Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #28612 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28468 u jagħti tagħrif dwar kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (u qabel quddiem il-MEPA), għal residenzi ta' raħħala, sena b'sena mill-2013 sal-lum? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #28613 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żvilupp ta’ car parks

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28488, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Projects Malta għandhiex il-ħsieb li tipproponi car parks għall-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, bħalma qed tagħmel għall-inħawi oħra madwar Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Projects Malta li bħalissa m’għandiex il-ħsieb ta’ proġett ta’ din ix-xorta f’San Pawl il-Baħar. Madanakollu l-Kumpanija tibqa’ miftuħa għal ideat li jistgħu jiġu mill-privat biex flimkien mal-Gvern jinvestu fi proġetti simili.
Leg 12 PQ #28616 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħela ta' ilma — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward ħela ta' ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Arms Ltd li l-persuni msemmija ġiet ikkuntatjata u l-problema ġiet solvuta.
Leg 12 PQ #28685 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Swimming Pools

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hawn swimming pools reġistrati f’pajjiżna?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma li n-numru ta’ swimming pools reġistrati bħalissa f’pajjiżna huwa ta’ 3880.
Leg 12 PQ #28687 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar — Azzjonijiet ta’ infurzar dirett

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid mill-azzjonijiet ta’ infurzar dirett (twaqqigħ jew tneħħija ta’ materjal) li għamlet il-MEPA, illum l-Awtorità tal-Ippjanar, fl-aħħar erba’ snin, kemm fadlilha tiġbor din l-Awtorità għall-ispejjeż li għamlet hi mingħand dawk li kontrihom saret l-azzjoni ta’ nfurzar dirett?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjannar li mill-azzjonijiet ta’ infurzar dirett (twaqqigħ jew tneħħija ta’ materjal) li għamlet il-MEPA, illum l-Awtorità tal-Ippjanar, fl-aħħar erba’ snin, l-Awtorità fadlilha tiġbor €158,827 għall-ispejjeż li għamlet hi, mingħand dawk li kontrihom saret l-azzjoni ta’ nfurzar dirett.
Leg 12 PQ #28702 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ordni tal-Preċedenza tal-Istat Malti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi l-Ordni tal-Preċedenza tal-Istat Malti u minn meta daħal fis-seħħ l-aħħar tibdil fl-Ordni tal-Preċedenza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar tibdil fl-Ordni tal-Preċedenza daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Ottubru 2016 permezz tal-komunikat li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #28736 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar — applikazzjonijiet pendenti fi stadju ta' vetting

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni hemm pendenti fi stadju ta' vetting quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li għandha quddiema tmien mija u tlieta u ħamsin (853) applikazzjoni sabiex jiġu ‘ivvetjati’ għal-ewwel darba (inital vetting).
Leg 12 PQ #28137 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Direct Orders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija, minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, korporazzjoni u/jew awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015 u l-2016 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #28168 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Budget 2017 — miżuri - reklamar fuq il-media

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet s'issa n-nefqa tal-Gvern biex jippromwovi u jirreklama fuq kwalsiasi media, inkluż dik soċjali, il-miżuri tal-Budget 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #28489 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Għajn — Triq il-Blajjiet - vilel

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kif inħarġu żewġ permessi fi Triq il-Blajjiet, Wied il-Għajn, limiti taż-Żonqor ftit ‘l bogħod minn fejn ġej il-proġett ta’ Sadeen University fejn ġew approvati żewġ vilel lussużi b’żewġ swimming pools fuq isem l-applikant lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?; b. Kif inħareġ permess għal swimming pools f’ area li hi ODZ u li kienet raba’ li tinħadem?; c. Peress li l-Prim Ministru kemm-il darba ddikjara li m’għandux isir żvilupp f’ODZ, kif jista’ jiġġustifika l-permessi ta’ dawn iż-żewġ swimming pools ; d. Kif il-MEPA tat lill-applikant permess li jwaqqa’ bini ta’ razzett antik biex ikun jista’ jsir dan l-iżvilupp, meta dan ir-razzett għandu żgur aktar minn mitejn sena; u e. Iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Gejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li A) Inħareġ permess ta’ żvilupp wieħed fuq is-sit imsemmi biex jigi konvertit razzett antik f’zewgt idjar, kull wahda minnhom bi swimming pool . L-Awtorita ta’ l-Ippjanar tikkunsidra zvilupp simili appuntu biex tissalvagwardja bini ta’ valur arkitetoniku, storiku jew vernakulari, F’dan il-kaz ir-razzett ezistenti fih valur vernakulari u kif semma l-Onorevoli Interpellant huwa antik. Minhabba li il-binja ezistenti hija ta’ valur u ta’ kobor konsiderevoli setgha jinghata permess ghal zewg residenzi fuq listess binja. B) Il- policy vigenti tikkunsidra zvilupp ta’ swimming pool fil konfini ta’ residenzi stabbiliti legalment, anke jekk din tkun lokata barra iz-zona ta l-izvilupp (ODZ), basta din ma tkunx akbar minn 75 metru kwadru, inkluz pavimentar relattiv, u ma tkunx fuq art skedata ta’ importanza arkejologika (klassi A jew B), ekologika jew xjentifika (ta’ livell 1 jew 2). C) Biex wieħed jissalvagwardja l-ezistenza fit-tul ta’ bini ta’ certu valur jinhtieg li jinghata uzu. Dan f’xi kazi jirrikjedi ukoll il-bzonn ta’ tibdil u addizzjonijiet fl'istruttura sabiex jakkommoda l-esigenzi li wiehed iffittex fiz-zminijiet presenti. Dan il-kuncett jghodd ukoll ghal binjiet fl’ODZ. D) Il-permess li nhareg ma kiex biex jitwaqq ir-razzett imma biex jigi konvertit flimkien xi tibdil iehor biex jirrendi l-binja aktar abitabli filwaqt li taqdi il-htigijiet residenzjali fiz-zminijiet tal-lum il-gurnata.
Leg 12 PQ #28491 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħondoq ir-Rummien sa’ Ta’ Ċenċ – xogħol fuq il-main tal-ilma

