Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #524 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — staff compliment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff compliment tal-Ministeru, kariga b’kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f’liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #562 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għas-Saħħa

Għawdex — Ċimiterju tar-Rabat - xiri ta' oqbra

Question

Peress li t-talbiet għax-xiri tal-oqbra fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija fir-Rabat Għawdex ilhom snin twal biex isiru, jista' l-Ministru jgħid u jispjega għaliex dan id-dewmien kollu matul is-snin u meta se jsir l-ipproċessar tat-talbiet u eventwalment jiġi ffinalizzat it-trasferiment?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #572 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Crisis Intervention Team — servizz mogħti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-protokoll jew il-quality service charter tas-servizz importanti mogħti mill-Crisis Intervention Team? F’każ ta’ xi kriżi, x’servizzi konkreti qed jirċievu l-ġenituri ta’ membri tal-familja tagħhom li jsofru minn xi mard mentali? Fi x’ħin jistgħu jċemplu għall-għajnuna? Għaliex dan is-servizz mhux qed jingħata 24 siegħa kuljum u kemm ilu ma jinghata 24 siegħa kuljum? Isiru home visits mill-ewwel mill-professjonisti ta’ dan it-team meta jkun hemm ‘kriżi’ fil-familja?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #573 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali — Twaqqif mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex se jwaqqaf mill-ġdid il-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali li ilha wieqfa mill-31 ta’ Diċembru 2007?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingabar u tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #607 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet ta' ċirkonċiżjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni ta' kemm saru operazzjonijiet ta' ċirkonċiżjoni pediatric f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #623 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tad-Detox — persuni li użaw is-servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li użaw is-servizzi taċ-ċentri tad-Detox li għandu l-Gvern, sena b’sena bejn l-2003 u l-2013 (l-ewwel tliet xhur)? Jista' jindika l-lokalità minn fejn kienu l-persuni rispettivi u x’età kellhom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingabar u tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #243 Sitting 11 2013-04-23 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — persuna inkarigata mill-Volserv

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li hija inkarigata mill-Volserv ġewwa l-Isptar Mater Dei, ġiet trasferita għall-Out Patients f'dawn l-aħħar ġranet mingħajr ebda raġuni u b'effett immedjat? Ma jaħsibx li tali aġir imur kontra kull spirtu ta' koperazzjoni mal-NGOs u li dan se jwassal biex ix-xogħol siewi li kien isir f'dan il-qasam se jiġi mminat?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ġejt infurmat li l-persuna ġiet trasferita minħabba l-esiġenzi tas-servizz. Il-persuna intgħażlet fuq kriterji ta’ kapaċita’. Ma kienx hemmx bżonn li l-għaqdiet volontarji jiġu kkonsultati f’dan ir-rigward. Ma saritx sejħa pubblika.
Leg 12 PQ #244 Sitting 11 2013-04-23 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Garaxx tal-Ambulanzi - ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema tip ta' vettura u għal liema raġuni daħlet ġewwa l-garaxx tal-ambulanzi tal-Isptar Mater Dei nhar it-Tlieta 9 ta' April 2013, fejn l-istess vettura kkawżat ħsarat fis-sistema tal-isprinklers? Jista' jikkonferma rapporti li kaġun ta' dan, l-imsemmi garaxx ġie mgħerreq b'ammont kbir ta' ilma? Kemm hi l-ispiża tal-ħsara li saret? Sar rapport lill-pulizija u/jew awtoritajiet ikkonċernati sabiex issir aktar investigazzjoni u jittieħdu passi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

