Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq it-Tramuntana, f'Ħal Tarxien minħabba l-problemi li qed ikollhom ir-residenti u l-istudenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser issir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment, u dan meta jkunu tlestew is-servizzi kollha meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fi Triq San Ġużepp, Raħal Ġdid ma' Church Avenue u Triq Ġuże' D'Amato isir gandott tal-concrete biex l-għeruq tas-siġar ma jkomplux jagħmlu ħsara fid-djar tan-nies u jitnaqqas il-periklu li l-għeruq jitilgħu fil-wiċċ ta' l-art tad-djar kif jidher fir-ritratt li qed jintbagħat separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s`issa m`hemmx il-ħsieb li jsir it-tali gandott.
F'Ħal-Qormi jenħtieġ eżerċizzju sħiħ mill-awtoritajiet inkarigati mit-trasport pubbliku biex jiġu moqdija l-ħtiġijiet attwali taċ-ċittadini Qriema. Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku jew min hu nkarigat minn xogħol bħal dan, hux qed tagħmel stħarriġ dwar il-bżonnijiet attwali taċ-ċittadini Qriema rigward dan is-servizz essenzjali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita` għat-Trasport tikkunsidra kull ilment li jinqala` minn żmien għal żmien. Fil-fatt l-aħħar ilment minn Ħal-Qormi kienet tikkonċerna it-tmexxija tal-by-pass għal Ta` Farsina.
Nista` ngħid ukoll li l-Awtorita` għat-Trasport flimkien mas-sidien ser tiprova tagħmel studju serju dwar ir-rotot kollha li għandna fil-pajjiż.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ġew imwaqqfa l-Airport Attendants li daħlu f'Awissu li għadda mal-Malta International Airport fuq bażi ta' casual/part-time, meta għad hemm il-bżonn tagħhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista l-Ministru jgħid kemm kellha qliegħ dirett l-Awtorita' Marittima ta' Malta matul l-1998 u l-1999?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lil-Onor. Interpellant ghar-Rapport Finanzjarju ta` l-Awtorita Marittima li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f`seduta Nru 10 (11 ta` Novembru 1998)
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il cruise liner żar il-port tagħna matul din is-sena u jekk kien hemm żieda, kemm kienet din iż-żieda fuq is-sena l-oħra? Kemm kien hemm turisti fuq dawn il-cruise liners?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li sa l-aħħar t`Ottubru 1998, 191 cruise liners żaru Malta. Dan kien sitta aktar mill-istess perjodu għas-sena 1997. In-numru ta` passieġieri kien 129,503.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna vapuri reġistrati hawn Malta din is-sena u kemm għandhom tunnellaġġ gross? Kemm ħallsu flus f'registration fees dawn il-vapuri?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li kif diġa jidher fir-rapport annwali ta` l-Awtorita Marittima ta` Malta, li jiena poġġejt fuq il-mejda tal-kamra, fl-aħħar ta` Settembru 1998, jiġifieri f`għeluq is-sena finanzjarja ta` l-Awtorita, kien hemm 3105 il-bastiment b`tunellaġġ gross totali ta` 24,772,138 reġistrati taħt l-Att ta` l-1973 dwar il-bastimenti merkantili.
Jiena infurmat li Matul il-perjodu Ottubru 1997 - Settembru 1998, jiġifieri is-sena finanzjarja ta` l-Awtorita, tħallsu LM2,640,376 fi drittijiet ta` reġistrazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna berths reġistrati f'Malta u Għawdex matul din is-sena u kemm saru talbiet ġodda?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta` irmiġġi għall-jottijiet f`Malta u Għawdex huma:
MALTA:
Msida Marina 642
Lazzaretto Quay 83
Ta` Xbiex Quay 57
Pieta` Quay 55
Whitehall Quay 15
Breakwater Quay 9
Sliema Quay (Summer) 60
Vittoriosa Quay 8
TOTAL 929
GĦAWDEX: Pontoons F,G,H,I & Breakwater - 205
Total globali Malta u Għawdex - 1134
In-numru ta` talbiet li ġew milqugħa matul din is-sena 1998 għall-irmiġġi temporanju ta` l-istess irmiġġi huwa:
Talbiet minn jottijiet Maltin 165
Talbiet minn jottijiet barranin 1143
Total 1308
Barra minnhekk matul is-sena 1998 kien hemm 65 talba għall-irmiġġi fuq bażi permanenti li tpoġġiet fuq il- waiting list eżistenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm vapuri ġew struck off matul din is-sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li kif diġa jidher fir-rapport annwali ta` l-Awtorita Marittima ta` Malta, li jiena poġġejt fuq il-mejda tal-kamra, matul il-perjodu Ottubru 1997 - Settembru 1998, jiġifieri is-sena finanzjarja ta`l-Awtorita, ġiet mitmuma r-registrazzjoni ta` 329 bastiment.
