Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn nies li huma reġistrati bħala gainfully occupied bħalissa? Kemm minn dawn għandhom 'il fuq minn 60 sena? Kemm minn dawn jaħdmu fis-settur pubbliku? Kemm minn dawn jaħdmu fis-settur privat? Minn dawn ta' l-aħħar, kemm hemm li huma self-employed? Tista' din l-informazzjoni tingħata għas-snin 1996, 1997, 1998, 1999 u sa Frar 2000?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra minbarra dak dwar impjegati fis-settur pubbliku. Dwar din il-kategorija ta' impjegati nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, minn Settembru, 1998 sal-ġurnata tal-lum, inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-allegazzjonijiet li wasluli fis-sens illi senior technical officer fid-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni partikolari, qiegħed jieħu commission fuq ix-xogħol tal-House Connectors li min-naħa l-oħra l-istess xogħol qiegħed isir minn ibnu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mill-istharrig li ghamel id-Dipartiment koncernat, l-allegazzjoni fil-Mistoqsija ma tirrizultax fondata. Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra affidavit meħud mill-persuna li saret referenza ghaliha fil-Mistoqsija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti breakdown ta' l-etajiet tal-persuni li jattendu fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum?
Jista' jagħti breakdown ta' dawk li jinsabu fil-waiting list?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum, wieħed wieħed, u x'taħriġ dawn ingħataw u x'taħriġ hemm maħsub li jingħata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim MInistru jgħid x'sar minnha l-applikazzjoni (H11081) - dettalji qed jintbagħtu separatament - għall-akkomodazzjoni peress li ilha għaxar snin tistenna u tinsab tgħix fi problema kbira bħala mara separata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed tkun ikkunsidrata flimkien ma' applikazzjonijiet oħrajn li huma pendenti mad-dipartiment ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pensjonanti ex-ħaddiema tal-Maltacom, MIA, Air Malta u Malta Drydocks, u li ħarġu bil-pensjoni qabel ġie ffirmat l-aħħar ftehim kollettiv ta' l-azjenda fejn kienu jaħdmu ibbenefikawx mill-aħħar ftehim kollettiv li sar ma' dawn l-azjendi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17182 dwar dan is-suġġett. Kif indikajt f'dik it-Tweġiba ma jidhirx mill-informazzjoni li għandu d-dipartiment li hemm xi pendenzi fir-rigward ta' reviżjonijiet skond l-aħħar Fethim Kollettiv fl-ażjendi ndikati.
Iżda, jekk l-Onor. Interpellant jaf b'xi każ partikolari li għadu ma kellux il-pensjoni riveduta, nitolbu jgħaddili din l-informazzjoni biex inkun nista' ninvestiga.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Xogħol ministerjali
Question
Jista' l-Ministru jinformani f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 hu u s-Segretarju Parlamentari kienu msiefra fuq xogħol ministerjali?
Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Peress li ħafna pensjonanti li kienu jikkwalifikaw għal "żieda supplimentari", ġew imċaħħda minn din iż-żieda, peress li qabżu ċ-ceiling biż-żieda li jingħataw fl-aħħar budget, jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li jgħolli ċ-ceiling għal dawn l-individwi?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16350, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar it-tliet health assistants biex jiġu appuntati bħala nursing aides?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm iktar żviluppi mill-aħħar Tweġiba li ngħatat fir-risposta fis-Seduta 302.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex possibbli li jsir uffiċċju tas-sigurta' soċjali ġewwa l-Fgura billi r-residenti ta' hemm qed ikollhom numru ta' problemi jmorru postijiet oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Napprezza l-interess ta' l-Onor. Interpellant u nifhem li jista' jkun hemm inkonvenjent għar-residenti ta' lokalitajiet fejn mhemmx uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali f'dawk il-lokalitajiet. Il-politika tal-Gvern hi waħda li, fejn hu possibbli, jżid is-servizz tal-"customer care" li jingħata mid-Dipartiment, partikolarment fejn jirrigwarda l-livell ta' servizz provdut. Il-ftuħ ta' uffiċċji distrettwali ġodda jiddependi mir-riżorsi kemm umani kif ukoll finanzjarji disponibbli u kkunsidrata fid-dawl ta' prijoritajiet oħra, fosthom in-numru ta' residenti u d-distanza li dawn għandhom biex jaslu sa l-uffiċċju distrettwali li jaqdi dik il-lokalita'.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jassigura li sa ftit ġimgħat oħra kull familja ntitolata għall-benefiċċju taċ-children's allowance tirċievi ċ-ċekk, fid-dawl li suppost ilhom li rċevewh?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18018.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'effett se jkollha fuq l-impjiegi f'pajjiżna id-deċiżjoni tal-gvern Amerikan li mill-ewwel ta' Lulju ta' din is-sena neħħa l-eżenzjoni tal-levy/dazju fuq prodotti esportati minn Malta lejn l-Amerika?
Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħaddiema li f'pajjiżna jaħdmu ma' l-industriji li jesportaw lejn l-Amerika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il resident hemm bħalissa fl-SVPR? Kemm hemm minnhom nisa u kemm minnhom rġiel? Kemm qed jittieħed lilhom mill-pensjoni biex ikunu jistgħu joqogħdu fl-imsemmija residenza?
Kemm-il ħaddiema hemm fl-SVPR grad, grad u jaħsibx il-Ministru li l-ħaddiema li hemm preżentement humiex biżżejjed biex jaqdu lill-anzjani li preżentement jgħixu fl-SVPR?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule hemm 1010 residenti (334 irġiel u 676 nisa). Ir-rati tal-kontribuzzjoni dovuta mir-residenti ta' San Vinċenz hija ta' 60 fil-mija kif stipulata bis-saħħa tal-Provvediment ta' l-Avviż Legali numru 60 tas-sena 2000.
Fid-dawl tal-fatt li l-anzjani qed jgħixu aktar u għaldaqstant il-ħtiġijiet tagħhom isiru aktar estensivi, allura dejjem hemm bżonn ta' aktar nies li jipprovdu l-kura u s-servizzi meħtieġa b'mod partikolari 'nurses'.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif dwar il-livell skolastiku: (a) primarji; (b) sekondarji; (ċ) post sekondarju; u (4) terzjarju b'dawk bi kwalifiki separati għalihom u skond l-etajiet u s-sess differenti ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.