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26089, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu x-xogħlijiet li saru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fuq il-main tal-ilma minn Ħondoq ir-Rummien fil-Qala sa Ta’ Ċenċ fis-Sannat, li ma kenux fit-tender oriġinali u kemm swew dawn ix-xogħlijiet? Jista' jagħti lista' ta' dawn ix-xogħlijiet u jgħid kemm swiet kull biċċa xogħol li ma kenitx fit-tender? Jista' jgħid jekk ix-xogħlijiet li ma kenux fit-tender oriġinali, ingħatawx b'direct order jew inħarġitx tender għalihom? Jista' jgħid f'kull każ lil min ingħata dan ix-xogħol?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 26089 għal-lista ta’ xogħlijiet li saru. Dawn ix-xogħlijiet li jinsabu tul ir-rotta kollha, kollettivament jammontaw għal ftit aktar minn erba’ mitt elf ewro. Ix-xogħlijiet in kwistjoni ma ngħatawx bħala direct order iżda bħala varjazzjoni fuq il-kuntratt oriġinali, u għaldaqstant saru mill-istess kuntrattur li ħa t-tender orġinali.
Leg 12 PQ #28502 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Istitut tas-Servizz Pubbliku – membri tal-Bord

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord li qed imexxi l-Istitut tas-Servizz Pubbliku li ġie mwaqqat bl-Avviż Legali 325 tal-2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #28503 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Istitut tas-Servizz Pubbliku – Segretarju tal-Bord

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huwa s-Segretarju tal-Bord li qed imexxi l-Istitut tas-Servizz Pubbliku li ġie mwaqqat bl-Avviż Legali 325 tal-2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #28504 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord tal-Istitut tas-Servizz Pubbliku — Kap

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huwa l-Kap li se jkun qed jimplimenta d-direttivi tal-Bord tal-Istitut tas-Servizz Pubbliku li ġie mwaqqaf bl-Avviż Legali 325 tal-2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #28505 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – impjegati — kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jserraħ ras l-impjegati kollha li qabel kienu jwettqu dmirijiethom mas-servizz pubbliku u li issa qed jitqiesu bħala impjegati tal-Istitut tas-Servizz Pubbliku li ġie mwaqqaf bl-Avviż Legali 325 tal-2016 li ma kien hemm ebda tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u dawk il-pattijiet u l-kundizzjonijiet li kienu jgawdu minnhom qabel dan it-tibdil se jibqgħu effettivi u viġenti mingħajr bla ebda tibdil li jista' jkun ta' detriment għalihom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #28565 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Building Regulations Officer – kors għall-periti u inġiniera

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta l-Building Regulations Office ser terġa’ tiftaħ il-kors għall-periti u inġiniera sabiex ikunu speċjalizzati u awtorizzati sabiex jipproduċu l-Energy Performance Certificate (EPC)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-kors imsemmi se toħroġ fil-futur qrib mill-Uffiċċju għar-Regolamenti tal-Bini.
Leg 12 PQ #28585 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Torri tal-Għargħur — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni meħtieġa fuq it-Torri tal-Għargħur, li ilu għal bosta ġimgħat mingħajr dawl u li kaġun ta' dan jista' jseħħ xi inċident?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex tagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28595 Sitting 451 2016-11-14 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħad-Dingli u r-Rabat – riħa ta’ ħruq ta’ plastik

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li tiġi investigata r-raġuni għalfejn qiegħed ikun hemm riħa qawwija ta' ħruq ta' plastik fl-inħawi ta’ bejn ir-Rabat u Ħad Dingli?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28268 Sitting 450 2016-11-09 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Marsa – Trasformazzjoni tas-Sit tal-power station tal-Enemalta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji tal-applikazzjoni għall-permessi tal-PA biex is-sit tal-Power Station tal-Enemalta jiġi ttrasformat f’open space għall-komunità Marsija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28267 (tmienja u għoxrin elf, mitejn, sebgħa u sittin)
Leg 12 PQ #28323 Sitting 450 2016-11-09 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kont tad-dawl u l-ilma — problema - każ ta' persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament minħabba problema li ilha pendenti fil-kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Arms Ltd li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u l-każ qed jiġi mistħarreġ.