B'riferenza għat-talbiet tar-residenti tar-Rabat sabiex jiddawlu aħjar it-toroq fil-lokal u jitwaħħlu aktar bozoz, jista' l-Ministru jinfurmani bil-programm ta' xogħol li tħejja għax-xhur li ġejjien sabiex it-talbiet imsemmija jiġu rimedjati?
Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża l-qtugħ tad-dawl f'ċerti toroq għal aktar minn tliet ijiem bħal fil-każ ta' Triq Konti Ruggieru, Triq in-Nigret eċċ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li t-talba li għamlu r-residenti tar-Rabat għal titjib fis-servizz tad-dawl fit-toroq qed jiġu evalwati flimkien ma' talbiet oħra.
Il-ħsara fis-sistema ta' l-'istreet lightening' fi Triq il-Konti Ruġġieru ġiet ikkawżata minn ħsara fuq il-linji. Din il-ħsara issewwiet fis-16 ta' Settembru. Dwar Triq in-Nigret, nirrefri lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 9594.
B'riferenza għat-talbiet tar-residenti ta' l-Imtarfa sabiex jiddawwlu aħjar t-toroq fil-lokal u jitwaħħlu aktar bozoz, jista' l-Ministru jinfurmani bil-programm ta' xogħol li tħejja għax-xhur li ġejjien sabiex it-talbiet imsemmija jiġu rimedjati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li t-talbiet tar-residenti ta' l-Imtarfa qed jiġu evalwati mill-Korporazzjoni flimkien ma' talbiet oħra.
B'riferenza għat-talbiet tar-residenti tal-Baħrija sabiex jiddawwlu aħjar it-toroq u l-farm houses fil-lokal u jitwaħħlu aktar bozoz, jista' l-Ministru jinfurmani bil-programm ta' xogħol li tħejja għax-xhur li ġejjien sabiex it-talbiet imsemmija jiġu rimedjati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li t-talbiet tar-residenti tal-lokal imsemmi qed jiġu evalwati flimkien ma' talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' prodotti li se jorħsu bit-tneħħija tal-levies?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawn il-prodotti u kemm huwa l-ammont f'perċentwali li mistennija jorħsu dawn il-prodotti, prodott bi prodott?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-tnaqqis u finalment it-tneħħija tal-levies, bħat-tneħħija jew ir-riduzzjoni ta' kwalunkwe taxxa, sservi biex jitnaqqsu l-ispejjeż u jitrażżan l-għoli tal-ħajja. Diġa poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra fid-dibattitu dwar il-levies, lista ta' diversi prodotti li għandhom jorħsu. Iżda hemm ħafna oħra li wkoll se jiġu affettwati b'mod li jorħos il-prezz. Fil-ħin opportun il-konsumatur jingħata iktar l-informazzjoni dwar dan it-tnaqqis fil-prezzijiet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-titjiriet ta'l-Air Malta humiex "No Smoking"?
Jekk le, jaħseb il-Ministru li l-Air Malta għandha tadotta "a smoke free environment" kif qed jagħmlu bosta airlines oħra prominenti fl-Ewropa (eżempju l-British Airways)?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li ħlief għat-titjiriet lejn l-Afrika ta' fuq u Lvant Nofsani, it-titjiriet l-oħra kollha ta' l-Air Malta, li jirrapreżentaw il-maġġoranza kbira tar-rotot tal-Kumpanija, huma 'non-smoking'.
Jikkonferma l-Ministru li fil-Malta Shipbuilding deċiżjoni tal-management biex tinqata' siegħa mill-paga tal-ħaddiema swiet lill-kumpannija mijiet ta' liri fi ħlasijiet ta' overtime u materjal? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet din l-ispiża u għaliex l-aġġustament fil-paga ma sarx fil-ħinijiet normali tax-xogħol meta dan kien possibbli li jsir? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min hu responsabbli għal dan in-nuqqas serju u x'passi se jittieħdu biex ikun hemm kontroll effettiv fl-infiq tal-kumpannija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li peress li l-Malta Shipbuilding kellha taqta' siegħa paga lil kważi l-ħaddiema kollha minħabba azzjoni industrijali ordnata mill-union, it-3 wages clerks kellhom jaġġustaw is-siegħat tax-xogħol fuq il-punch card ta' kull ħaddiem. Barra minn hekk, fuq oġġeaajoni ta' natura teknika mill-union, inħoloq aktar xogħol f'dawwa biex il-pagi joħorġu fil-ħin. Minħabba din l=oġġezzjoni, il-managemnet ta' l-azjenda ma kellux triq oħra għajr li jordna lill-wages clerks jagħmlu s-sahra li ammontat għal Lm133. Ma naħsibx li f'dawn iċ-ċirkostanzi l-Management aġixxa b'mod irresponsabbli.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-Prim Ministru preżenti qabel l-elezzjoni li kif jitla' fil-gvern jagħmel il-fitters tal-power station fil-fatt twettqitx? Jekk dawn il-fitters saru, meta saru?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma jirriżultalix li l-Prim Ministru peżenti qabel l-aħħar elezzjoni wiegħed xi ħaġa fir-rigward tal-fitters tal-power station.
