Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm/jew għad hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA), għall-bini ta' rziezet tar-raħħala, sena b'sena, mill-2013 sal-lum? Liema huma dawn l-applikazzjonijiet, u f'kull każ fejn jinsab il-proċess ta' dawn l-applikazzjonijiet preżentement?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (u qabel quddiem il-MEPA), għal residenzi ta' raħħala, sena b'sena mill-2013 sal-lum? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux qed isiru xi talbiet partikulari biex jiġu żviluppati car parks mill-gvern, jew bil-kollaborazzjoni tal-Gvern għal dak li jikkonċerna l-lokalità ta' San Pawl il-Baħar?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat minn Projects Malta li huma m’għandhom l-ebda talba quddiemhom ta’ din ix-xorta.
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt notarili ffirmat f’Ottubru 2013 li fih wieħed mill-partijiet kien id-Direttur tal-Artijiet u/jew id-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern u l-parti oħra kienet il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament konċernanti art f’Burmarrad li kienet tal-Farmers’ Wine Cooperative?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Kuntratt datat 24 t’Ottubru 2013, li qed jagħmel referenza għalih l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kumpanija li għandha permess għal kiri ta' karozzi jinkludix fih awtomatikament permess għal car wash fl-istess proprjeta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Permessi ta’ l-izvilupp għal dan it-tip ta’ użu huma regolati bid-dokument Policy, Guidance and Standards 2015, liema dokument jiddefinixxi dawn bħala “…a garage for vehicles used for hire or for the provision of a private or public transport service (including buses, mini-buses, taxis and self-drive hire cars).”
B’żieda ma dan, l-Artikolu 4(d) tal- Ordni tal-2014 dwar il-Klassijiet ta’ Użu fl-Ippjanar tal-Iżvilupp (Avviz Legali 74/2014) ikompli jgħid hekk.
4. Ebda ħaġa f’xi Klassi speċifikata fl-Iskeda li tinsab ma’ din l-Ordni ma għandha tinkludi xi użu għal dawn li ġejjin:
(d) negozju ta’ taxi, kiri ta’ vetturi bil-mutur jew public service garage;
Dan ifisser illi sabiex garaxx jintuza ghal skop illi jinzammu ġewwa fih karozzi għall-kiri, dan għandu bżonn permess tal-Awtorità tal-Ippjanar. Fl-ebda istanza ma jezisti dritt awtomatiku illi l-istess garaxx jintuza ukoll għall skopijiet ta’ car wash kummerċjali, sakemm din ma tkunx specifikament indikata fil-proposta ta’ l-applikazzjoni u tkun permessa fl-imkien ma l-uzu principali.
Madankollu, xejn ma jipprekludi illi is-sid tal-vetturi jaħsel il-karozzi tal-kiri tiegħu stess fl-istess garaxx, bhal ma jista jagħmel kull sid ta’ vettura privata fil-konfini tal-garaxx tiegħu, sakemm din l-attivita’ speċifika ma tkunx projbita b’xi kundizzjoni tal-permess, u sakemm jigu osservati regolamenti ohra ta’ awtoritajiet ohra konċernati, bħal dawk tas-sahha pubblika.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 22430 u 23975, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements awditjati tal-Enemed?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Bieb il-Belt – Terminus tat-Trasport Pubbliku – permessi tal-MEPA/PA
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26041 u jgħid x’permessi tal-MEPA/PA jeżistu llum fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Hawn taħt tinsab tabella tal-permessi li ghadhom ma skadewx fiż-żona tat-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt.
PA No.
Location
PA/01086/11
Hotel Phoenicia Malta , The Mall, Floriana, Malta
PA/00697/12
Site, (near old national lottery and bus terminus area) at, Is-Sur ta' San Gakbu, Belt Valletta, Malta
PA/02767/12
Tritons Fountain, Ex Valletta Bus Terminus, Bieb il-Belt, Belt Valletta, Malta
PA/00202/14
Site at (Near Bus Terminus), St. James Bastion, Belt Valletta, Malta
PA/00069/14
Site at, Near Bus Terminus close to, Is-Sur ta' San Gakbu, Belt Valletta, Malta
PA/03881/15
Site at, Bieb Il- Belt, Belt Valletta, Malta
Bieb il-Belt – Terminus tat-Trasport Pubbliku – applikazzjonijiet għall-permessi tal-PA
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26042 u jagħti lista dettaljata tal-applikazzjonijiet għall-permessi mingħand il-PA għal żvilupp/attività fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Hawn taħt tinsab tabella tal-applikazzjonijiet għal żvilupp li huma pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar fiż-żona tat-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt.