Jista' l-Ministru jgħid f'idejn min hi r-responsabbilta' sabiex jingħata wiċċ ġdid ta' tarmac lil Qormi Road, Marsa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-patching f`Qormi Road huwa responsabilita` tal-Kunsill Lokali. Madankollu peress li din it-triq fiha ħafna ħsara ser ikollha tinqala` biex issir mill-ġdid u għalhekk tajt struzzjoni lid-Dipartiment tat-Toroq biex jieħu ħsieb jagħmel dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tiġi asfaltata Triq Nikol Baldacchino f'Ħal Qormi viċin is-showroom tad-Daewoo Motors u l-imħażen tad-ditta kombinati?
Jekk ix-xogħol mhux pprogrammat fil-viċin, jista' d-Dipartiment tat-Toroq jagħti ftit żrar temporanjament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-parti tat-triq li kienet diġa asfaltata trid issirilha l-manutenzjoni mill-Kunsill. L-asfalt fil-parti mhix asfaltata irid isir mid-Dipartiment tat-Toroq skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jispezzjona u jara x`jista jsir.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir dan ix-xogħol ta' asfaltar u patching f'dawn it-toroq: Triq Papa Alessandru VII, Żabbar (Asfaltar); Triq quddiem Block B2 fil-Housing Estate, Fgura (Asfaltar); u Triq iż-Żarun u Triq il-Farfett tal-Fejgel, Żabbar (Asfaltar)?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f`laqgħa mal-Kunsill Lokali tal-Fgura dawn ix-xogħolijiet ġew diskussi fost xogħolijiet oħra. Id-Direttur tat-Toroq ser jiltaqa` mal-Kunsill Lokali sabiex ikomplu jifformulaw il-pjanijiet biex jitwettqu x-xogħolijiet.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Spiru Spiteri, f'Ħal Tarxien minħabba l-problemi li qed ikollhom ir-residenti u l-istudenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment; u dan meta jkunu tlestew is-servizzi kollha meħtieġa f`dawn l-inħawi.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Ċikku Saliba, f'Ħal Tarxien minħabba l-problemi li qed ikollhom ir-residenti u l-istudenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment; naturalment wara li jkunu tlestew is-servizzi neċessarji f`dawn it-toroq.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Joseph Burlo', f'Ħal Tarxien minħabba l-problemi li qed ikollhom ir-residenti u l-istudenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, naturalment wara li jkunu tlestew is-servizzi meħtieġa f`dawn it-toroq.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq id-Dar tal-Kejka, f'Ħal Tarxien minħabba l-problemi li qed ikollhom ir-residenti u l-istudenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, naturlament wara li jkunu tlestew is-servizzi meħtieġa f`dawn it-toroq.
Jista' l-Ministru jikkonsidra x-xewqa tar-residenti fi Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur fil-Birgu, sabiex parti minn din it-triq issir "No Entry", liema talba kienet saret mill-Kunsilli Lokali, Birgu f'isem l-istess residenti lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku diġa` għamel rakkomandazzjonijiet għall-traffic management f`parti minn Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur u dawn għandhom jiġu implimentati mill-Kunsill Lokali.
Fil-parti tat-tramuntana ta` din it-triq il-Bord qed jistenna l-kummenti tal-Kunsill Lokali qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fit-toroq ta' l-inħawi ta' Psaila Street, Birkirkara, liema xogħol, is-sejħa għall-offerta ingħalqet ħafna ġimgħat ilu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-għoti ta` dan il-kuntratt qiegħed jiġi kkunsidrat mill-kumitat tal-kuntratti u meta l-offerta tingħata, ix-xogħol ikun jista` jinbeda. Tajjeb wieħed igħid li dan ix-xogħol hu meħtieġ biex ikun jista jiġi mfassal ix-xogħol fuq Psaila Street innifisha.