Legislature:
Category:
Reset
Active:

KNDP — persuni reġistrati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn persuni b’diżabilità rreġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni Diżabilità (KNPD) f’Malta u Għawdex, u minn liema lokalitajiet ġejjin? Kemm minnhom huma persuni b’diżabilità li għandhom bżonnijiet ta’ saħħa mentali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — laqgħat ma’ ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul ix-xhur ta’ Marzu, April, Mejju u sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika x’ġie diskuss u jekk kienx mistieden ma’ xi wieħed jew waħda minn dan l-ambaxxaturi u jekk iva min akkumpanjah?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellat li sa issa kelli tlett laqgħat m’ambaxxaturi. L-ewwel laqgħa li kelli saret mal-Ambaxxatriċi Amerikana, l-Eċċellenza tagħha Gina Abercrombie-Winstanley. Ltqajt wkoll mal-Kummissarju Għoli tar-Renju Unit, l-Eċċellenza tiegħu Robert Luke u mal-Ambaxxatur Olandiż, l-Eċċellenza tiegħu Robbert J. Gabriëlse. Fil-laqgħat kordjali li kelli ddiskutejt magħhom il-qasam soċjali kif jiġi ndirizzat f’pajjiżhom u l-viżjoni għal dan il-qasam minn dan il-Gvern. Flimkien rajna kif nistgħu nikkoperaw għall-isfidi li għandu dan il-pajjiż fl-oqsma li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ ta’ dan il-Ministeru.

Residenza San Vinċenz de Paul — Entertainment Section – sigħat ta’ overtime

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ħadem sigħat ta’ overtime kull membru tal-istaff li issa hu allokat fis-sezzjoni li qabel kienet l-Entertainment Section fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn mindu ġie trasferit f’din is-sezzjoni? Fejn ħadem overtime kull membru tal-istaff u meta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra

Residenza San Vinċenz de Paul – trasferiment ta’ security

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew trasferiti persuni li kienu qed jagħmlu xogħol ta’ security fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn wara l-elezzjoni ’l hawn? Fejn intbagħtu jaħdmu? It-transfer ġie mitlub minnhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn wara l-elezzjoni lil hawn saru ħames trasferimenti ta’ security. Informata li wieħed minn dawn it-transfers sar fuq talba tal-individwu waqt li l-oħrajn saru skont l-esiġenzi tas-servizz. Tlieta minn dawn voldieri Health Assistant, Gardinar u Driver intbagħtu jaħdmu f’xogħol relatat mal-grad proprju tagħhom li mhux fil-grad ta’ security waqt li t-tnejn l-oħra kienu wieħed f’San Vinċenz de Paul u l-ieħor fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta.

ETC – persuni bi bżonnijiet speċjali – work experience

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-inizjattiva li kienet ittieħdet bi ftehim mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ li persuni bi bżonnijiet speċjali jingħataw work experience fl-Entertainment Section (jew Active Ageing kif inhi magħrufa issa) fir-Residenza San Vinċenz de Paul twaqqfitx? Jekk iva, għalfejn?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-inizjattiva ma twaqqiftx.

Residenza San Vinċenz de Paul – Kap Eżekuttiv

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx sejħa pubblika biex intgħażlet il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Fejn ħadmet s’issa din il-persuna u x’esperjenza jew kwalifiki għandha fl-amministrazzjoni ta’ sptar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pożizzjoni tal-persuna indikata hija waħda ta’ fiduċja. Il-persuna indikata għandha għaxar snin esperjenza fl-amministrazzjoni ta’ servizzi ta’ saħħa u ċentri tas-saħħa f’pajjiżna. Il-kwalifiki tagħhom huma MD, MSc Health Services Management (Malta), MSc Primary Care and General Practice (Ulster).