PA No.
Location
PA/05739/16
Site at, Biskuttin Area, Floriana, Triton Fountain Square, City Gate Shopping Arcade, Belt Valletta, Malta
Belt Valletta – permessi għal stabbilimenti ta’ ikel u xorb f’żoni residenzjali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex il-PA mhux qed tagħti widen lir-residenti Beltin fil-ħruġ ta’ permessi għal stabbilimenti ta’ ikel u xorb f’żoni predominentement residenzjali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-Awtorità tal-Ippjanar tapplika l-policies tal-pjan lokali tal-Port il-Kbir, kif ukoll policies oħrajn fir-rigward ta’ dan it-tip ta’ permessi. Għalkemm ċerti żoni huma indikati bhala residenzjali, jista jagħti l-kaz illi dawn huma kkaratterizzati minn ammont sostanzjali ta’ żvilupp kummercjali illi ma jipprekludix li jingħataw aktar permessi għal stabbilimenti ta’ ikel u xorb.
L-Awtorita’ tiehu konjizzjoni ta’ l-ilmenti tar-residenti f’kull każ illi dawn jigu registrati maghha, u fejn ikunu gustifikati, tiehu att ta’ dan u tirrifjuta l-għoti tal-permess.
Il-Marsa – Trasformazzjoni tas-Sit tal-power station tal-Enemalta
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol biex is-sit tal-power station tal-Enemalta jiġi ttrasformat f’open space għall-komunità Marsija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li bħalissa jinsab għaddej ix-xogħol ta’ żarmar u twaqqiegħ tal-Power Station fil-Marsa. Hekk kif l-impjant il-ġdid tal-gas jibda’ jopera, tkun tista’ tibda’ t-tieni parti tad-decommisioning tal-impjant li bħalissa qiegħed stand-by. Dettalji dwar ix-xogħol ta’ rijabilitazzjoni tal-inħawi jingħataw fiż-żmien li ġej.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari W528, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta nħarġet is-sejħa ta' espressjoni ta' interess, li hi ndikata fir-risposta? Kemm u min kienu dawk li rrispondew għal din is-sejħa? X’kienu l-kriterji li waslu għall-għażla ta’ dan il-grupp partikulari? Kemm kienet it-talba ta' ħlas li saret minn dawk li wrew interess? Kemm tħallsu s’issa dawk li ntgħażlu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-espressjoni ta’ interess ħarġet fl-1 ta’ Marzu 2016 u ġew ikkuntattjati tmien kumpaniji ta’ konsulenti Brittaniċi u żewġ kumpaniji Spanjoli. Sa l-aħħar ta’ Marzu 2016 kienu rrispondew żewġ kumpaniji għal din is-sejħa li huma IBI Group u Mott MacDonald. Fl-4 ta’ April 2016 reġgħu ntbagħtu reminders lill-kumpaniji l-oħra pero xorta waħda ma ssottomettewx proposta.
Fil-11 ta’ April 2016 intbagħtu t-Terms of Reference lil dawn iż-żewġ kumpaniji u fis-27 ta’ April 2016 Mott Macdonald tefgħu l-offerta tagħhom.
Din l-offerta ġiet evalwata fuq il-kriterji hawn taht u li wasslu għall-għażla ta’ dan il-grupp fis-6 ta’ Mejju 2016.
Does the proposal demonstrate a good degree of understanding of the required tasks?
Does the proposal fall within the scope of the Terms of Reference?
Does the proposal present a realistic set of assumptions affecting execution of the contract?
Does the proposal indicate how each task will be managed?
Is the proposed approach acceptable?
Are the proposed delivery time lines acceptable?
Does the proposal clearly identify suitably qualified participants for the required tasks and the roles to be undertaken?
Does the proposal require unacceptable additional technical support by the Authority?
