Dipartiment ta' l-Affaijiet tal-Konsumatur — Ilmenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżistu ta' l-ilment datata 15/10/99 minn resident mis-Swieqi mad-Dipartiment ta'l-Affarijiet tal-Konsumatur dwar Virtu' Ferries Ltd?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-ilment li għalih qed issir riferenza, għalkemm datat 15 ta' Ottubru 1999, wasal fid-Dipartiment fit-22 ta' Ottubru 1999. Il-konsumatur konċernat ġie mgħarraf b'dan, kif ukoll li skond l-Att ta' l-1994 dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, id-Direttur għandu żmien ħmistax-il jum ta' xogħol minn meta l-parti tkun irreferiet it-talba tagħha sabiex jipprova jilħaq ftehim dwar il-kwistjoni li jkun hemm.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir fil-Water Services Corporation u l-Enemalta sabiex tiżdid l-effiċjenza? X'taħriġ qed jingħataw il-ħaddiema? Tista' tgħid ukoll jekk sarx xi studju dwar jekk hemmx nies żejda jew nieqsa f'dawn iż-żewġ korporazzjonijiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Bil-għan li titjieb l-effiċjenza, il-Korporazzjoni Enemalta qegħda toffri lill-impjegati tagħha taħriġ kemm fuq ix-xogħol ta' kuljum kif ukoll f'livell istituzzjonali. Qed jittieħdu passi biex il-livell kemm tekniku kif ukoll klerikali jogħla. Għalhekk qed jingħataw 'refresher courses' lill-ħaddiema fis-sengħa ewlenija tagħhom.
Barra minn dan il-Korporazzjoni qed tassisti lill-impjegati sabiex iżidu l-abbilta tagħhom biex ikunu aktar 'multi-skilled'.
Aspett ieħor dwar it-taħriġ li l-Korporazzjoni qed tagħti huwa li tgħin billi tisponsorja u/jew tagħti 'study leave' lill-impjegati sabiex jiksbu l-kwalifiki meħtieġa fil-qasam tekniku u f'livell terzjarju.
Rigward il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma jagħmlu l-Water Services Corporation u l-Enemalta sabiex tiżdied l-effiċjenza fil-produzzjoni, kemm ta'l-ilma kif ukoll ta'l-elettriku?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-Taqsima tal-Ġenerazzjoni fil-Korporazzjoni Enemalta kontinwament taħdem sabiex tara li l-elettriku jiġi ġġenerat bl-aktar mod effiċjenti. Għalhekk isir monitoring kontinwu ta' l-effiċjenza ta' l-impjant u fejn jidher li hemm xi nuqqas tittieħed azzjoni korrettiva.
Fost ix-xogħol li tagħmel il-Korporazzjoni hemm overhaul ta' boilers, steam u gas turbines, tindif ta' boilers u culverts, kif ukoll manutenzjoni ta' auxiliary plant. Fejn jidħol it-tħaddim ta' l-impjant, isir programm ta' kuljum kif ukoll programmi 'long term' sabiex jitħaddmu l-magni skond kif l-elettriku jiġi ġġenerat bl-aktar mod effiċjenti.
Tajjeb jingħad li meta jiġi ordnat impjant ġdid, fattur importanti li jiġi kkunsidrat huwa l-effiċjenza li dan l-impjant jipprovdi fil-ġenerazzjoni ta' l-enerġija elettrika. Eżempju ta' dan huwa l-Combined Gas Cycle Plant li dan l-aħħar ġiet installata f'Delimara. L-effiċjenza tagħha hi kważi ħamsin fil-mija aktar mill-impjant ta' qabel.
Rigward il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' intrapriżi kummerċjali, maqsumin skond id-daqs i.e. kbar, ta' daqs medju u żgħar?
X'inhuma l-kriterji li bihom il-Gvern jiddefinixxi dawn il-kategoriji?
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kuntratt tat-tobba li jivverifikaw il-mard fil-każ ta'l-impjegati ta' l-Air Malta, skada f'nofs dan ix-xahar?
Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx sejħa pubblika għal applikazzjonijiet sabiex jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-kuntratt li għalih qed jagħmel riferenza l-Onorevoli Interpellant ġie estiż għal perjodu ta' tlitt snin wara li dan kien skada fl-aħħar tax-xahar li għadda.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10642 ir-rapport tal-Perit privat li kien mehmuż ma' l-interpellanza fejn juri teknikament il-ħsara fir-residenza privata ġie vverifikat minn persuna mhux kwalifikata sabiex tagħmel l-istħarriġ tekniku fil-bini?
Ġaladarba l-Perit tal-korporazzjoni għandu jagħmel l-investigazzjoni aktar profonda dan il-perit għamel spezzjoni fuq ir-residenza konċernata?
Xi tfisser "aktar profonda" mill-perit?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant diġa ġie investigat minn uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta fejn 'prima facie' ma jirriżultax li l-apparat stallat mill-Enemalta qiegħed jikkawża xi ħsara. Il-konsulent ta' l-Enemalta nnota wkoll li s-sid tad-dar mhux qiegħed jitlob xi kumpens, lanqas mhu qed jitlob li jitneħħa l-wall bracket, iżda qed jitlob biss li jitneħħa s-supply cable lill-proprjeta fuq in-naħa l-oħra tat-triq. Il-Korporazzjoni qed tinvestiga jekk din it-talba tistax tiġi milqugħa.
Jista' l-Ministru jindika liema kumpannija ngħatat il-kuntratt għall-istudju dwar is-settur tal-għamara mogħti mill-IPSE? Kemm kien il-ħlas maqbul għal dan ix-xogħol? Min kienu l-kumpanniji jew konsulenti oħra li offrew li jagħmlu dan ix-xogħol? Kemm kienu l-offerti li saru minnhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-kumpanija li ngħatat il-kuntratt għall-istudju dwar is-settur ta' l-għamara hi l-EMCS Limited. Il-ħlas miftiehem kien ta' Lm50,000.
Kien hemm total ta' disa' kumpaniji li kkwotaw għal dan il-proġett. Il-valur ta' l-offerti tagħhom kien ivarja bejn Lm5,913 u Lm54,333. Naturalment, l-aktar ħaġa mportanti li l-IPSE kellha tiġġudika fuqha huwa l-programm ta' ħidma offrut minn dawn il-kumpaniji, u kemm dan iwassal biex jintlaħaq l-għan ta' l-istudju rikjest.
L-IPSE tatni parir li informazzjoni aktar dettaljata dwar il-kumpaniji nvoluti u informazzjoni dwar kemm ikkwotat kull kumpanija, hija ta' natura kummerċjali u ma jkunx għaqli li tingħata. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-IPSE hija kumpanija 'private sector driven' fejn il-Gvern għandu minoranza fuq il-Board tad-Diretturi u fejn ħlief għal rappreżentant tal-M.D.C., il-membri tal-Board inkluż iċ-Chairman, huma l-istess li kienu nħatru mill-amministrazzjoni preċedenti ossia mill-istess Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jdum ma jingħata s-servizz ta' l-elettriku lil persuna li, id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, f'Ħal Xluq, l/o Siġġiewi A 2864/99?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li s-servizz ta' l-elettriku fil-fond imsemmi f'Ħal Xluq fil-limiti tas-Siġġiewi, se jitlesta flimkien ma' talbiet oħra simili sa mhux aktar tard mill-ewwel ġimgħa ta' Novembru.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10600?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-kontijiet tal-konsum ta' ilma għal din is-sena għadhom ma ġewx ipproċessati, il-figura għal din is-sena ta' 'unaccounted for water' mhux possibbli li tinħadem għalissa.