It-Tlieta, 9 ta’ April 2013, sewwieq kien qed idaħħal trakk tal-istores ta’ G’Mangia., fil-garaxx ta’ l-ambulanzi ta’ Mater Dei biex iwassal affarijiet li kienu ordnati mill-General Stores. Billi ma kienx hemm sinjali barra l-bieb tal-garaxx bħala ndikazzjoni lis-sewwieq dwar kemm tista’ tkun għolja l-vettura li tista’ tidħol fil-garaxx, is-sewwieq daħal u laqat il-kanna ta’ l-ilma tat-tifi tan-nar. Il-ħsara li saret mhix aktar minn €250. Ma saret l-ebda ħsara oħra. Ma sar l-ebda rapport lill-Pulizija għax dan ma kienx ka¿ ta’ Pulizija. L-awtoritajiet tal-Isptar Mater Dei u tal-Central Purchasing Supplies Unit, taw twissija verbali kollha biex ma jidħlux fil-garaxx ta’ l-ambulanzi tal-isptar Mater Dei b’dawn il-vetturi.
Leg 12 PQ #245 Sitting 11 2013-04-23 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — tqassim ta' ikel

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn nhar it-Tlieta 9 ta' April 2013 f'nofsinhar il-pazjenti ġewwa s-sala Gynae tal-Isptar Mater Dei ma tqassmilhomx l-ikel regolari u kawża ta' hekk il-pazjenti baqgħu għall-ħin twil mingħajr ikel u kielu għal ħabta tas-2:30 p.m.?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar. Ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #246 Sitting 11 2013-04-23 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Tiswijiet ta' bibien

Question

Jista' l-Ministru jagħti raġuni valida għalfejn bibien prinċipali ġewwa l-Isptar Mater Dei li kellhom ħsarat fil-ħġieġ, qed jiġu msewwija permezz ta' perspex minflok fire-proof glass? Ma jaħsibx li tali xogħol jista' jikkawża periklu kif ukoll ibaxxi l-istandards tal-isptar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-bibien imsemmija qed jigu temporanjament imsewwija bil-perspex bħala safety,sakemm il-ħġieġ speċjali jasal minn barra
Leg 12 PQ #247 Sitting 11 2013-04-23 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — ITU - Deputy Nursing Officers

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il deputy nursing officer huma fil-preżent assenjati ġewwa l-ITU fl-Isptar Mater Dei? Kemm huwa n-numru ta' deputy nursing officers li suppost ikun hemm f'din is-sala tal-isptar skont benchmarks stabbiliti internazzjonalment? X'inhu r-rwol ta' deputy nursing officer? Hemm xi ħsieb li jiżdied in-numru ta' deputy nursing officers fl-ITU u jekk iva, x'inhi r-raġuni għalfejn se jkun hemm din iż-żieda?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #285 Sitting 11 2013-04-23 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — impjegati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 63, peress li l-Ministru flok ippreżenta l-ismijiet tan-nies, ippreżenta n-nomenklaturi uffiċjali, jista' l-Ministru jelenka individwu, individwu u jirrispondi d-domandi relatati skont l-individwi li qed jaħdmu fis-segretarjat?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tan-nies li tinkludi l-ismijiet, in-numinklaturi uffiċjali, kemm dawk fuq ba¿i ta’ kuntratt kif ukoll dawk li ma humiex.
Leg 12 PQ #338 Sitting 11 2013-04-23 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Membri tas-segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri kollha tas-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru? X'inhi l-kariga ta' kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati? X'inhuma r-responsabilitajiet ta' kull kariga? X'inhu s-salarju tagħhom, l-allowances li għandhom dritt għalihom kif ukoll benefiċċji oħra li jagħmlu parti mill-pakkett offrut lilhom f'dan l-impjieg? X'inhuma l-kwalifiki ta' kull wieħed u waħda minnhom? X'kien l-impjieg jew il-kariga tagħhom bejn l-1 ta' Marzu 2012 u t-8 ta' Marzu 2013? X'kien id-dħul tagħhom minn dan l-impjieg?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

