Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tagħhajew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamenatri se tingħata f'seduta oħra.
Minħabba li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament qiegħda tgħix f’kundizzjonijiet mhux adegwati għaliha u għal bintha, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar hijiex qed tagħti prijorità lil dan il-każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwistjoni applikat għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar is-26 ta’ Novembru, 2008. Hija għandha tifla ta’ kważi ħames snin u toqgħod b’tolleranza mal-ġenituri tagħha. L-ewwel lokalita’ preferuta tagħha hija Santa Venera u l-applikanta għandha 115-il punt. Hija tibbenefika mill-assistenza soċjali u d-dħul tagħha għas-sena 2012 kien jammonta għal €5,594.78. L-applikazzjoni tagħhha qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija u se jsir social assement tal-kaz. Ta’ min ifakkar lil Onorevoli Interpellant li l-Ministeru wiret mingħand l-Amministrazzjoni precidenti ta’ Awtorita’ tad-Djar b’waiting list ta’ 2848 għall-akkomodazzjoni soċjali, 730 struttura perikoluza b’nies fihom u fuq perjodu ta’ 10 snin se tkun qed tħallas Net ta’ 10 miljun ewro, u fl-aħħar ta’ 10 snin l-appartamenti jaqgħu lura għand is-sidien.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta' konsulenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk żiditx iktar konsulenti (inkluż persons of trust), oltre dawk illi semmiet fit-tweġiba tagħha għall-mistoqsija parlamentari 349, li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid x’terms of reference għandhom il-konsulenti (u persons of trust) kollha għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Nuqqas ta’ ħrieqi lill-persuni b’diżabilità Għawdxin
Question
Peress li familjari ta' persuni Għawdxin b'diżabilità u persuni oħra li jbatu minn inkontinenza qed jilmentaw għax mhux qed jingħataw ħrieqi u dan qed ikun ta’ inkonvenjent, tista' l-Ministru tagħti spjegazzjoni u tara li din il-problema tiġi riżolta immedjatament?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2286 u tara li titranġa l-ħsara li hemm fil-fond tal-Gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament minħabba leakage ta’ ilma li qed jagħmel ħsara lill-ġebla?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1144 u tara li jitmexxa l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li għandu applikazzjoni pendenti għall-Meals on Wheels?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-dawl tal-fatt li s-sistema preżenti tal-meals on wheels ma tistax tilqa’ għat-talba li hemm għal dan is-servizz, fil-preżent id-Dipartiment qiegħed iħares lejn dan is-servizz biex mhux biss isaħħu iżda jestendih b’mod sostenibbli.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — inventarju
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux inventarju ta' x'suppost kien hemm fil-Ministeru? Jekk fl-affermattiv tista' tgħid jekk ġiex konfermat li dak kollu mniżżel fl-inventarju instabx? Jekk kien hemm xi nuqqasijiet, tista' tgħid jekk ittieħditx xi azzjoni, u x'inhi din l-azzjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ibbenefikaw persuni s'issa minn meta ġie mwaqqaf il-fond Independent Living għall-persuni b'diżabilità sal-aħħar t'April 2013? Ġew allokati fondi għal dan il-fond għas-sena 2013? Kemm ġew allokati?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa April 2013 kien hemm 13-il persuna b’diżabbiltà li qegħdin jibbenefikaw mill-Fond Independent Community Living. Minn dawn hemm 8 persuni hadu finanzjament ghal live-in assistant, filwaqt li l-5 klijenti l-ohra qed jibbenefikaw mill-Community based service. Minbarra dawn hemm żewġ persuni oħrajn li ġew allokati l-fondi, imma li s’issa kienu għadhom ma bdewx jibbenefikaw minnhom minħabba li l-proċess li jħaddmu live-in assistant kien għadu ma ġiex finalizzat. Informata wkoll li ladarba dan il-proċess jiġi konkluż, huma wkoll jibdew igawdu minn dan il-fond. Għas-sena 2013 hemm allokati €380,000 għal dan il-Fond.