Residenza San Vinċenz de Paul – xogħlijiet strutturali u ta’ refurbishing

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet strutturali jew ta’ refurbishing saru u qed issiru fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn wara l-aħħar elezzjoni ’l hawn? Tista’ tagħti lista ta’ kull biċċa xogħol (strutturali jew ta’ refurbishing) li saret jew qed issir? X’inhi r-raġuni għal kull biċċa xogħol li qed issir? Kemm qed tiswa kull biċċa xogħol li qed issir?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli interpelant li x-xogħlijiet ta’ tisbiħ fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul huma kollha b’kollaborazzjoni mal-IPSL. Dawn ix-xogħlijiet huma prattikament bla ħlas bl-eċċezzjoni tal-materjal użat. Fil-preżent dawn ix-xogħlijiet qegħdin isiru fil-blokka ewlenija. Xogħlijiet simili mistennija jibdew fit-taqsima tal-Customer Care and Quality Assurance u l-Active Ageing Unit Centre. Dawn ix-xogħlijiet qegħdin isiru biex itejbu l-ambjent u biex jagħtu d-dinjità lill-anzjani rikoverati f’din ir-residenza.

Residenza San Vinċenż de Paul — ħatriet

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqijsa parlamentari 1813 u tgħid x'ħatriet saru marbuta mar-Residenza San Vinċenż de Paul mill-11 ta' Mejju ’l hawn? F’liema kariga ġew maħtura dawn il-persuni? Liema minn dawn il-ħatriet huma pożizzjonijiet ġodda? Kemm qed jitħallsu kull waħda minn dawn il-persuni maħtura?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nħatar Bord tad-Diretturi, Kap Eżekuttiv u Assistenta Personali għall-Kap Eżekuttiv li huma kollha po¿izzjonijiet ġodda. Ir-rimunerazzjoni tal-Bord tad-Diretturi għad trid tiġi stabbiltà filwaqt li Kap Eżekuttiv żammet l-istess skala ta’ salarju li kellha fl-impjieg preċedenti, jiġifieri bħala Principal GP scala 4 skond il-ftehim kollettiv kuntratt B Marzu 2013, għal 4 snin li gejjien. L-Assistenta Personali għandha salarju ekwivalenti għal Skala 9 tas-Settur Pubbliku, allowance għall-karozza ta’ €1864 u użu ta’ telefonija ċellulari.

Ministeru għall-Familja u Soliderjetà Soċjali — konsulenzi mogħtija b'direct order

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li RSM Malta, ingħatat kuntratt biex taghmel awditjar tal-processi interni tal-Awtorità tad-Djar b’direct order wara li ntalbu quotations minghand numru ta’ kumpaniji relevanti. Il-quotation ta’ RSM Malta irriżultat l-orħos. Il-valur totali huwa ta’ €25,000, u dan wara ukoll li ġie esplorat il-possibilità li jsir permezz ta’ l-MEU ( Management Efficiency Unit) jew IAID ( Internal Audit and Investigation Department) fi ħdan il-gvern. FSWS- Ma saret l-ebda konsulenza. KNPD- Ma saret l-ebda konsulenza. Kummisjoni tat-tfal-Ma saret l-ebda konsulenza Awtorita’ ta’ djar- Ma saret l-ebda konsulenza.

Att Dwar is-Sigurtà Soċjali — reviżjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġi rivedut l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali bil-għan li jiżdiedu aktar kundizzjonijiet fl-iskedi tal-istess Att?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kundizzjonijiet mediċi fl-iskedi tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jiżdiedu minn żmien għal żmien b’riżultat ta’ diskussjonijiet li jseħħu fuq bażi regolari. Għaldaqstant ma jistax jingħad eżattament meta se jiġi rivedut l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali sabiex jiżdiedu l-kundizzjonijiet fl-iskedi tal-istess Att.

