Heritage Malta – kriterji għall-għoti ta’ performance bonus lill-Managers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-kriterji li fuqhom ingħata l-performance bonus tal-managers ta’ Heritage Malta matul is-sena 2014? Jista’ jelenka (kariga b’kariga) kemm-il mira mistennija mid-diversi managers intlaħqet? B’liema persentaġġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-kriterji li fuqhom jingħata l-performance bonus tal-managers ta’ Heritage Malta huma differenti għal kull każ, u jvarjaw skont ir-responsabilità ta’ tal-individwu partikolari. Minħabba n-natura kunfidenzjali ta’ din l-informazzjoni ma nħossx li din għandha titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet għas-siti ta’ Tas-Silġ u Borg in-Nadur? Hemm xi ħsieb biex dawn is-siti jinfetħu għall-pubbliku iktar spiss ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li s-siti ta’ Tas-Silġ u ta’ Borġ in-Nadur jinfetħu għall-pubbliku kull meta jkun hemm talba. Ninsab infurmat ukoll li f’Tas-Silġ beda xogħol preparattiv sabiex fis-sit isir xogħol sabiex fih ikun hemm faċilitajiet infrastrutturali u interpretattivi aħjar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konferenza saret matul is-sena 2014 fis-sala l-ġdida fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu? Jista’ jgħid kemm ġie ġġenerat qligħ abbinat ma’ tali kirijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li fis-sala msemmija saret konferenza formali waħda, bejn is-17 u l-20 ta’ Settembru 2014. Din ġiet organizzata minn Heritage Malta flimkien mal-Kapitlu Metropolitan tal-Katidral u l-Università ta’ Malta u kienet sponsorjata mill-APS Bank. Madankollu, l-imsemmija sala ġiet użata għal diversi attivitajiet kulturali bħal programmi edukattivi, lectures, eċċ... dawn marbutin mal-operat tal-Mużew, kif ukoll inkriet għal attivitajiet privati.
Għandi nifhem li l-Onor. Interpellant jaqbel ma’ dawn it-tip ta’ inizzjattivi li jiġġeneraw dħul għal Heritage Malta, liema dħul imbagħad imur direttament fis-settur tal-patrimonju kulturali.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bqija tal-informazzjoni mitluba hi ta’ natura kummerċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm stampat kopji l-Heritage Malta tal-ktieb “L-Ewwel 35,000,000 Sena ta’ Ħajti”? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża abbinata mal-istampar ta’ dan il-ktieb (kemm fi printing kif ukoll f’labour hours)? Kemm inbiegħu minnhom u kemm ġew imqassma b’xejn? Jista’ jgħid min ħa d-deċiżjoni sabiex jiġu stampati dawn l-ammonti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li ġew stampati ħamest elef kopja mill-pubblikazzjoni msemmija, li ġew jiswew €3,743.20. S’issa nbiegħu 237 kopja filwaqt li 190 kopja tqassmu bla ħlas. Ninsab infurmat li d-deċiżjoni ttieħdet mis-senior management. Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm labour hours u dan peress li l-ktieb ġie riċerkat u miktub wara l-ħin formali tax-xogħol.
Għandi nifhem li l-Onor. Interpellant jaqbel ma’ dawn it-tip ta’ inizzjattivi li jkomplu jkabbru t-tixrid ta’ informazzjoni dwar il-patrimonju tagħna u nieħu l-opportunita’ biex nirringrazzja lill-ħaddiema kollha ta’ Heritage Malta tax-xogħol kruċjali li wettqu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm stampat kopji l-Heritage Malta tal-ktieb “Malta, The Great Story of a Small Island-Nation Through 100 Objects”? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża abbinata mal-istampar ta’ dan il-ktieb (kemm fi printing kif ukoll f’labour hours)? Kemm inbiegħu minnhom u kemm ġew imqassma b’xejn? Jista’ jgħid min ħa d-deċiżjoni sabiex jiġu stampati dawn l-ammonti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li ġew stampati elf kopja mill-pubblikazzjoni msemmija, li ġew jiswew €4,850. S’issa nbiegħu 669 kopja filwaqt li 200 tqassmu bla ħlas. Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċizjoni ttieħdet mis-senior management. Ma kienx hemm labour hours peress li l-ktieb ġie riċerkat u miktub wara l-ħin formali tax-xogħol.
Għandi nifhem li l-Onor. Interpellant jaqbel ma’ dawn it-tip ta’ inizzjattivi li jkomplu jkabbru t-tixrid ta’ informazzjoni dwar il-patrimonju tagħna u nieħu l-opportunita’ biex nirringrazzja lill-ħaddiema kollha ta’ Heritage Malta tax-xogħol kruċjali li wettqu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li Heritage Malta tingħaqad mar-Restoration Unit? Jekk fl-affermattiv, meta se ssir dan u jgħid ukoll jekk il-heads u l-managers hux se jibqgħu jżommu l-istess nomenklatura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ir-risposta hija fin-negattiv.
