Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #12666 Sitting 213 2014-12-01 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex– applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru tiegħu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tispeċifika għal liema fond qed tirreferi u fuq liema perjodu ta' programmar.
Leg 12 PQ #12699 Sitting 213 2014-12-01 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11752 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11533, jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għall-perjodu bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-1 ta’ Ottubru 2014?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 7422. Mid-29 ta’ Jannar 2014 sa l-1 ta’ Ottubru 2014, ġiet impjegata persuna waħda li kienet minn barra is-settur pubbliku.
Leg 12 PQ #12102 Sitting 211 2014-12-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — safar

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11020, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għal Mistoqsija Parlamentari numru 11417.
Leg 12 PQ #12573 Sitting 211 2014-12-01 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — studji fuq runway

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk, fil-passat sarux xi studji partikolari mill-Ministeru għal Għawdex, jew b'kollaborazzjoni mal-istess Ministeru, biex jiġu identifikati l-aħjar tipi ta' runway li tista' taqdi l-bżonnijiet t'Għawdex? Jekk iva, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-istess studji li saru? Bħalissa xi studji qed iseħħu, u minn min, dwar dan?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi ghar-risposta li nghatat ghall-mistoqsija parlamentari numru 11887 fis seduta numru 198 fil 11 ta’ Novembru 2014. B’zieda mat-taghrif moghti f’dik ir-risposta, inzid nghid li dawn l-istudji lesti u qieghdin issiru il-preparamenti ghal ahhar stadju li huwa l- Environment Impact Assesment Report.
Leg 12 PQ #12574 Sitting 211 2014-12-01 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — sit għal yacht marina

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk issa ġiex identifikat xi sit partikulari li fih tista' tinbena yacht marina f'Għawdex? Jekk iva, min identifika s-sit u fejn jinsab?

Response (REFALO, ANTON)

Ghandi infurmat li kienet harget Request for Proposal dwar il-bini ta’ Yacht Marina u Cruiseliner Terminal. Hemm possibilta wahda li fil prezent qieghda quddiem l-Evaluation Committee fih dan il Privitisation Unit u għaldaqstant il-Ministeru għal Għawdex f’dan l-istadju mhuwiex f’pożizzjoni li jagħti aktar dettalji għax ikun prematur.
Leg 12 PQ #12619 Sitting 211 2014-12-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku f’Għawdex – inizjattivi u proġetti

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11684, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-inizjattivi li saru fl-2013 u fl-2014 mid-Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku f’Għawdex bħala promozzjoni t’Għawdex fis-suq internazzjonali? Kemm swiet kull inizjattiva? Liema kienu dawk il-fieri barra minn Malta li Għawdex ħa sehem fihom u kemm swiet il-parteċipazzjoni f’kull fiera?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-infomazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra .
Leg 12 PQ #12636 Sitting 211 2014-12-01 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Korsa taż-żwiemel

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12185 fejn qal li m’għandu x’jaqsam xejn max-xogħlijiet illegali li qed isiru jew saru fil-korsa taż-żwiemel tax-Xħajma, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa hu bħala Ministru responsabbli minn dan il-post pubbliku issa li jaf li hemm xogħlijiet illegali għaddejjin f’dan il-post?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru malli sar jaf b’ allegat akkadut informa mill-ewwel lill-awtoritajiet konċernati sabiex jieħdu dawk il-passi kollha li jidrilhom adegwati u xierqa skond il-liġi.
Leg 12 PQ #12613 Sitting 209 2014-11-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġett taċ-Ċittadella

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett taċ-Ċittadella f’Għawdex u meta mistenni jitlesta? Kemm inħarġu pagamenti s’issa fuq dan il-proġett u lil liema kuntratturi? Kemm kien l-ammont ta’ kull pagamenti? Kemm se tkun l-ispiża totali tal-proġett taċ-Ċittadella u kemm minn dan l-ammont hu mistenni li jkun ko-finanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddej xogħol estensiv fuq il-komponenti kbar kollha tal-proġett taċ-Cittadella. Il-proġett huwa mistenni li jitlesta lejn nofs is-sena d-dieħla. Lista ta’ pagamenti maħruġa tinsab fil-lista li qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-valur ta’ dan il-proġett huwa ta’ €14,584,500 (inkluża l-VAT). Ir-rata ta’ ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea huwa ta’ 85%.
Leg 12 PQ #12614 Sitting 209 2014-11-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – proġetti ko-finanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti jew inizjattivi, barra dak taċ-Ċittadella, li bħalissa qed isiru f’Għawdex u huma ko-finanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropea? F’kull każ fejn wasal kull proġett jew inizjattiva u meta hu mistenni jitlesta? F’kull każ kemm se jiswa kull proġett jew inizjattiva u kemm minn dan l-ammont totali hu pproġettat li jkun ko-finanzjat minn fondi Ewropej?

Response (REFALO, ANTON)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba b’konnessjoni ma’ dawk il-proġetti jew inizjattivi li huma ko-finanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropea li bħalissa qegħdin jiġu mplementati mill-Ministeru għal Għawdex. Rigward l-inizjattivi u proġetti ko-finazjati mill-fondi Ewropej li qegħdin jiġu mwettqa f’Għawdex minn entitajiet oħra nistieden lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #12617 Sitting 209 2014-11-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Università — Kors tal-Kriminoloġija

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li għas-sena skolastika 2014/2015 għadda għajnuna lill-Università ta’ Malta biex isir il-Kors tal-Kriminoloġija fiċ-Ċentru tal-Università t’Għawdex kif indika fir-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 11914? Jekk ingħatat din l-għajnuna, għaliex dan il-kors mhux qed isir f’Għawdex ukoll?

Response (REFALO, ANTON)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-somma mgħoddija lill-Universita’ ta’ Malta fis-sena 2014 kienet tkopri il-kors tal-Kriminoloġija għas-sena akkademika 2013/14 kif kien indikat fir-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 11914.
Leg 12 PQ #12618 Sitting 209 2014-11-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku f’Għawdex – inizjattivi u proġetti

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11684, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-inizjattivi li saru fl-2013 u fl-2014 mid-Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku f’Għawdex bħala promozzjoni t’Għawdex fis-suq domestiku? Kemm swiet kull inizjattiva? Liema kienu dawk l-għaqdiet li ngħataw għajnuna minn dan il-vot biex jiġu organizzati attivitajiet f’Għawdex u kemm kienet l-għajnuna f’kull każ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-infomazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #11093 Sitting 208 2014-11-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Segretarjat Privat – Customer Care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat Privat li huma inkarigati mill-Customer Care?

Response (REFALO, ANTON)

Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat li fil-Ministeru hemm il-compliment ta’ uffiċjali ta’ Customer Care li huwa stabbbilit għal Ministeri
Leg 12 PQ #12610 Sitting 208 2014-11-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – Chairman – pakkett finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux qed jagħti l-informazzjoni eżatta dwar kemm hu l-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra li għandu ċ-Chiarman attwali tal-Gozo Channel? Ma jaħsibx li din hija informazzjoni li għandu jagħti lil din il-Kamra peress li dan iċ-Chairman qed imexxi kumpanija pubblika u allura qed jitħallas minn finanzi pubbliċi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li iċ-Chairman tal-Gozo Channel għandu rwol ta’ Executive Chairman u għalhekk jitħallas € 30,000 fis-sena u għandu l-perkacci imsemmija, u cioe’ karozza tal-kumpanija, mobile tal-kumpanija, free travel pass u polza tal-assikurazzjoni personali. Jekk wieħed jipparaguna dan il-pakkett mal-pakkett li kellu ċ-Chairman tal-Gozo Channel fis-sena 2010, issib li l-pakkett taċ-Chairman presenti huwa madwar 25 elf Euro anqas minn dak taċ-Chairman tal-Gozo Channel fl-2010. Dan mingħajr ma wieħed jinsa bis-suċċessi li qed tirreġistra l-Gozo Channel Co.Ltd., taħt amministrazzjoni Laburista. Din il-kumpanija issa tinsab fid-direzzjoni t-tajba u nistqarr illi bi ħsiebna nerġgħu nġibu l-istess kumpanija fuq saqajjha.
Leg 12 PQ #12611 Sitting 208 2014-11-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – għażla tal-awdituri interni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ġew magħżula l-awdituri interni tal-Gozo Channel u min għażilhom? Kienet għażla diretta tal-Ministeru tiegħu jew inkella ġew magħżula mill-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel stess? X’inhu r-rwol tal-istess awdituri interni? L-ispiża ta’ madwar €60,000 għal dawn l-awdituri minn min qed titħallas, mill-Ministeru għal Għawdex jew mill-kumpanija Gozo Channel?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal Mistoqsija Parlamentari 11883 u barra minn hekk ninfurmah li l-irwol ta l-istess awdituri hu li jagħmlu l- audit kollu tal-kumpanija u l-ispejjeż qed jitħalsu mill-Ministeru għal Għawdex.
Leg 12 PQ #12283 Sitting 205 2014-11-26 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – xiri ta’ servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, jekk inxtarax xi servizz ieħor, apparti biljetti tal-ajru mill-aġenzija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, matul din il-Leġiżlatura, jiġifieri bejn l-10 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Ottubru 2014? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi, kemm-il darba nxtraw u kemm swew?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li apparti biljetti tal-ajru ma nxtraw l-ebda prodotti jew servizzi mill-aġenzija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament.
Leg 12 PQ #12485 Sitting 205 2014-11-26 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Għawdex — spejjeż ta' assigurazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ispejjeż tal-assigurazzjoni fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu, sew jekk huma dipartimenti, aenziji, kumpaniji, awtoritajiet u l-korporazzjonijiet għas-sena 2013 u 2014 (sad-data tal-mistoqsija) u jagħti d-dettalji tal-ammonti imħallsa/invoiced u l-aġenziji/brokers tal-assigurazzjoni li mingħandhom qed jittieħed is-servizz?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #12547 Sitting 205 2014-11-26 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — eżenzjoni fuq regolamenti tal-lifeboats

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gozo Channel talbitx għal xi eżenzjoni mir-regolamenti li jikkontrollaw il-lifeboats fuq il-vapuri tagħhoma, lill-Transport Malta jew lil xi awtorità oħra? Jekk iva, x'kieent l-eżenzjoni, jew rikjesta oħra li saret? Meta saret u x'kienet ir-reazzjoni tal-Awtorità? Għal kemm żmien ingħatat l-eżenzjoni li ntalbet?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab informat li ntalbet eżenzjoni fuq waħda mir-rescue boats għal perjodu ta’ ftit gimgħat sakemm tissewwa ħsara li ġarrbet. Il-Gozo Channel ħadet passi oħra biex is-saħħa w is-sigurta’ tal-passiġġieri ma tkunx kompromessa.
Leg 12 PQ #11078 Sitting 204 2014-11-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Customer Care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li għamlu kuntatt mal-Customer Care tal-Ministeru minn April 2013 u jagħti breakdown tat-talbiet li saru?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor, Interpellant jispeċifika xi jrid ifisser bija l-kelma ‘kuntatt’
Leg 12 PQ #12520 Sitting 204 2014-11-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta' pont/mina bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni jkun lest l-istudju li qed isir minn kumpanija Ċiniża blacklisted dwar il-pont jew mina bejn Malta u Għawdex? Jista’ jagħti lista’ ta’ stakeholders Għawdxin li ġew konsultati sal-lum minn din il-kumpanija Ċiniża fil-preparazzjoni tar-rapport tagħhom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 12322.
Leg 12 PQ #12539 Sitting 204 2014-11-25 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – voti kapitali – pumping station

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12299, jista’ l-Ministru jagħti l-breakdown u jgħid fiex intefaq l-ammont ta’ €731,180.22 li qed jingħad li ġiet tiswa l-pumping station tad-drenaġġ fl-Imġarr Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.