Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12774 jgħid meta hu mistenni li jkun lest l-istudju li qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex jkunu jistgħu jsiru titjiriet scheduled bejn Għawdex u Malta peress li għaddew kważi sena u nofs minn meta qal lit-Times of Malta li se tinħareġ sejħa għal expression of interest biex isiru dawn it-titjiriet? Min qed jagħmel dan l-istudju? Kif gie magħżul min qed jagħmel dan l-istudju u kemm se jitħallas għall-istess studju? Jekk l-istudju huwa lest, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija numru 12774 ma kinitx tikkonċerna lili.
Jista’ l-Ministru jispjega min hu l-Ministru kkonċernat indikat minnu fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13818 fejn jien staqsejt:
“Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat hu, bħala Ministru għal Għawdex kellux laqgħa ma’ dawk li jrabbu n-naħal f’Għawdex? Jekk iva, x’kien is-suġġett ta’ din il-laqgħa u min kien preżenti? Ġew mistiedna l-
beekeepers
kollha Għawdxin? X’qed jagħmel il-Ministeru għal Għawdex fuq it-tħassib tal-
beekeepers
Għawdxin dwar l-importazzjoni ta’ ammont kbir ta’ naħal minn pajjiż ieħor li seħħ fl-aħħar ġimgħat? Il-Ministeru għal Għawdex indaga jekk dan hux ser jaffettwa ħażin l-kolonji tan-naħal tal-post?”
Jista’ jispjega għaliex għal din il-mistoqsija diretta li tikkonċerna l-Ministeru tiegħu wieġeb biss li din għandha ssir lill-Ministru kkonċernat?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima peress li l-kontenut tad-domanda hi policy ikkordinat mill-istess ministeru preċitat.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-karozza tas-Segretarju Permanenti nxtrat b’direct order u ma nġabrux kwotazzjonijiet jew inħareġ tender? Kemm swiet din il-karozza? X’inhi l-marka ta’ din il-karozza li nxtrat għas-Segretarju Permanenti? X’ġara mill-karozza li kien juża s-Segretarju Permanenti preċedenti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-karozza nxtrat skont ir-regolamenti ta' procurement tal-gvern.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-Kumpanija Gozo Channel biex ma jerġgħux jiġru inċidenti simili għal dak li fih inqaleb trakk fuq il-vapur tal-Gozo Channel? Jista' jgħid x'inkjesti jew investigazzjonijiet saru? Min għamilhom? Jista' jippreżenta kopja tar-rapporti li saru dwar dan l-inċident fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru qed jistenna l-ewwel nett l-eżitu tar-rapport dwar l-inċident. Fir-rigward ta’ l-investigazzjonijiet li qed isiru nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema kumpanija ġiet mogħtija l-kuntratt tal-mooring tal-vapuri tal-Gozo Channel? X'inhu x-xogħol li qed tagħmel din il-kumpanija li qabel kien isir mill-ħaddiema tal-Gozo Channel Co Ltd.? Kemm-il ħaddiem qed tħaddem din il-kumpanija fuq ix-xogħol mogħti lilha mill-Gozo Channel? Kemm hu l-valur tal-kuntratt mogħti lil din il-kumpanija u għal kemm żmien ingħata dan il-kuntratt? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-kuntratt? Kif ġiet magħżula din il-kumpanija?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda kumpanija ma ġiet mogħtija l-kuntratt tal-mooring tal-vapuri tal-Gozo Channel.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-sena 2015, il-Ministeru hux se jerġa jniedi l-Iskema Greener and Cleaner Gozo jew xi skema simili? Jekk iva, meta u kemm hu maħsub li jkunu involuti ħaddiema fiha u minn fejn se tiġi ffinanzjata?
Response (REFALO, ANTON)
Nistiden lill-Onorevoli Interpellant jaqra sew l-estimi finanzjarji tal-2015 – Vot 17 Rikkurrenti, Ministeru għal Għawdex fejn issib ir-risposta relattiva.
