula b'mod illi ma tibqax taqleb għal ġol-garaxxijiet (basements) tar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-asfaltar ta` dawn it-toroq isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment s`intendi wara li jkun zgurat li s-servizzi jkunu tqiegħdu kollha b`mod permanenti.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru, 1998? Min huma u xi grad għandhom? F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin? Għal-liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari nru 120.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ? Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inkluż dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? Fil-każijiet kollha separatament jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` ħaddiema kazwali fid-dikasteru tiegħi hu tlieta waqt li ħaddiema bil-kuntratt hu erba` u huma imqassmin kif ser nghid: Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Civili - Flight Operations Inspector Dipartiment tat-Telegrafija minghajr Fili - Konsulent Awtorita` Marittima - Administration Manager u Port Officer. Il-kumplament tal-Mistoqsija hija fin-negattiv.

Marsa — Fisherman Street

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jsir il-proġett ta' water culverts u asfalt ta' Fisherman Street, Marsa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li d-Dipartiment tat-Toroq diġa' kellu xi diskussjonijiet dwar il-bini ta' 'culverts' fil-lokal u hekk kif ikun hemm kollox iffinalizzat il-proġett jitwettaq.

Toroq — Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew asfaltati kilometri ta' toroq minn kemm ilhom imwaqqfa l-kunsilli lokali, lokalita' b'lokalita', u jagħti l-isem ta' kull triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ma jzommx l-informażżjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant.

Safi — Triq Żurrieq - Sinjali tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jindika l-kriterji li bih il-ħajja tat-tfal li jiffrekwentaw l-iskola tal-gvern ta' Ħal Safi u l-oħrajn li jkunu jilagħbu fil-faċilitajiet sportivi, ġiet sagrifikata sabiex it-traffiku ma jibqax jgħaddi mill-qalba tar-raħal? Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk qattx ġiet diskussa l-possibilta' li Triq Żurrieq f'Ħal Safi ssir "no parking" minflok tiġi perikolata l-ħajja tat-tfal?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-egħluq ta` parti ta` Triq iż-Żurrieq saret biex jiġi eliminat il-periklu li kien qed jinħoloq mill-volum kbir ta` traffiku li kien jgħaddi mill-qalba tar-raħal. It-~Traffic Signs~ li ġew imqiegħda jindikaw li t-traffiku li jkun nieżel miż-Żurrieq lejn Ħal-Safi għandu jgħaddi mill-~By Pass~, jiġifieri minn Triq il-Kuċċard. B`hekk it-traffiku qed jigi mbiegħed mill-iskola tal-Gvern u mill-faċilitajiet sportivi w allura l-oppost ta` dak li qed jallega l-Onor Interpellant.

Żurrieq — Triq Valletta

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbidel il-wiċċ ta' Triq Valletta, fiż-Żurrieq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed isir pjan bl-assistenza tal-Konsulenti Germanizi biex jiġi stabbilit pjan prijoritarju għal biex il-ħsarat bħal dawk fit-toroq arterjali jkunu jistgħu jiġu msewwija. Għalhekk ix-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant isir skond il-prijoritajiet ta` dan il-pjan.

Żurrieq — Triq Ta' Ċiantar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Ta' Ċiantar se titkompla u tiġi mnifda għal fuq dik ta' Bronja, fiż-Żurrieq?

Response (GALEA, ĊENSU)

It-triq imsemmija mill-Onor Interpellant trid tinfetah permezz ta` l-izvilupp li jkun qegħed isir mill-privat li jizviluppa l-artijiet li jagħtu għal din it-triq. Wara dan, iridu jiġu nstallati s-servizzi biex it-triq tkun tista' tiġi asfaltata.

Ħaż-Żabbar — Triq Redentur

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li tinfetah Triq Redentur kantuniera ma' Triq it-Tut ġewwa Ħaż-Żabbar, fejn bħalissa hemm periklu serju għat-traffiku u għan-nies? Jista' l-Ministru jserrah moħħ in-nies li l-barambura li hemm fl-għalqa mhijiex se titmess?

Response (GALEA, ĊENSU)

Peress li jidher li din il-parti tat-triq għadha ma ġietx zviluppata u jkun hemm bzonn li tigi esproprijata, din il-parti privata msemmija mill-Onor. Interpellant, tajt strużżjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jikkon sidra aktar fir-reqqa dan is-suġġeriment.