Awtorità tad-Djar — Applikazzjonijiet għal residenza alternattiva
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu preżentement in-numru ta' familji/persuni li ghandhom applikazzjonijiet pendenti għal residenza alternattiva, raħal raħal, skont il-kategoriji differenti li għalihom jistgħu japplikaw dawk interessati?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar fil-preżent għandha 3,064 applikazzjoni għall-akkommodazzjoni alternattiva u huma mqassmin kif murija fit-tabella li tinsab fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħid kemm hu preżentement in-numru ta' residenza li bħalissa għandha għad-dispożizzjopni tagħha l-Awtorità tad-Djar lokalità lokalità? Kemm minn dawn il-proprjetajiet, f'kull każ huma tal-Gvern, u kemm tal-privat?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Kiri ta' vetturi
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk u kemm-il vettura ġiet mikrija mill-Ministeru tagħha mill-11 ta' Marzu 2013?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta dħalt fil-Ministeru sibt li l-karozza tal-Ministru kienet 50€ + vat kuljum u tas-Segretarju Parlamentari kienet 30€ + Vat u kien hemm 3 karozzi oħra tal-kiri, tnejn 11.20€ Vat inkluż u waħda 11,80€ Vat inkluż. Immedjatament kif gejt mogħtija din l-informazzjoni nbidlu l-vetturi tal-Ministru u Segretarju Parlamentari u l-prezz sar ta 18.88€ Vat inkluż. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tagħti n-numru ta' familji li bbenefikaw s'issa mill-ispecialised fostering benefit li ġie introdott fil-baġit għas-sena 2012? Tista' tinforma lill-Kamra jekk din l-iskema hix se titkompla u jekk hemmx applikazzjonijiet li qed jiġu pproċessati?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ koppji jew individwi li ibbenifikaw s’issa mill-ispecialised fostering benefit huma 24. Hemm 13-il familja jew individwu li s-sitwazzjoni taghhom qed tiġi proċessata. Issa li ġie maħtur il-bord il-ġdid tal-fostering, se jkun mitlub jagħmel evalwazzjoni tal-benefiċċji li l-foster carers jibbenefikaw minnhom bl-iskop li jkun assigurat li jkunu mgħjjuna u wkoll li jingħataw b’ġustizzja.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika li ġew irrapurtati fl-għases kollha, lokal lokal matul is-sena l-oħra? Kemm minn dawn il-każijiet ġew irreferuti lill-Aġenzija Appoġġ?’
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li bejn Jannar u Diċembru 2012, id-Domestic Violence Unit li jaqa taħt l-aġenzija Appoġġ, irreġistra total ta’ 537 riferiment, li minnhom 10 (1.9%) kienu riferuti direttament mill-pulizija (jiġifieri għasses tal-pulizija, vice squad, jew ufficjali tal-pulizija).
Tista’ l-Ministru tara li tinħadem ir-rata ta’ kemm se jkollu f ‘idu mill-pensjoni, l-pensjonant li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li minkejja li ilu li applika minn Frar 2013 għadu ma rċieva xejn?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija fil-Mistoqsija Parlmentari numru 1919 se tiġi infurmata personalment permezz ta’ ittra.
Tista' l-Ministru tgħid x’inhi d-definizzjoni għall-Gvern ta’ xogħol prekarju?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemmx definizzjoni li tesegwixxi l-elementi tal-prekarjat. Għal dan il-Gvern fid-definizzjoni li x-xogħol prekarju huwa dak ix-xogħol li ma joffri l-ebda stabbilità għall-impjegat b’mod li jkun jista jippjana triqtu b’dinjita’ u servut u kif ukoll meta jkun hemm kundizzjonijiet tax-xogħol li ma jirrispettawx il-minimu tad-drittijiet li tesigi il-ligi. Fl-aħħarnett irid jkun enfasitzat li x-xogħol prekarju ma jiżra l-ebda serenita’ urterjuri w ma jikkontribwixxix għall-produttività meħtieġa fuq livell nazzjonali. Il-kwistjoni tax-xogħol prekarju kienet diskussa fuq livell ta’ Kabinett.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xiri u kiri ta' karozzi
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-vettura tal-Ministru qed tinkera mingħand Meli Car Rentals u mill-14 ta’ Marzu inkriet b’dawn ir-rati:
MLY 008
BMW 5 Series
14/03 – 03/04
€50 + VAT
CBK 906
Peugeot 308
05/04 – 08/04
€16 + VAT
FQZ 019
Honda Accord
08/04 – 30/04
€16 + VAT
DQZ 526
Toyota Avensis
01/05 – Present
€16 + VAT
Ma harget l-ebda offerta ghall-kiri jew xiri imma inghataw direct orders wara negozjati għal prezz ferm anqas. Il-Ministeru qiegħed fil-process li joħroġ sejha għall-offerti biex tiġi evalwata l-aħjar għażla għall-valur ta’ flus minfuqa.
Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva — xiri u kiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-vettura tas-Segretarju Parlamentari qiegħda tinkera mingħand il-kumpanija Meli Car Rentals u mill-14 ta` Marzu nkriet b’dawn ir-rati:
DQZ526
Toyota Avensis
14/03 – 19/04
€30+VAT
KQZ053
Honda Accord
19/04 – 11/05/13
€16 + VAT
FQZ019
Honda Accord
11/05/13 - Present
€16 + VAT
Il-kirja saret b’direct order, madankollu l-Ministeru qiegħed fil-proċess li joħroġ sejħa għall-offerti għal xiri ta’ vettura.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1120, tista’ l-Ministru tgħid fiex kienu jikkonsistu il-154 telefonata li saru s-sena l-oħra mit-tfal fuq il-Linja 179? X’azzjoni ttieħdet mill-Aġenzija Appoġġ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.