Peress li matul dawn it-12-il xahar Vjal il-Ħaddiem, Rabat ma ġietx imdawla aktar, bil-konsegwenza li filwaqt li żdiet it-traffiku, żdied ukoll il-perikolu għall-pedestrians, jista' l-Ministru jara li sakemm ma jsirux bozoz ġodda fl-inħawi, għallinqas jinbidlu l-bozoz/lampi eżistenti u jsiru ta' vultaġġ akbar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni qed tikkunsidra t-talba ta' l-Onorevoli Interpellant flimkien ma' talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-Qorti kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin talli allegatament serqu jew abbużaw mid-dawl għad-dannu ta' l-Enemalta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li tul dawn l-aħħar għaxar snin, il-Korporazzjoni Enemalta għaddiet lill-Pulizija 2322 każ ta' allegat serq elettriku. In-numru ta' każi kull sena kien hekk
1989 159
1990 106
1991 225
1992 158
1993 272
1994 369
1995 264
1996 227
1997 168
1998 184
1999 90
(sa Ġunju)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati armi tan-nar illi ġew manifatturati aktar min 50 sena ilu u għalhekk jissejħu antiques, kull sena minn mindu bdiet isseħħ din il-konċessjoni? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm ġew importati armi bl-isem ta' l-arma, x'tip ta' arma u l-year of manufacture?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika li ma tinżammx klassifikata separata ta' armi tan-nar taħt antikitajiet. It-tieni parti tal-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jindaga x'inhi r-raġuni li tibdil ta' meter ta' natura urġenti b'riferenza A035295WSC li ilu li ntalab mit-2/6/99 minn pensjonanta li l-indirizz tagħha qed jintbagħat separatament, għadu sal-lum ma sarx minkejja telefonati kontinwi minn din l-anzjani lill-Water Services Corporation?
Jista' l-Ministru jara li dan l-inkonvenjent ma jkomplix inutilment?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex jittieħdu l-passi neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-popolazzjoni tar-reliġjużi f'Malta mqassma f'qassisin, patrijiet u sorijiet? Kemm minnhom huma impjegati mal-gvern u kemm minnhom huma mpjegati mal-Knisja? Jista' jgħid ukoll l-age groups tagħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Il-Ministru ma jaħsibx li s-sigurta' fl-ajruport tista' tkun mhedda, kif jistgħu jixhdu l-cameras li hemm mwaħħlin, mill-fatt li s-security manager jippermetti li meta jaslu l-passiġġieri bil-helicopter minn Għawdex, dawn jgħaddu transit u kulma jkun hemm fis-security huwa wieħed u l-iktar tnejn, flok il-minimu ta' ħames personnel security biex ix-xogħol fis-security jkun jista' verament isir sewwa? Ma jaħsibx il-Ministru li din il-problema ta' security għandha tiġi ndirizzata minnufih?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma naħsibx li s-sigurta tista' tkun mhedda fir-rigward ta' dak li qed isaqsi l-Onorevoli Interpellant. In-numru ta' passiġġieri li jidħlu minn Għawdex bil-helicopter ma jgħaddux transit ħlief dawk li jkunu ser isiefru, u n-numru tagħhom tant huwa żgħir li m'hemmx bżonn aktar minn tnejn min-nies fuq il-magna ta' l-X-Ray biex jiċċekkjawhom.
Rigward l-applikazzjoni tal-porters fl-MIA, jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux qed jiġi onorat il-fatt li ħaddiema stess fi ħdan il-kumpannija twarrbu, intbagħtet applikazzjoni l-ETC u hemm 400 ruħ għall-interview?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li ħadd mill-ħaddiema fl-M.I.A. ma twarrab rigward vakanzi ta' Airport Attendants. Ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew dawn il-vakanzi. Applikaw ħdax u attendew għall-intervista tmienja li tlieta minnhom setgħu jkunu kunsidrati għall-mili ta' dawn il-vakanzi peress li l-ħamsa l-oħra jokkupaw pożizzjoni fi skala ogħla minn dik ta' Airport Attendant. Kull min mill-ħaddiema applika u attenda għall-intervista ġie nfurmat bil-miktub li ma ġiex magħżul. Għadha ma saret ebda għażla minn fost l-ismijiet mibgħuta mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10424?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn Ottubru 1998 u Awissu 1999, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma wettqet xogħolijiet fuq 67 kilometru ta' mejnijiet ta' ilma maqsuma f'35 kilometru fi bdil ta' mejnijiet u 32 kilometru f'installazzjoni ta' mejnijiet ġodda.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward x'ġara mill-fondi (ta' flus) li kellhom jintużaw sabiex jitneħħew il-wires tal-linji telefoniċi li jinsabu jkerrħu l-Belt Valletta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jien infurmat li l-Maltacom p.l.c. ilha mill-ewwel tas-sena tfassal pjani oħra biex timplimenta l-proġett tat-tneħħija ta' wires mill-Belt Valletta. Bl-avvanzi fit-teknoloġija li seħħew f'dawn l-aħħar snin,bis-sistema ta' Wireless Local Loop l-proġett tal-Belt Valletta jista' jitlesta fi żmien iqsar mingħajr ma jinqalgħu t-toroq kollha tal-lokalita u b'inqas flus, anke jekk wieħed jikkunsidra l-fondi li kienu ser jingħataw mill-UE.
Sfortunatament il-fondi spiċċaw biex ma setgħux jiġu allokati għall-użu ieħor u b'hekk intilfu mħabba id-dewmien biex l-Maltacom tieħu deċiżjoni, speċjalment fl-1991 u 1998. Dan id-dewmien wassal għal dan r-riżultat xejn sabiħ u li jagħmel ħsara kbira lil Malta meta tiġi biex titlob għajnuna finanzjarja mill-UE.
Il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi talab li jsir rapport għal x'wassal għal dan ir-riżultat xejn sodisfaċenti.