It-tagħrif mitlub se jingħata f xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #366 Sitting 11 2013-04-23 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Overdose ta' droga — Imwiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li sfortunatament tilfu ħajjithom minħabba overdose ta' droga, sena b'sena bejn l-2003 u l-2013 (l-ewwel tliet xhur)? Jista' jindika l-lokalità minn fejn kienu l-persuni rispettivi u x'età kellhom meta ddaħħlu l-isptar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li kien hemm total ta’ 65 mewt minn overdose ta’ droga bejn is-snin 2002 u 2012, skond ir-reġistru Nazzjonali tal-imwiet li jinżamm mid-direttorat tal-informazzjoni fuq is-saħħa u riċerka. Ninforma lill-Onoreveli interpellant li minħabba n-numru ta’ każi f’kull sena huwa ¿għir ferm, jekk wieħed jaqsamhom bil-lokalita’ u l-eta’, dawn isiru identifikabbli. Għalhekk qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella li turi total għal Malta kollha. In-numru ta’ mwiet fl-ewwel tlett xhur taq’ din is-sena għadhom qed jinħadmu.
Leg 12 PQ #367 Sitting 11 2013-04-23 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei u Sptar Ġenerali t'Għawdex — każijiet ta' overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei jew l-Isptar Ġenerali t'Għawdex isofru minn overdose ta' droga, sena b'sena bejn l-2003 u l-2013 (l-ewwel tliet xhur)? Jista' jindika l-lokalità minn fejn kienu l-persuni rispettivi u x'età kellhom meta ddaħħlu l-Isptar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar. Risposta tingħata f’xi seduta oħra
Leg 12 PQ #440 Sitting 11 2013-04-23 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli — kuntrattur responsabbli mit-tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk il-kuntrattur responsabbli mit-tindif tal-Isptar Monte Karmeli għandux responsabilitajiet oħra inklużi fl-istess kuntratt, u jekk hu l-każ jista' jgħid jekk id-drittijiet tal-ħaddiema humiex jiġu salvagwardjati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li l-informazzjoni mitluba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #48 Sitting 10 2013-04-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — xiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġdida nxtrat jew ġiet ordnata biex tinxtara mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li ma nxtrat jew ġiet ordnata l-ebda karozza mill-Ministeru għas-Saħħa mill-11 ta’ Marzu 2013 sal-lum.
Leg 12 PQ #49 Sitting 10 2013-04-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġiet mikrija mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nitlob l-Onor. interpellant biex jagħmel referenza għar-risposta mogħtija f’mistoqsija parlamentari 66.
Leg 12 PQ #111 Sitting 10 2013-04-22 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — impjegati f'segretarjati

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għala l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, u li llum tokkupa kariga prominenti fis-sezzjoni tal-customer care fis-segretarjat tiegħu, għadha qed tagħmel xogħol kiliniku ġewwa l-Isptar Mater Dei in konnessjoni ma' teħid ta' demm u ultrasounds? Ma jaħsibx li tali aġir imur kontra kull etika stabbilita għall-impjegati fis-segretarjati u jikkonstitwixxi kunflitt kbir ta' interess?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Il-persuna msemmija fuq ftehim li sar bejn l-amministrazzjoni tal-Isptar Mater Dei u l-Ministeru, baqgħet tagħti l-kontribut siwi tagħha inkonnessjoni mal-programm tal-IVF li għandu x’jaqsam ma-natura speċjalizzata ta’ follicle tracking. L-istess persuna għadha impjegata tal-Isptar u ma nħareġ l-ebda kuntratt għax-xogħol mill-Ministeru. B’dan il-mod ma nħossx li hemm l-ebda kunflitt t’interess. L-uniku interess li nara huwa dak li l-pazjent jibqa’ moqdi kif xieraq u fil-ħin.
Leg 12 PQ #112 Sitting 10 2013-04-22 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Emerġenza - triage

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li marru d-Dipartiment tal-Emerġenza matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2013? Kemm minnhom kienu category 1, 2 jew 3? Kemm minnhom kellhom ticket of referral mit-tabib tal-familja? Kemm minnhom iddaħħlu l-isptar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif skont kif miġbur permezz tal-Accident & Emergency Module tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei.