Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #69 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar San Luqa — Uffiċċju tal-Kartuna s-Safra

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'miżuri beħsiebu jieħu sabiex tiżdied l-effiċċjenza fl-Uffiċċju tal-Kartuna s-Safra (Schedule V) ġewwa l-Isptar San Luqa? Kif se tiġi indirizzata l-problema ta' stennija twila li l-pubbliku jkollu jgħaddi minnha sabiex jinqeda?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #70 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

mediċini u apparat mediku — out of stock

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata tal-prodotti farmaċewtiċi (jiġifieri mediċini – kull forma u doża) kif ukoll apparat mediku u disposables li huma out of stock f'kull entità tas-saħħa li taqa' taħtu kif ukoll mill-ispiżeriji kollha tal-POYC? Kemm ilhom out of stock u x'inhi r-raġuni għal dan in-nuqqas? Meta hu stmat li dawn il-prodotti jkunu in stock?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li sal-15 ta’ April 2013, kien hemm 38 mediċina, u 4 apparat mediku fuq il-lista tal-out of stock. Hemm 5 mediċini li huma affettwati minħabba n-nuqqas ta’ manifattura. Il-fatt li hemm 38 mediċina mniżżlin fuq din il-lista ma jfissirx li l-mediċini mhumiex disponibbli fl-ispiżerija. Xi wħud mill-mediċina msemmija fil-lista, hemm alternattiva għaliha. Oħrajn se jkunu in stock sal-aħħar ta’ April 2013. F’dan ir-rigward, huwa evidenti l-bżonn biex tiġi indirizzata l-problema li writna flimkien mad-diffikultajiet kollha li qatt ma ġew solvuti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-mediċini li jinsabu out of stock.
Leg 12 PQ #71 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Prodotti out of stock — miżuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu sabiex il-problema tal-prodotti out of stock tiġi indirizzata u ma jibqax ikun hawn aktar nuqqas ta' mediċini u prodotti oħra?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Hu evidenti li din il-problema li writna hemm bżonn li tiġi indirizzata b’abilità u b’mod għaqli biex noħolqu aktar cost and effectiveness biex il-pazjent ikun moqdi kif xieraq.
Leg 12 PQ #72 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet Privati — Servizz ta' emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk is-servizz ta' emergenza b'xejn li kien beda jingħata minn sptar privat matul il-weekends għadux jingħata? Xi pjanijiet hemm għall-futur rigward dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Iva, dan is-servizz għadu qed jingħata. Bħalissa għaddej studju biex naraw jekk dan għamilx impatt fuq is-servizz lejn il-pazjent.
Leg 12 PQ #73 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — ħinijiet

Question

Peress li fil-passat riċenti kienet issir kritika ħarxa rigward il-fatt li xi ċentri tas-saħħa ma kenux jipprovdu servizz fuq medda ta' 24 siegħa kuljum, jista' l-Ministru jinforma meta ċ-ċentri tas-saħħa kollha se jibdew joperaw fuq medda ta' 24 siegħa kuljum il-ġimgħa kollha?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Din hija prijorità u parti mill-Manifest Elettorali li se nwettqu fiż-żmien li ġej.
Leg 12 PQ #74 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini Out of Stock — Paracetamol

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar jekk il-pilloli Paracetamol li jingħataw mis-sistema nazzjonali tas-saħħa humiex out of stock? X'wassal għal dan in-nuqqas? Meta se jkunu disponibbli għall-pazjenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-pilloli Paracetamol qatt ma kienu out of stock.
Leg 12 PQ #200 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karen Grech — Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema mediċni huma out of stock fl-Isptar tar-Riabilitazzjoni Karin Grech?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

L-informazzjoni se tingħata f’xi seduta oħra