Madankollu, kif diġa għidt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija numru 10600, appena l-informazzjoni mitluba tkun inġabret, din tingħata.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10706, jista' l-Ministru jirrispondi għal kull tip ta' fuel li jinxtara, biex il-Kamra tkun informata b'mod komprensiv?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt id-dibattitu dwar l-estimi tal-Korporazzjoni Enemalta.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti sabiex il-kumpannija Gozo Channel tintroduċi l-automatic ticketing? Meta hemm il-ħsieb li din is-sistema tibda tiġi mħaddma?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-Prim Ministru preżenti qabel l-elezzjoni li kif jitla' fil-gvern jagħmel il-filters tal-power station fil-fatt twettqitx? Jekk dawn il-filters saru, meta saru?
Response (BONNICI, JOSEF)
Sabiex inkun f'pożizzjoni aħjar biex nirrispondi din il-Mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindika x'inhi n-natura tal-filters li qed jirreferi għalihom u f'lima okkażjoni il-Prim Minisru preżenti għamel riferenza għal dawn il-filters.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9312, jista' l-Ministru jispjega l-fatt li biex sempliċement issir shade ma' bozza li qed idejjaq lil xi residenti dan "għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra"?
Jaħseb il-Ministru li fl-Enemalta hemm sezzjonijiet li jistgħu iwaħħlu dan is-shade mingħajr ma' residenti nvoluti ikollhom jistennew aktar?
Possibbli l-Enemalta tkun ftit aktar customer oriented f'dan il-każ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jġena nfurmat lġ x-xogħol fl-ġmsemmġja trġq tlesta kġf kġen meħtġeġ
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern preżenti li jwettaq il-proġett ta' Crafts Village li kien se jwettaq Gvern Laburista?
Jekk m'huwiex il-ħsieb tal-gvern x'inhi r-raġuni? U jekk huwa l-ħsieb tal-gvern li jwettaq dan il-proġett, f'liema stadju wasal u meta huwa maħsub li jitlesta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 8102 dwar l-istess materja.
Jista' l-Ministru jintervjeni biex tinfetaħ fergħa tal-Posta f'Pembroke peress li dik l-aktar viċin hija ta' Paceville li għar-residenti ta' dan il-lokal speċjalment għal anzjani u persuni b'diżabilita' tinsab 'il bogħod u awtomatikament toħloqilhom tbatija żejda?
Response (BONNICI, JOSEF)
Għalissa m'hemmx ħsieb li tinfetaħ fergħa tal-Posta f'Pembroke.
B'riferenza għat-talbiet tar-residenti tal-Imtaħleb sabiex jiddawwlu aħjar it-toroq u jitwaħħlu aktar bozoz mal-farm houses li jinsabu mudlama, jista' l-Ministru jinfurmani bil-programm ta' xogħol li tħejja għax-xhur li ġejjien sabiex it-talbiet imsemmija jiġu rimedjati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li ma jirriżultax li hemm talbiet mill-Kunsill Lokali għall-lampi fl-Imtaħleb. It-talbiet kollha għandhom jsiru għand il-Kunsill Lokali li wara jgħaddihom lil Enemalta skond il-priorita li jagħtihom il-kunsill stess.
B'riferenza għat-talbiet tar-residenti tal-Qawra sabiex jiddawlu aħjar it-toroq fil-lokal u jitwaħlu aktar bozoz, jista' l-Ministru jinfurmani bil-programm ta' xogħol li tħejja għax-xhur li ġejjien sabiex it-talbiet imsemmija jiġu rimedjati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat lil-Korporazzjoni qed tagħmel stima sabiex jitwaħħlu sitt lampi ġodda fil-Qawra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex triq ġdida fi Triq il-Ward, fil-Madliena isirilha d-dawl peress li din ma fiex lanqas bozza waħda u dan b'inkonvenjent u periklu kontinwu minħabba li din hija triq diżabitata għar-residenti kif ukoll għal dawk kollha li jużaw din it-triq?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li t-talba sabiex l-imsemmija triq tiddawwal qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Peress li Triq in-Nigret ir-Rabat, Malta li ilha bla dwal għal dawn l-aħħar tliet ijiem, jista' d-dipartiment konċernat jara li jiġu rimedjati l-ħsarat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fit-triq imsemmija hemm bozza waħda biss li kellha bżonn manutenzjoni, u din saret fl-1 ta' Ottubru 1999.