Naturalment hija x-xewqa tal-Gvern li dawn iż-żewg entitajiet jaħdmu qrib xulxin f’sinerġija sabiex isir l-aħjar użu mir-riżorsi fil-kamp tal-wirt kulturali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex f’bini ta’ bankini ġodda u manutenzjoni ta’ bankini eżistenti mill-1 ta’April 2007 sal-lum u jgħid ukoll kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u l-ammonti tagħhom fi flus, ċjoè, jekk hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex f’xiri ta’ konkos mill-1 ta’April 2007 sal-lum u jgħid ukoll kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u l-ammonti tagħhom fi flus, ċjoè, jekk hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Kunsill Lokali Xagħra Għawdex – ħitan tas-sejjieħ- nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex f’bini u manutenzjoni ta’ ħitan tas-sejjieħ mill-1 ta’April 2007 sal-lum u jgħid ukoll kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u l-ammonti tagħhom fi flus, ċjoè hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-PBS fuq fuel għall-karozzi tal-kumpanija matul is-sena 2014?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li ninsab infurmat mill-PBS li l-ispiża tal-PBS fuq fuel għall-karozzi tal-kumpanija matul is-sena 2014 kienet ta’ € 21,022.95.
Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni — Emendi għal Liġijiet Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li se jsiru l-emendi neċessarji għal liġijiet Maltin biex dawn jiġu konformi mar-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni sad-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament, u ċjoè sas-17 ta’ Awwissu li ġej? Kif beħsiebu jipproċedi l-Gvern f’dan il-każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Nikkonferma li se jsiru l-emendi neċessarji għal-liġijiet Maltin biex dawn jiġu konformi mar-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.
Inħatar Bord li lesta il-proposti tiegħu u dawn il-proposti qegħdin il-Ministeru għall-approvazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba sar rappurtaġġ ta’ kelliema tal-Gvern u kemm-il darba sar rappurtaġġ ta’ kelliema tal-Oppożizzjoni waqt l-aħbarijiet ta’ TVM, xahar b’xahar minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid waqt il-programmi tal-PBS mill-2013 sal-lum, kemm-il darba ġew mistiedna kelliema tal-Gvern u kemm-il darba ġew mistiedna kelliema tal-Oppożizzjoni? Jista’ jagħti din l-informazzjoni xahar b’xahar mill-2013 sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar l-għadd ta’ mistiedna li ħadu sehem fil-programmi tal-PBS fil-kapaċita’ tagħhom ta’ Ministri, jew ta’ Segretarji Parlamentari jew rappreżentanti tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista għall-perjodu msemmi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Irrid ngħid li l-lista tinkludi l-mistednin li dehru fil-programmi TVAM, Times Talk, Dissett, Xarabank, Realta’, Focus u Reporter. Ma ġewx inklużi mistednin li pparteċipaw f’TVHemm li waqaf f’Ġunju tal-2013.
Irrid ngħid ukoll li fl-analiżi tan-numri annessi wieħed irid iżomm f’moħħu li l-valur tal-aħbar f’ċerti ċirkustanzi tiddetermina li l-informazzjoni tinkiseb direttament minn Ministru jew Segretarju Parlamentari in vista tal-kariga eżekuttiva tiegħu jew tagħha.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi kemm hemm, u f'kull każ fejn jinstabu t-traffic calming measures li hemm imqegħdin fit-toroq ta' San Pawl il-Baħar? F'kull każ, jista' jagħti tagħrif dwar meta tpoġġew dawn l-istess sleeping policemen?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' professjonijisti li daħlu jaħdmu full-time, part-time, kuntrat jew fuq position of trust minn Settembru 2014 sal-lum fil-Malta Arts Council? Għal kull persuna ingaġġata, jista' jindika:
(a) il-mod ta' ingaġġ; u
(b) il-paga li kull persuna qed jingħata/tingħata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Arts Council Malta li minn Settembru 2014 sal-lum ġiet ingaġġata persuna waħda ta’ professjoni fuq bażi full-time fejn l-mod tal-ingaġġ sar permezz ta’ sejħa mill-ETC (Education and Training Corporation). Ninsab infurmat ukoll li l-paga bażika hi dik ta’ €26, 511,94.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra li ntefqet mill-PBS fix-xiri ta’ apparat tekniku ġdid biex jintuża fl-istudios ta’ TVM, TVM 2 u l-istazzjonijiet tar-Radju tal-PBS bejn April 2013 u Diċembru 2014? Jista’ jgħid x’apparat inxtara u mingħand liema kumpaniji nxtara u b’liema mod inxtara?
Response (BONNICI, OWEN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjonali mitluba hija ta’ natura kummercjali.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tenders maħruġa mill-PBS bejn April 2013 u Diċembru 2014? Jista’ jgħid min kienu l-membri fil-bord li aġġudikaw dawn it-tenders u l-kumpaniji li ntgħażlu waqt dan il-proċess? X’kien il-valur ta’ dawn it-tenders?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ programmi televiżivi li ġew mixtrija minn kumpaniji tal-produzzjoni internazzjonali għall-iskeda Ħarifa 2014 – Rebbiegħa 2015? Jista’ jgħid il-ġeneru ta’ dawn il-programmi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-programmi televiżivi li ġew mixtrija minn kumpaniji tal-produzzjoni internazzjonali għall-iskeda Ħarifa 2014 – Rebbiegħa 2015, qed titqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li ntefaq mill-PBS fuq safar ta’ impjegati biex jiġu rapportati avvenimenti internazzjonali ta’ natura ġurnalistika, sportiva u kulturali matul is-sena 2014? Jista’ jagħti din l-ispiża għal kull coverage barra l-pajjiż b’mod individwali?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif kien jiġri fis-snin li għaddew il-PBS jibgħat impjegati fuq xogħol barra minn Malta sabiex ikunu jistgħu jiġu rrapportati avventimenti internazzjonali kemm dawk ta’ natura ġurnalistika, sportiva kif ukoll avvenimenti ta’ natura kulturali.
Għaldaqstant, ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif mogħtija lili mill-Public Broadcasting Services.