Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienet l-average length of stay għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Skont informazzjoni miġbura, permezz tal-Hospital Activity Report tal-Patient Administration Sytem tal-MDH, l-average length of stay għall-pazjenti matul ix-xhur Jannar, Frar u Marzu 2013 kien : Jannar 5.3 %, Frar 5.2 %, u Marzu 5.1 %.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-bed occupancy ġewwa l-Isptar Mater Dei matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Skont l-informazzjoni miġbura permezz tal-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System ta’ MDH, l-average Bed Occupancy kien : F’Jannar 2013 – 90.5%, fi Frar 2013 – 93.5% u f’Marzu 2013 kien 90.6%.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' impjegati fis-settur pubbliku inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarju Parlamentari li ġew trasferiti minn dipartiment għall-ieħor mill-11 ta' Marzu 2013 'l hawn? Jista' jgħid fejn kien jaħdem kull wieħed minn dawn l-individwi u fejn ġie trasferit?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għalfejn sitt managers li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei, u li f'dawn l-aħħar ġranet ġew mogħtija grad fi skala sitta, wara biss ġimgħa ġew avżati li ma kenux eliġibbli għall-istess grad?
Caritas — għajnuna għar-rijabilitazzjoni ta' persuni bi problema ta' droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna se jkun qed jagħti l-Gvern lill-orgranizzazzjoni Caristas biex jgħinha fil-ħidma tagħha fir-rijabilitazzjoni ta' persuni li jkollhom problema ta' droga?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 200 u jgħid liema mediċni huma out of stock fl-Isptar tar-Riabilitazzjoni Karin Grech?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li hemm 28 mediċina out of stock fl-Isptar tar-Riabilitazzjoni f'Karen Grech. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-mediċini out of stock.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-mediċina Phenytoin 25mg tinstab out of stock? X'inhi r-raġuni? X'soluzzjonjiet ġew identifikati, peress li kif jaf tajjeb il-Ministru din il-mediċina taqa' taħt il-kategorija ta' mediċina kritika u li ma tistax tiġi sostitwita faċilment b'alternattivi oħra?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li din hi problema li laqtet il-kamp internazzjonali u d-Dipartiment jixtri bl-isem minħabba l-epilessija. Il-kumpanija Ingliża waqfet tagħmel din il-mediċina. Fil-frattemp il-pazjenti ġew moqdija bid-dożi alternattivi li dejjem kienu disponnibli. Bħalissa qiegħed isir eżerċizzju neċessarju mal-kliniċi biex id-Dipartiment ikun jista’ jġib oħra.
Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni għala l-loppju Halothane mhux disponibbli fl-Isptar Mater Dei? Meta hu mistenni li din il-mediċina tkun provduta? X'qed jiġri meta din il-mediċina tkun indikata biex jingħata l-loppju?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-loppju ma għadux jiġi mmanifatturat u ilu ma jintuża aktar minn ħmistax il-sena.
Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm kienu l-flus dovuti lill-kredituri tal-prodotti farmaċewtiċi (mediċini, appartat mediku, disposables eċċ.) fl-aħħar ta' Marzu 2013? Kemm hu ż-żmien ta' dewmien lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għandu jagħti s-somma ta’ (21474226) – wieħed u għoxrin miljun, erba’ mija u erba’ u sebgħin elf, mitejn u sitta u għoxrin. Din is-somma ġiet akkumulata mill-Gvern preċedenti sa l-aħħar ta’ Marzu. It-termini ta’ kreditu huma ta’ sittin jum skont il-late payment directive.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk it-transfer policy li kienet approvata mid-Dipartiment tas-Saħħa ftit tax-xhur ilu għadiex fis-seħħ u jpoġġi kopja ta' din il-policy fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Il-Ministeru jikkonferma li t- Transfer Policy ġiet approvata mid-Dipartiment tas-Saħħa. It-Transfer Policy għadha ma ġietx introdotta għar-raġuni li l-Ministeru ġie nfurmat li ( PAHRO ) se jippublika fil-jiem li ġejjien Transfer Policy għas-servizz pubbliku kollu.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mit-tnax ta’ Marzu sal-llum ġew trasferiti żewġ persuni biss, clerk mill-OPM marret Mater Dei fuq talba tagħha stess u technical officer li mill-OPM marret Mater Dei fuq talba tagħha stess ukoll.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hemm impjegati fid-Dipartiment tas-Central Procurement Supplies Unit (CPSU), f`liema grad (substantive grade) huma u x-xogħol qed jagħmlu kull wieħed minnhom? Kemm hi l-ispiża tas-salarji u allowances?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Nixtieq ninforma lill-Interpellant li ma sar l-ebda tibdil ta’ Riżorsi Umani minn kif kienet taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Qed inpoġġi fuq il-medja tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jispjega għalfejn il-post ta' Voluntary Services Officer fi ħdan l-Isptar Mater Dei issa sar Voluntary Service Co-ordinator? Fuq liema kriterji intagħżlet il-persuna biex tagħmel dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk l-għaqdiet volontarji fl-Isptar Mater Dei (li huma madwar 14) ġewx ikkonsultati? Jista' jgħid jekk saritx sejħa pubblika?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li din il-posizzjoni ġiet mibdula minħabba l-esiġenzi tas-servizz. Il-persuna intgħażlet fuq kriterji ta’ kapaċita’, bżulija u dħulija. Din l-għażla mxiet skont kriterji diġa stabbiliti u ma kienx hemm il-bżonn li l-għaqdiet volontarji jiġu kkonsultati u toħroġ sejħa pubblika.
Mediċini out of stock — Spiżerija tal-Għażla Tiegħek
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li ngħataw struzzjonijiet lill-ispiżeriji li jagħtu s-servizz tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) sabiex jinfurmaw lill-pazjenti biex ma jmorrux l-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei sabiex jiġbru l-mediċini li jkunu out of stock? X'inhi r-raġuni wara din id-direttiva? Minn fejn jistgħu jinġabru l-mediċini li jkunu out of stock mill-ispiżeriji tal-POYC?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Mit-12 ta’ Marzu s’issa ma ngħataw l-ebda struzzjonijiet f’dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li hemm ħsibijiet sabiex tinbidel is-sistema u/jew l-operatur tad-distribuzzjoni tal-mediċini lill-ispiżeriji tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC)?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li f’dan l-istadju ma hemmx ħsieb li tinbidel is-sistema u lanqas l-operaturi tad-distribuzzjoni tal-mediċini lill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hemm impjegati fid-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) li jinsab fl-Isptar San Luqa, f'liema grad (substantive grade) u x-xogħol qed jagħmlu kull wieħed minnhom? Kemm hi l-ispiża tas-salarji u allowances?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li f’dan id-dipartiment ma sar l-ebda tibdil ta’ Riżorsi Umani minn kif kien jopera taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-mediċina Tigecycline 50mg injection tinsab out of stock? X'soluzzjoni se tinstab għall-pazjent li jinsab l-ITU u li kien sejjer tajjeb ħafna fuq din il-mediċina wara li rriżulta li mediċini oħrajn kienu qed jikkawżaw problemi fil-kliewi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li Tigecycline 50mg kien out of stock għal ġurnata waħda biss u dan minħabba problemi loġistiċi min-naħa tal-aġent.
Jista' l-Ministru jara li tiġi indirizzata l-problema tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li tixtieq li tibda tieħu xi mediċina b'xejn?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-problema tiġi faċilment solvuta minn kwalunkwe tabib tal-familja. Ninfurmah ukoll li dan il-każ ġie riferut lill- customer care tal-Ministeru.