Awtorità tad-Djar — proprjetajiet mikrija bl-Iskema Kiri
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma il-proprjetajiet li nkrew mingħand il-privat mill-Awtorità tad-Djar skont l-Iskema Kiri, inkluż l-indirizz ta' kull proprjetà in-numru ta' visits f'kull proprjetà kif ukoll il-kera li se titħallas mill-Awtorità għal kull proprjetà? Kemm minn dawn il-propretajiet l-Awtorità tad-Djar diġà kriet lil terzi?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tara li tigi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament rigward problema ta’ housing?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikant in kwestjoni applika għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar il-11 t’ Awwissu, 2011. Huwa armel u jg]ix [o post mikri ming]and is-settur privat. L-applikant i]allas kera ta’ €2,340 fis-sena i¿da jibbenefika mis-sussidju tal-kera li jammonta għal €745.40 fis-sena. Għalhekk is-sinjur iħallas kera ta’ €1594.60 jiġifieri €132.88 fix-xahar. L-ewwel lokalita’ preferuta tiegħu hija Ħal Luqa. Huwa jibbenefika mill-assistenza soċjali u d-dħul tiegħu għas-sena 2012 kien jammonta għal €8340.87. L-applikazzjoni tiegħu qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema ta’ housing?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni m’għandhiex applikazzjoni għall-akkommodazzjoni alternattiva. Jekk il-klijent għandu xi problema huwa ġentilment mitlub jirrikorri fit-taqsima tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa bejn it-08.00 u nofsinnhar u jressaq l-ilment tiegħu.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew allokati membri tal-istaff fil-customer section tar-Residenza San Vinċenz de Paul? Meta ġie allokat kull membru tal-istaff f’din is-sezzjoni? X’inhu l-grad ta’ kull membru tal-istaff allokat f’din is-sezzjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz tal-Customer Care tal-Isptar San Vinċenz de Paul mhux se jibqa’ limitat biss għall-ilmenti li jaslu permezz tat-telefon. Dan il-Gvern iħoss li fl-era diġitali, il-pazjenti u l-qraba tagħhom jistħoqqilhom servizz ferm aħjar minn hekk. Għaldaqstant minn issa twaqqfet taqsima strateġika għas-servizz tal-customer care biex tassigura kwalità fis-servizzi offruti. Dawn se jinkludu wkoll attivitajiet proattivi favur il-konsumatur bħalma huma surveys u awditjar tas-servizzi infushom. Biex joffru dan is-servizz b’mod professjonali, il-maniġment ħass il-bżonn ta’ sitt impjegati fejn ġew allokati 2 staff nurses, 3 Assistant Clerks u (1) Social Assistant. Dawn bdew joffru s-servizzi tagħhom mis-27 ta’ Mejju.
Residenza San Vinċenz de Paul – ħaddiema trasferiti mill-customer section
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fejn ġew trasferiti kull membru tal-istaff li kien allokat fil-customer section tar-Residenza San Vincenz de Paul qabel tpoġġew nies ġodda?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żewġ persuni li kienu jaħdmu fil-Customer Care section gew trasferiti fuq x-xogħol klerikali. Persuna qiegħda taghmel xogħol klerikali bżonnjuż mas-Social Worker Unit u persuna oħra se tkun qiegħda tagħmel xogħol klerikali mas-sezzjoni tal-maintenance.
Residenza San Vinċenz de Paul – trasferiment ta’ ħaddiema mill-kċina
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew trasferiti nies mill-kċina tar-Residenza San Vinċenz de Paul? X’inhu l-grad ta’ kull membru tal-istaff li ġie trasferit? Fejn intbagħat kull wieħed minn dawn il-membri tal-istaff?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li 3 persuni ġew trasferiti mill-kċina, fejn persuna minnhom kellu l-grad ta’ Supervisor u 2 l-oħra kellhom il-grad ta’ Health Assistants. Minn dawn it-tlett persuni, s-supervisor intbagħat fl-istess grad fid-Dining Room, persuna waħda marret mal-General Service u ieħor mas-Security Section.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — informazzjoni dwar vetturi
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b’Diżabbiltà – Laqgħa mal-Kummissarju Għoli Ingliż
Question
In vista tal-fatt li fil-media ġie rrapurtat li l-Kummissarju Għoli Ingliż kellu laqgħa mas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b’Diżabilità u l-Anzjanità Attiva u f'din il-laqgħa ssemma l-pjan tal-Gvern fil-qasam tal-persuni b'diżabilità u anzjani, tista' l-Ministru tispjega dan il-pjan li ġie żvelat f'dawn l-oqsma tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità u l-anzjanità attiva u l-istrateġiji li qiegħed iħares lejhom il-Gvern biex titwettaq il-politika tiegħu fl-oqsma in kwestjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għall-kuntrarju tal-amministrazzjoni preċedenti, dan il-Gvern ifassal il-politika tiegħu bi pjani serji u fattibbli. Il-pjan tal-Gvern dwar l-oqsma tad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà u l-anzjanità attiva jinsabu fir-road map li l-poplu Malti u Għawdxi għażel b’maġġoranza qawwija fid-9 ta’ Marzu li għadda. Nirreferi għalhekk lill-Onorevoli interpellant għall-pjani fl-oqsma inkwistjoni fil-Manifest Elettorali f’paġni 64, 77, 78 u 79 fejn hemm elenkati iswed fuq l-abjad il-proposti ta’ dan il-Gvern biex tabilħaqq ikollna Soċjetà Ġusta.
