Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – persuni inġaġġati f’position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f’xi seduta oħra.

Qorti — Kawżi deċiżi/appellati mill-Prim’ Awla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm bejn l-2010 u l-2014 ġew deċiżi kawżi mill-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili sede kostituzzjonali u kemm minnhom ġew appellati? Jista’ jgħid kemm għadda żmien mid-data tal-appell u s-sentenza mill-Qorti tal-appell sede kostituzzjonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) iddeċidiet 315-il każ. Minn dawn 224 ġew appellati u għalhekk l-appell tagħhom issa nstemgħu u jew ġew deċiżi jew huma differiti għas-sentenza jew qed jinstemgħu mill-Qorti Kostituzzjonali. Il-Qorti Kostituzzjonali għandha quddiemha (sal-aħħar ta’ Jannar 2015) 52 kawża, li sitta minnhom huma differiti sine die. Intant, mill-age analysis maħdum sal-aħħar ta’ Settembru 2014, jidher li l-kawżi quddiem il-Qorti Kostituzzjonali ma jdumux aktar minn sentejn u l-parti kbira minnhom, wieħed u tmenin fil-mija, jiġu deċiżi f’inqas minn sena: Qorti Kostituzzjonali <1 sena 1-2 snin 2-3 snin 3-4 snin 4-5 snin 5-7 snin 7-10 snin 10 snin + Total 44 10 0 0 0 0 0 0 54 81% 19% 0% 0% 0% 0% 0% 0%

Monti ta’ Belt – xogħlijiet fuq it-tined il-ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14017 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta beda x-xogħol tat-tined il-ġodda tal-monti li se jkun fi Triq l-Ordinanza? Jista’ jgħid minn liema Ministeru u dipartiment saret l-ordni ta’ dawn it-tined?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkoncernat.

Orkestra Nazzjonali ta’ Malta – tournee fiċ-Ċina

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14063, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pożizzjonijiet tas-sitt persuni fl-Administration u għal kull persuna dan'din kienx impjegat mal-Orkestra Nazzjonali? Jekk le, x'kienet il-kariga mal-Orkestra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li ninsab infurmat li l-pożizzjonijiet tas-sitt persuni li qed jagħmel referenza għalihom l-Onor. Interpellant huma kif ġej: Persuni Fl-Amministrazzjoni Malta Philarmonic Orchestra Chairman N/A Company Doctor On Contract for China Tour period 26/12/2014 – 8/01/2015 Logistics Coordinator On Contract for China Tour period 26/12/2014 – 8/01/2015 Logistics Coordinator On Contract for China Tour period 26/12/2014 – 8/01/2015 Camera Person On Contract for China Tour period 26/12/2014 – 8/01/2015 Assistant Camera Person On Contract for China Tour period 26/12/2014 – 8/01/2015

Kunsill Lokali taż-Żurrieq – Triq il-Wardija – tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq għandux ipprogrammat li jagħti t-tarmak fi Triq il-Wardija, iż-Żurrieq? Jekk fl-affermattiv, meta għandu l-ħsieb li jinbeda u jitlesta x-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq li għalissa għad m’hemmx data ta’ meta ser jingħata wiċċ ġdid lil Triq il-Wardija.

Kunsill Lokali taż-Żurrieq – Triq l-Iskultur Fabri – tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq għandux ipprogrammat li jagħti t-tarmak fi Triq l-Iskultur Fabri, iż-Żurrieq? Jekk fl-affermattiv, meta għandu l-ħsieb li jinbeda u jitlesta x-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq li għalkemm għad m’hemmx data meta se jingħata t-tarmak fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant, fil-ġimgħat li għaddew sar xogħol ta’ tiswijiet (patching) f’din it-triq.

Heritage Malta – żjarat fis-siti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru s-siti ta’ Heritage Malta, sit b’sit, kull sena mill-2012 sal-2014, kemm minn dawn il-viżitaturi kienu barranin, u kemm minnhom kienu Maltin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika tal-persuni kollha li żaru s-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta fl-2012, fl-2013 u fl-2014. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li m’huwiex possibbli li wieħed jiddistingwi bejn dawk il-vizitaturi Maltin u dawk barranin.

Junior Eurovision Song Contest u Malta Eurovision Song Contest — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-organizzazzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest u l-Malta Eurovision Song Contest li ġew organizzati mill-PBS f’Novembru 2014?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposti mogħtija fil-mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 13107 u 13108.

Junior Eurovision Song Contest u Malta Eurovision Song Contest

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-kumpaniji privati li kienu involuti fl-organizzazzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest u l-Malta Eurovision Song Contest li ġew organizzati mill-PBS f’Novembru 2014 tal-festivals? Kemm kien il-ħlas f’kull każ? Għal liema servizzi u prodotti tħallsu dawn il-kumpaniji? Kemm minnhom ħadu x-xogħol mingħajr sejħa pubblika u b’direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposti mogħtija, fil-mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 13107 u 13108.

