Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-proċedura li tintuża mill-ARMS sabiex tħallas id-danni lill-konsumaturi li jkunu sofrew ħsarat kawża ta’ power surge? Jista’ jgħid f’kemm żmien isir il-ħlas minn meta ssir it-talba mill-konsumatur?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat minn Arms Ltd. li huma jieħdu azzjoni fuq direzzjoni li tingħata lilhom mill-Enemalta plc.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-kumpens minn konsumaturi li sofrew danni kawża ta’ power surge għas-snin 2014, 2015 u 2016 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont kollu li tħallas lill-konsumaturi f’danni kull sena f’dawn is-snin imsemmija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Għaqdiet mhux governattivi li ħadu kuntratti minn entitajiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet mhux governattivi (NGOs) li ħadu kuntratti minn entitajiet pubbliċi mill-2013 sal-lum? Liema huma dawn l-għaqdiet u minn liema dipartimenti ħadu l-kuntratt? X’tip ta’ xogħol qed jagħmlu? Għal liema valur?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28502 u jgħid min huma l-membri tal-Bord li qed imexxi l-Istitut tas-Servizz Pubbliku li ġie mwaqqat bl-Avviż Legali 325 tal-2016?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-membri tal-Bord appuntati biex imexxu l-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi ġejjin mis-Servizz Pubbliku nnifsu, mill-Universita’ ta’ Malta u mill-MCAST, kif ukoll mis-settur privat kif ġej;
Is-Sur Mario Cutajar (Chairperson)
Is-Sa Joyce Dimech (Chairperson delegate)
Prof. Joseph Cacciottolo (co-Chairperson)
Is-Sur Vince Maione (Vice-Chairperson)
Dr Alex Rizzo (Member)
Dr Joyce Cassar (Member)
Dr Godfrey Pirotta (Member)
Dr Mario Thomas Vassallo (Member)
Is-Sa Antoinette Caruana (Member)
Is-Sur Ivan Refalo (Member)
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28503 u jgħid min huwa s-Segretarju tal-Bord li qed imexxi l-Istitut tas-Servizz Pubbliku li ġie mwaqqaf bl-Avviż Legali 325 tal-2016?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Segretarju tal-Bord appuntat biex imexxi l-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi hija s-Sa Sarah Agius.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28504 u jgħid min huwa l-Kap li se jkun qed jimplimenta d-direttivi tal-Bord tal-Istitut tas-Servizz Pubbliku li ġie mwaqqaf bl-Avviż Legali 325 tal-2016?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kap responsabbli biex jimplimenta d-direttivi tal-Bord imwaqqaf biex imexxi l-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi huwa s-Sur Charles Polidano.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-iskop wara d-data cleaning regulation (konċernanti files tal-AFM) li ħarġet fl-AFM riċenti u jistax iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull regolament jew linja gwida approvata jew imqiegħda fis-seħħ fl-AFM għal dan l-iskop?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru konċernat.
Enemalta – Triq il-Kanun Żebbuġ Għawdex — tneħħija ta’ arblu tad-dawl
Question
Jista' l-Prim Ministru jara li l-Enemalta tneħħi arblu tad-dawl li wara li twessgħet parti minn Triq il-Kanun fiż-Żebbuġ, Għawdex spiċċa f'nofs ta' triq u qiegħed ikun ta' periklu għal dawk li jużaw din it-triq?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-arblu msemmi dalwaqt jitneħħa.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn qiegħed jistenna risposta mill-Joint Office?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt relattiv ma jistax isir qabel ma tiġi risolta l-kwistjoni fir-reġistrazzjonijiet, sottomessi r-Reġistru tal-Artijiet, bejn il-Gvern ta’ Malta u terzi.
Minkejja d-diversi tentattivi min-naħa tad-Dipartiment, sabiex it-terzi persuni jersqu ‘l quddiem u jemendaw l-applikazzjoni tagħhom, dan sal-lum baqa’ ma seħħx. Din il-kwistjoni baqgħet pendenti minħabba illi l-Gvern ma jista bl-ebda mod jemenda r-reġistrazzjoni ta’ terzi mingħajr l-awtorizazzjoni tal-istess terzi.
L-applikant ġie nfurmat diversi drabi li qabel ma tiġi sorvolata din il-kwistjoni, l-kuntratt relattiv ma jistax isir.
Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ ta’ żewġ garaxxijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li dawn iż-żewġ ġaraxxijiet li d-dettalji tagħhom intbagħtu separatament huma allokati lil Dipartiment tal-Gvern u l-ħlas fuqhom qed isir regolarment. Għaldaqstant, la darba d-Dipartiment li qed jokkupa dawn il-garaxxijiet għad għandu bżonnhom, id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern ma tistax tikkunsidra l-ebda talba oħra għal dawn il-garaxxijiet.
Lista ta' artijiet li ngħataw lura lis-sidien oriġinali
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-artijiet li ngħataw lura lis-sidien oriġinali minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, liema artijiet kienu ġew esproprijati mill-Gvern u li iżda baqgħu ma ntużawx?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-artijiet li ngħataw lura lis-sidien oriġinali minn Marzu 2013 sal-lum bid-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm każijiet, matul dawn l-aħħar tliet snin, fejn applikazzjonijiet għall-promozzjonijiet fiċ-ċivil kellhom id-data ta' meta jagħlqu estiża? Jekk iva, meta ġara dan, għal-liema applikazzjonijiet, u f'kull każ x’kienet ir-raġuni ta' tali estensjonijiet?
Ħaż-Żebbuġ – Żona ta’ Ħal Mula – South Malta Local Plan
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn wasal il-proċess tar-reviżjoni parzjali tas-South Malta Local Plan għaż-żona ta' Ħal Mula f'Ħaż-Żebbuġ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-istess Awtorità qed tħejji l-abbozz tal-pjan wara li qieset is-sottomissjonijiet tal-pubbliku fuq l-oġġettivi.
Kif dan l-abbozz ikun approvat mill-kunsill eżekuttiv, ikun ippubblikat għal konsultazzjoni u skrutinat mill-kumitat tal-Kamra.
San Pawl il-Baħar – Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x’xogħol sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jew għall-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'San Pawl il-Baħar, matul din l-aħħar ġimgħa? Fejn sar ix-xogħol?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li f’din l-aħħar ġimgħa saret manutenzjoni ta’ tappieri fi Triq il-Parroċċa, Triq il-Knisja, Dawret il-Gżejjer, Triq il-Mosta u Triq il-Qawra.
Dipartiment tal-Artijiet — ħlas għall-esproprjazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont f'ċifra ta' flus li l-Gvern fil-preżent irid iħallas għall-proprjetà li esproprja fil-passat? Kemm-il sena jmorru lura dawn il-pagamenti mid-Dipartiment tal-Artijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li rizultat tan-nuqqasijiet ta’investiment li kien hemm fl-operat tad-Dipartiment tal-Artijiet matul is-snin tal-amministrazzjonijiet preċedenti, inluz meta dan id-Dipartiment kien jaqa taht ir-responsabilita politika tiegħu, f’dan l-istadju huwa diffiċli hafna li tkun ikkwantifikata ċ-ċifra mitluba minnu.
Dan il-gvern imbarka fuq ezerċizzju ta’riforma sħiħa fid-Dipartiment tal-Artijiet li tista maż-żmien tfornih b’aktar informazzjoni pero dejjem jibqa l-fatt illi l-ammont ma jista qatt ikun wiehed ċert minhabba l-kontestazzjonijiet legali li hemm fuq l-imsemmija artijiet.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27941, jista’ l-Prim Ministru jindika l-isem tal-kawża u f’liema Qorti nfetħet il-kawża (assumendo li nfetħet kawża) kontra Skanska?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interperllant illi l-Gvern aggixxa skont artiklu 7.1 tal-ftehim bejn l-FMS u Skanska JV iffirmat fid-19 ta’ Frar 2009 li jistabbilixi l-proċedura li għanda titiehed f’kaz ta’ disputa bejn il-partijiet.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma minn fejn u x'kien li kkawża dak li allegatament deher li kien drenaġġ li ħareġ fil-baħar fl-akkwati f'San Pawl il-Baħar nhar il-Ħadd 6 ta' Novembru?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li fil-ġurnata msemmija żviluppat ħsara fil-pumping station tal-Pwales. Il-Korporazzjoni ħadet il-provvedimenti kollha meħtieġa biex tnaqqas l-inkonvenjent u tirranġa l-ħsarat.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti/permessi (fosthom dak tal-aċċessibilità) mill-Awtoritajiet konċernati relatati mal-proġett li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qiegħed jagħmel bħalissa fi Triq San Publiju l-Mellieħa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28467 u jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm/jew għad hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA), għall-bini ta' rziezet tar-raħħala, sena b'sena, mill-2013 sal-lum? Liema huma dawn l-applikazzjonijiet, u f'kull każ fejn jinsab il-proċess ta' dawn l-applikazzjonijiet preżentement?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.