Għawdex — Kunsilli Lokali – għajnuna għall-attivitajiet kulturali/soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-attivitajiet kulturali/soċjali, organizzati mill-kunsilli lokali Għawdxin matul l-2014 u li kellhom is-sapport finanzjarju tal-Ministru? F’kull każ, kemm kienet l-għajnuna li ngħataw dawn il-kunsilli lokali u meta ġew organizzati dawn l-istess attivitajiet?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11685 u jagħti lista ta’ direct orders li ta kull dipartiment jew entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-lum u dan stante li issa għaddew tliet xhur u l-Ministru baqa’ ma weġibx dik il-mistoqsija? Jista’ jagħti ukoll d-direct orders mogħtija minn kull dipartiment jew entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu mid-data tal-mistoqsija oriġinali sal-lum?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra
Għawdex — Trinek għall-Fibre link bejn il-Qala u x-Xewkija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13582, jista’ l-Ministru jispjega kif ittieħdet id-deċiżjoni li ma jsiru l-ebda trinek għall-fibre link cable li se jgħaddi bejn Malta u Għawdex fit-triq li twassal bejn il-Qala u x-Xewkija? Dan se jkun ifisser li meta jsir dan il-fibre link cable se terġa’ tinfetaħ it-triq imsemmija biex ikun jista’ jiġi mgħoddi? Għaliex mhux qed isir ix-xogħol kollu ta’ ppjanar meħtieġ la darba għaddej ix-xogħol ta’ resurfacing tat-triq li twassal mill-Qala sax-Xewkija?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi l-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamanetari numru 13582.
Għawdex – bini ta’ yacht marina u cruiseliner terminal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proċess biex jiġi magħżul il-bidder għall-bini ta’ yacht marina u cruise liner terminal f’Għawdex hux qed jitmexxa mill-Privatization Unit? Jekk le, min qed imexxi dan il-proċess? X’inhu r-rwol tal-Ministeru għal Għawdex f’dan il-proċess tenut kont li dan huwa proġett li se jsir f’Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-proċess sabiex jigi magħżul il-bidder għall-bini ta’ yacht marina u cruise liner terminal f’Għawdex qed jitmexxa mill-Privitazation Unit. Il-Ministeru għal Għawdex qed jistenna l-eżitu tal-evalwazzjoni li qed jagħmel l-istess Privitazation Unit.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12213 u jgħid fejn kienu assenjati matul ix-xhur li kienu fl-iskema l-ħaddiema li kienu fl-iskema Greener and Cleaner Gozo? Kemm kien hemm ħaddiema minn din l-iskema ma’ kull dipartiment? Liema huma x-xogħlijiet li twettqu minn dawn il-166 ħaddiem fix-xhur tal-iskema? Kemm swiet din l-iskema?
Response (REFALO, ANTON)
Qiegħed nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-estimi finanzjarji 2014 (Vot 20 Rikkorenti – Progammes and Initiatives) fejn issib ir-risposta relattiva. Kien hemm 166 partecipant eliġibli u kollha kellhom l-opportunita’ jipparteċipaw. Dawn ġew mogħtija diversi taħriġ mad-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp, mal-Kunsilli Lokali kif ukoll mal-NGO’s f’diversi xogħlijiet madwar il-Gżira Għawdxija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat kellux laqgħa ma’ dawk li jrabbu n-naħal f’Għawdex? Jekk iva, x’kien is-suġġett ta’ din il-laqgħa u min kien preżenti? Ġew mistiedna l-beekeepers kollha Għawdxin? X’qed jagħmel il-Ministeru għal Għawdex fuq it-tħassib tal-beekeepers Għawdxin dwar l-importazzjoni ta’ ammont kbir ta’ naħal minn pajjiż ieħor li seħħ fl-aħħar ġimgħat? Il-Ministeru għal Għawdex indaga jekk dan hux ser jaffettwa ħażin l-kolonji tan-naħal tal-post?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru liema toroq f’Għawdex jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex u jista’ jagħti lista ta’ dawn it-toroq lokalità b’lokalità?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li t-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilta’ tal-Ministeru għal Għawdex huma t-toroq arterjali li lista tagħhom qed inpoġġiha fuq il-mejda tal-kamra. Jiena nfurmat ukoll li fejn hemm toroq li qatt ma ġew asfaltati dawn ikunu jridu jiġu asfaltati l-ewwel darba mill-Gvern Ċentrali.
B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 12185, jista' l-Ministru jgħid jekk ħax passi biex ma jkomplux isiru xogħlijiet bla permess fil-Korsa taż-Żwiemel f’Tax-Xhajma f’Għawdex? X’passi ħa l-Ministeru tiegħu fuq ix-xogħlijiet illegali li saru la darba il-Korsa taż-Żwiemel taqa’ fil-kompetenza tal-Ministeru għal Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi ghar-risposta li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari 12636 u nzid ukoll illi jien nfurmat illi l-MEPA hadet anke azzjonita nfurzar f’ dan ir-rigward bin numru ta referenza ECF387/14
Għawdex — Qala sax-Xewkija - trinek għal fiberlink
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fix-xogħol li qed isir fit-triq li twassal mill-Qala sax-Xewkija f'Għawdex hemmx maħsub ukoll t-trinek neċessarji biex minnhom tgħaddi l-infrastruttura neċessarja tat-tieni fiberlink cable bejn Malta u Għawdex li l-Gvern ħabbar li għandu l-intenzjoni li jagħmel f’qasir żmien? Jekk iva x’tip ta’ xogħol ġie maħsub f’din it-triq għal dan il-għan? Kemm sewa dan ix-xogħol u minn min qed isir? Liema entità se tagħmel tajjeb għal din l-ispiża?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li f’dan l-istadju ta’ studju mhux maħsub li jsir xogħol ta’ trinek fl-art.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11303 li oriġinarjament saret fl-14 ta’ Ottubru 2014 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012, u fis-sena 2013, u kemm hu stmat li tkun l-ispiża fis-sena kurrenti?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2014, xi proġetti saru f'Għawdex, mill-Ministeru għal Għawdex, li ġew iffinanzjati mill-vot tal-istess Ministeru u mhux minn fondi oħra nkluż tal-Unjoni Ewropeja? Jista' jagħti lista' ta' dawn il-proġetti u kemm sewa kull proġett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-infomazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra .
Ministeru għal Għawdex — Vot għal toroq għall-2015
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-vot tal-Ministeru tiegħu għat-toroq għas-sena 2015? Jista' jgħid kif inhu ppjanat li jiġi mqassam dan il-vot? Liema toroq huma ppjanati li jsiru b'dan il-vot u liema xogħol hu ppjanat isir fuq kull waħda minn dawn it-toroq u kemm kemm hu stmat li se jiswa dan ix-xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qedgħa tinġabar u r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13138, jista l-Ministru jgħid jekk Triq San Ġwann fin-Nadur hijiex triq arterjali li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali? Jekk iva, jista’ jikkonferma li din ġiet
re-surfaced
jew mibnija mill-ġdid fil-Leġiżlatura li għaddiet (2008-2013)? Jekk iva, għaliex ma ġietx inkluża fir-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 13138? Jekk jiriżulta dan, jista’ jagħti tweġiba korretta għall-mistoqsija oriġinali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li Triq San Gwann, in-Nadur hija triq arterjali u li din ġiet resurfaced fil-leġiżlatura li għaddiet. Jiena nfurmat li din it-Triq ma ġietx inkluża peress li x-xogħol kien sar mill-korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma, fejn il-Ministeru għal Għawdex għamel biss kontribuzzjoni għal parti mill-ispiża u li t-tul li ġiet asfaltata kien ta’ madwar 430 metru.