PBS – programmi outsourced

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm programmi outsourced u kemm hemm programmi li għandhom produzzjoni inhouse fl-istazzjonijiet tal-PBS fl-aħħar sentejn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Public Broadcasting Services li fl-skeda Ottubru 2013 – Settembru 2014 il-programmi outsourced kienu wieħed u erbgħin (41) waqt li l-programmi in-house kienu tlettax (13). Ninsab infurmat ukoll li fl-skeda Ottubru 2014 – Settembru 2015 il-programmi outsourced huma erbgħa u erbgħin (44) waqt li l-programmi in-house huma ħdax (11).

PBS – ammont ta’ flus dovut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ flus dovut mill-PBS lil dawn il-kumpaniji li qed jipproduċu programmi outsourced għall-PBS? Meta se jitħallsu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nfakkar lill-Onor. Interpellant li l-Public Broadcasting Services topera bħala kumpanija u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.

PBS – Trasmissjoni ta’ Sports Awards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa lill-PBS it-trasmissjoni tas-serata Sports Malta Award – Għażliet Sportivi Nazzjonali li xxandret nhar is-Sibt 31 ta’ Jannar 2015 fuq TVM 2?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.

Orkestra Nazzjonali ta’ Malta – tournee fiċ-Ċina

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet u l-pożizzjonijiet tal-persuni, kemm ta’ mu¿iċisti u kemm nies fl-amministrazzjoni, li għamlu parti mill-kontinġent tal-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta meta din marret f’tournee fiċ-Ċina bejn is-26 ta’ Diċembru u d-9 ta’ Jannar 2015? Jista’ jgħid kemm mill-mużiċisti, kienu mużiċisti li jaħdmu fuq bażi part-time?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella b’informazzjoni mitluba. Minħabba l-protezzjoni tad-data l-ismijiet mhux qed jiġu nklużi fit-tabella. Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li minn dawn il-mużiċisti l-ammont li jaħdmu fuq bażi part-time jammontaw għal tlettax-il persuna.

Orkestra Filarmonika ta’ Malta – Tournee fiċ-Ċina – kontribuzzjoni finanzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-organizzaturi Ċiniżi u dik tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta għat-tournee li għamlet fiċ-Ċina bejn is 26 ta’ Diċembru 2014 u d-9 ta’ Jannar 2015?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta li l-organizzaturi Ċiniżi ħallsu l-ammont ta’ €40,186 għas-servizzi tal-Orkestra. Min-naħa tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta tħallsu t-titjiriet li jammontaw għal €60,905.

Kunsilli Lokali – xogħlijiet – permessi tal-MEPA

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti jew xogħlijiet li huma mistennija li jsiru mill-kunsilli lokali tat-12-il distrett diġà għandhom il-permessi tal-MEPA għalihom? Jista’ jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet oħra li hu maħsub li jsiru mill-istess kunsilli lokali għandhom applikazzjoni pendenti għal dan ix-xogħol? Liema huma x-xogħlijiet li għandhom applikazzjoni pendenti? Liema xogħlijiet oħra li diġà nħarġu permessi għalihom huma mistennija li jinbdew matul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.

Kunsilli lokali – bdil ta’ uffiċċju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li kellhom talba biex ibiddlu l-uffiċċju tagħhom mill-post li qegħdin fih preżentament u li għadhom ma biddlux l-istess uffiċċju? Jista’ jgħid x’inhu l-indirizz il-ġdid li hu mistenni li jibda jintuża bħala uffiċċju minn dawn l-istess kunsilli? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopji tal-pjanti tal-postijiet il-ġodda fejn id-dipartiment approva li jkun hemm tibdil tal-indirizz?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari ser tingħata f’xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar – sleeping policemen

Question

Billi skont risposta parlamentari riċenti n-numru ta’ sleeping policemen li ġew approvati f’San Pawl il-Baħar hu ta’ sebgħa, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu, u fejn jinsabu dawn it-traffic calming measures li hemm imwaħħla f’San Pawl il-Baħar, bħal lokalità sħiħa, u kemm ilhom li ġew imwaħħla fil-post?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13677.

Iż-Żejtun, Vjal il-25 ta’ Novembru – dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu passi biex Triq il-25 ta’ Novembru, Iż-Żejtun (it-triq li toħroġ għal Ttal-Barrani) tingħata d-dawl peress li kontinwament tintuża aktar b’mod abbużiv bħala miżbla milli bħala triq?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li Triq 25 Ta’ Novembru, fiż-Żejtun hija mdawla b'mod tajjeb u qatt ma rriżultaw problemi ta’ skart jew abbużi f’din it-triq.

Heritage Malta – top management — trasport

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11841, jista’ l-Ministru jgħid kemm min dawn l-individwi li għandhom it-transport allowances u għamlu użu mit-trasport tal-Aġenzija, taw rifużjoni pro rata u kemm jammonta t-total ta’ dawn ir-rifużonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat minn Heritage Malta li kif inhi l-prassi fis-servizz pubbliku, it-transport allowance hija rata fissa u mhix marbuta mal-frekwenza tal-użu u għalhekk ma jistax ikun hemm refużjonijiet.