Maternity leave

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu dawk l-ommijiet li applikaw għal maternity leave fl-2012 u minn dawn kemm ibbenefikaw mill-estensjoni ta’ ġimgħatejn fl-2012? Kemm kien il-ħlas li sar min-naħa tal-Gvern għal dawn il-ġimgħtejn miżjuda ta' maternity leave?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ ommijiet li fis-sena 2012 applikaw sabiex jibbenefikaw mill-estensjoni ta’ ġimagħtejn miżjuda għal benefiċċju tal-leave tal-maternità kien ta’ 1326 li minnhon tħallsu 1239 bi spiża ta’ €412,800.00.

adoption leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa l-adoption leave fis-settur pubbliku u kemm huwa l-istess adoption leave fil-privat? Meta l-aħħar li ġie estiż dan il-perijodu ta' adoption leave? Tista’ tgħid kemm kienu dawk l-ommijiet li bbenefikaw minn adoption leave fis-settur pubbliku matul is-sena 2010, 2011 u 2012?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija għandha tingħata lill-Ministru ikkonċernat.

Residenza San Vinċenz de Paul – dmirijiet ta’ staff nurses u health assistant

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma d-dmirijiet eżatti ta’ staff nurses u health assistants fir-Residenza San Vinċenz de Paul, li mill-anqas darbtejn fil-ġimgħa qed jitilqu mis-swali tagħhom u jkunu allokati fl-uffiċċju tad-deputat parlamentari, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Qed jintalab replacement ta’ dawn l-istaff meta dawn jitilqu mis-swali rispettivi tagħhom biex imorru jagħmlu xogħol fl-uffiċċju tad-deputat parlamentari, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għandu jkun speċifiku għal min qed jirreferi meta jsemmi staff nurses u health assistants.

Residenza San Vinċenz de Paul – Kap eżekuttiv

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara li twaqqaf Bord ta’ Tmexxija għar-residenza San Vinċenz de Paul hux qed jiġi kkunsidrat ukoll li jinħatar kap eżekuttiv fuq l-istess linji ta’ sptarijiet pubbliċi oħra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li iva, u diġà assumiet id-dmirijiet u r-responsabilitajiet li kariga bħal din iġġib magħha.

Djar tal-Anzjani – lista ta’ stennija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ anzjani li huma rikoverati fid-Djar Residenzjali kemm tal-Gvern, tal-privat u tal-privat f’partnership mal-Gvern? Kemm hemm anzjani li huma fil-waiting list biex jidħlu f’dawn id-djar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Każijiet ta’ Vjolenza fuq l-Anzjani

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ każijiet ta’ vjolenza fuq l-anzjani li ġew irrapportati lill-Pulizija f’dawn l-aħħar ħames snin? F’liema lokalitajiet ġew irrapportati dwan il-każijiet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija għandha tingħata lill-Ministru ikkonċernat.

Djar tal-Anzjani — Impjegati mħarrġa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ impjegati li jaħdmu fid-djar tal-anzjani liċenzjati? Kemm minnhom huma mħarrġa billi segwew xi kors dwar l-anzjani?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistqosija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Liġi dwar il-Vjolenza Domestika — reviżjoni

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2608 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li issa għaddew diversi snin minn meta għaddiet il-Liġi dwar il-Vjolenza Domestika, u peress li huwa iktar minn opportun li din il-liġi tiġi mtejba anke abbażi tal-esperjenza li akkwistajna matul dawn is-snin partikolarment il-ħtieġa ta' interim eviction order, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-liġi hix se tiġi riveduta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant fir-rigward tar-reviżjoni tal-Liġi dwar il-Vjolenza Domestika, s-sena l-oħra, Malta iffirmat il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u Ġlieda kontra l-Vjolenza kontra n-Nisa u l-Vjolenza Domestika (CAHVIO) li tinkludi mizuri ta’ protezzjoni b’effett immedjat. Qed isir studju sabiex l-ligi tirrifletti din il-Konvenzjoni.

benefiċċju tal-mard — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadhiex dritt għall-benefiċċju minħabba mard?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Pensjoni tar-romol — każ ta' persuna

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk persuna li hi armla tistax taħdem full-time u fl-istess ħin ma titlifx il-pensjoni tar-romol?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi persuna armla li tirċievi l-Pensjoni għar-Romol u li taħdem full-time tibqa intitolata għall-Pensjoni imsemmija sħiħa sakemm it-tfal li jkunu għadhom ma laħqux l-età ta’ tmintax-il sena tkun għadha qegħda titħallas allowance tat-tfal għalihom.