It-talba ta’ ħlas li saret minn Mott Macdonald kienet ta’ GBP 242,000 (teskludi l-VAT) u li s’issa Mott Macdonald tħallsu GBP 197,511.70. Minn naħa l-oħra l-IBI Group qatt ma ppreżentaw proposta għal dan ix-xoghol u għalhekk l-espressjoni ta’ interess tagħhom ma ġietx ikkunsidrata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28134 u jara li jsir kuntatt mal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatment, li għamel talba dwar raba’ u minkejja li għadda ż-żmien, għadu bla risposta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ tal-individwu li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa, u qed tinġabar l-informazzjoni kollha dwar dan is-sit. L-applikant ser jiġi nfurmat bl-eżitu tat-talba tiegħu kemm il-darba jkun hemm deċiżjoni li dan is-sit jista’ jiġi trasferit.
Il-Fgura — Tri Romano Carapecchia - Ġnien tal-Gvern
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28102 u jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward ġnien tal-Gvern abbandunat ġewwa l-Fgura fi Triq Romano Carapecchia li jixtieq li jibda jieħu ħsiebu hu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-talba tal-persuna li d-dettalji ntbagħtu separatament qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa u l-applikant ser jiġi nfurmat bl-eżitu tat-talba tiegħu appena jkun hemm deċiżjoni.
X’parametri ġodda saljenti kellha d-DC15, u x’effett kellhom fuq l-iżvilupp?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellat li:
It-tneddija tad-dokument ‘Development Control Design Policy Guidance and Standards 2015, DC 15’ kien pass kuraġġjuż 'il quddiem biex l-iżvillup propost ikun wieħed ta kwalità u ssir enfasi akbar fuq id-disinn. Id-dokument huwa wieħed posittiv fejn il-kriterji kwalitativi qed jingħataw l-istess interpelanza fl-‘assessment’ tal-applikazzjonijiet daqs kriterji kwantitativi.
L-akbar differenza li kellu d-dokument fuq l-ipproċessar ta l-applikazzjonijiet għall-iżvillup huwa l-importanza li issa qed tingħata lil kuntest. B’dan id-dokument wiehed jirikonoxxi li għalkemm ngħixu ġo pajjiż żgħir hemm kuntesti u ambjenti differenti li jagħmlu kull lokalità unika. Dan inħass wara li kien rikonoxxut il-prinċipju ewlieni tal-kuntestwalità u li l-policy antikwata tal-‘one size fits all’ mhux is-soluzzjoni tajba.
Dan iffiser li issa kull applikazzjoni li tirċievi l-Awtorità tal-Ippjanar ma tistax tiġi eżzaminata waħedha iżda fil-kuntest immedjat jiġifieri it-triq. It-triq għalhekk hija meqjusa bħala spazju importanti soċjali u importanti sabiex l-ambjent urban jkun wieħed dinamiku.
Element ieħor li kellu effet posittiv huwa li għal kuntrarju għal policies ta ‘qabel, id-dokument DC 15 issa għandu tlett tipi ta’provissjonijiet; Policy/Regulation(P), Good-practice guidance(G) u Technical Standards(S).Għalkemm il-policies iridu jingħataw l-aktar saħħa wieħed irid ukoll iqis li jħaddan il-prinċipju izda fl-istess waqt jissuġerixxi soluzzjonijiet alternattivi.
Awtorità tad-Djar – Applikazzjonijiet pendenti quddiem il-PA
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm applikazzjonijiet, f'isem l-Awtorità tad-Djar hemm pendenti quddiem il-Planning Authority bħalissa? Kemm-il applikazzjoni ġiet approvata, matul l-aħħar sentejn? Fejn kienu l-applikazzjonijiet approvati, u kemm kien hemm appartamenti f’kull każ? Kemm hemm appartamenti proposti fl-applikazzjonijiet li għadhom pendenti?
Jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn is-Sibt, 29 t'Ottubru, parti sostanzjali mill-Imsida kienet bla provvista tal-elettriku għal sigħat twal?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat li l-Enemalta plc għandha bżonn dettalji aktar speċifiċi tal-inħawi msemmija , bħal ismijiet tat-toroq jew indirizzi, sabiex tkun tista’ tagħti t-tagħrif meħtieġ.
Jista’ l-Prim Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed tingħata separatament minħabba li għandu problema fuq il-kont tad-dawl u l-ilma?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat minn Arms Ltd. li qed isir kuntatt kontinwu mal-persuna msemmija sabiex il-problema tiġi solvuta.