Kummissjoni Nazzjonali ghall-Anzjanità Attiva – membri
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri li ġew maħtura fil-Kummissjoni li se taħdem favur anzjanità attiva, kif ġew magħżula, u x'inhi l-kompetenza ta' kull membru f'dan il-qasam?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-membri maħtura fuq il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva huma Dr Marvin Formosa, Mr Anthony Scerri, Dr Stephen Abela, Prof. David Mamo, Ms Tracey Schembri, Dr Stephanie Xuereb, Dr Josette Rapa u Dr Stephen Lungaro-Mifsud. Il-membri magħżula fuq il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Anzjanità Attiva ntgħażlu għal bosta raġunijiet, mhux l-inqas minħabba l-kontribut siewi tagħhom fil-qasam tal-anzjani u l-enerġija u d-determinazzjoni li għandhom biex wara proċess ta’ konsultazzjoni mill-aktar wiesgħa mal-pubbliku, titfassal Strateġija Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tagħha jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva — impjegati detailed
Question
Tista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 993 tista' l-Ministru tagħti r-raġuni għaliex fl-aħħar ta' April 2013 kien hemm 20 tifel u tifla inqas li kienu fostered, jiġifieri 261, milli kien hemm fl-aħħar tas-sena 2012, meta kien hemm 281?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li il-281 huma n-numru totali ta’ tfal li rcevew servizz ta’ fostering matul is-sena 2012, (u mhux in-numru ta’ tfal li kienu fil-fostering f’Dicembru 2012), filwaqt li l-261 huwa n-numru ta’ tfal li rċevew servizz ta’ fostering sa l-aħħar ta’ April 2013. Ikun hemm każijiet ta’ short-term fostering u anke placement breakdowns li xorta jidhru li ħadu s-servizz tal-fostering.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 992, tista' l-Ministru tgħid kemm mill-511-il tifel u tifla li kienu qed jgħixu barra mill-familji oriġinali tagħhom u li kienu qed jiġu segwiti mis-servizzi tal-Aġenzija Appoġġ huma tfal ta' immigranti u kemm minnhom huma tfal jew minuri li waslu Malta mhux akkumpanjati minn xi ħadd tal-familja tagħhom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li mill-511 hemm 40 każ ta’ tfal ta’ ġenituri immigranti.
Barra dawn hemm ukoll numru ta’ każijiet li huma segwiti mill-Aġenzija AWAS ta’ tfal ta immigranti u/jew
unaccompanied minors
.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — servizz ta’ customer care
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hi jew id-dekasteru tagħha hux qed jagħmlu kuntatt ma’ kunsilli lokali biex joffru servizzi ta’ customer care mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali? Jekk iva, tista’ tindika ma’ liema kunsilli lokali sar dan il-kuntatt? Jekk fl-affermattiv tista’ tindika liema kienu dawk il-kunsilli lokali li rrispondew fil-pożittiv għal din it-talba? Liema rrispondew fin-negattiv u liema għadhom ma rrispondewx? Fil-lokalitajiet li rrispondew fil-pożittiv meta beda dan is-servizz? F’liema ħinijiet u f’liema ġranet qed ikun offrut dan is-servizz?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni f’Għawdex li qed jagħmlu fostering u tgħid kemm hemm qualified foster parents f’Għawdex?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li hemm 22 persuna f’Għawdex li qed jagħmlu fostering (2 minnhom huma mal-Specialized Home Based Care).
In-numru ta’
approved foster carers
f’Għawdex huwa ta’ 11 (dan jinkludi lit-2
specialized foster carers
), in-numru ta’
foster carers
f’Għawdex li qed jistennew approvazzjoni huwa ta’ 3, filwaqt li n-numru ta’
foster carers
f’Għawdex li l-assessment tagħhom qiegħed fil-proċess huwa ta’ 8.
Minn dawk it-tmien
foster carers
f’Għawdex li l-
assessment
tagħhom qiegħed fil-proċess, b’rapport ta’ tlieta minnhom ġie sottomess lill-Fostering Board u qed nistennew risposta. Filwaqt li l-ħamsa l-oħra l-
assessment
tagħhom qiegħed fil-proċess; jiġifieri qegħdin jiġu mwettqa l-
homevisits
, biex imbagħad isir l-
assessment report
biex jiġi sottomess lill-Fostering Board. Dan wara
course
li sar din is-sena f’Għawdex.
Skema Kiri — Applikazzjonijeit għall-Kiri lill-Gvern
Question
Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjonijiet għal bini ta' appartament tal-Gvern skont Skema Kiri li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar mhijiex hi l-awtorità tal-bini tal-postijiet indikati mill-Onor Interpellant. Dawn huma proprjetà ta Skema Kiri u s-sid ta dawn il-fondi ġie infurmat permezz ta l-ittra ddatata 12 t’April, 2013, illi l-ipproċessar ta’ din l-iskema hija sospiża sakemm il-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità tad-Djar ifassal l-istrateġija ġdida fuq il-qasam tal-housing abbażi tal-audits li qedgħin isiru.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — impjegati detailed
Question
Tista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtha, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.