Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20383 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma tħalliex ikompli jistudja fl-Iskola ta' Tarġa Gap ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Awtorita` ta' l-iskola ma ħallewx li l-persuna, li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament ikompli jistudja fl-iskola Tarġa Gap b'riżultat ta' proċeduri addottati mill-ETC fejn apprendisti li jitilfu l-post tax-xogħol tagħhom għat-tieni darba matul l-apprendistat (hi x'inhi r-raġuni) ma jkunux jistgħu jkomplu l-kors tagħhom.
Leg 9 PQ #20416 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Primarja, Mellieħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li isiru aktar sforzi ma' l-istudenti tal-Year 6C ta' l-iskola Primarja tal-Mellieħa, ma' dawk l-istudenti li jifilħu iżjed, flok jagħtuhom xogħol infantili biss?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Year 6C tal-Mellieħa hija klassi żgħira bi tfal li għandhom diffikultajiet fit-tagħlim. Bi ftehim ma' l-Education Officer (complementary Education) qed jitħejja programm ta' Studju biex b'hekk jiġu indirizzati aħjar il-bżonnijiet ta' dawn l-istudenti. Fil-laqgħa li ssir għall-ġenituri tal-klassi fil-bidu tas-sena dan kollu ġie spjegat u l-ġenituri urew li jaqblu ma' dak li l-għalliem qed jippjana fl-aħjar interess tat-tfal.
Leg 9 PQ #20431 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jsir ix-xogħol neċessarju sabiex il-ground tal-Juinior Lyceum Verdala jkun fi stat aħjar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-titjib tal-ground tal-Liċeo tas-Subien fil-Verdala kien inkluż f'development brief li tħejja għad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u qiegħed jiġi kkunsidrat ma' prijoritajiet oħra.
Leg 9 PQ #20432 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Verdala Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan li jsir titjib fil-ground tal-Junior Lyceum ta' Verdala? X'inhuma dawn il-pjani? Fiex jikkonsistu?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20431.
Leg 9 PQ #20433 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Verdala Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li jsir upgrading tal-ground tal-Junior Lyceum ta' Verdala?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20431.
Leg 9 PQ #20435 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Verdala Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu dritt, minbarra l-istaff u l-istudenti tal-Junior Lyceum ta' Verdala u St Geroge's FC., li juża l-entratura prinċipali ta' l-istess skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19315 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-għalliema fl-iskejjel? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn il-5 ta' Jannar 2000 u l-10 ta' Settembru 2000 ingħataw dawn it-transfers: Skejjel Primarji, Sekondarji u tas-Snajja' Kapijiet ta' skejjel - 2 Assistenti Kapijiet ta' skejjel - 8 Għalliema - 34 (jinkludu t-trasferimenti ta' Supply Teachers) It-trasferimenti saru jew skond it-talba ta' l-individwu jew skond l-esiġenza tas-servizz. Fis-Settur Post Sekondarju ingħata transfer wieħed biex l-għalliem jgħallem il-Mużika fi skola oħra. Hi ħaġa normali li qabel tibda s-sena skolastika jingħataw transfers biex jintlew il-postijiet vojta ta' għalliema fl-iskejjel. Fejn hu possibbli, l-għalliema jintbagħtu fejn talbu huma. Fit-Taqsima ta' l-Iskejjel Speċjali ma ngħataw ebda trasferimenti. Hemm il-ħsieb li fil-futur qrib jiġu ngaġġati aktar għalliema fit-Taqsima ta' Edukazzjoni Inklussiva u Speċjali.
Leg 9 PQ #19317 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema ta' l-Universita'? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma saru ebda trasferiment fl-Universita` mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000. Hija l-prassi ġewwa l-Universita` li l-membri akkademiċi jingħataw xogħol ġewwa fakultajiet differenti kultant żmien (job rotation), u wara li jingħataw promozzjoni.
Leg 9 PQ #19318 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jingħata spazju lill-għalliema barranin biex jiġu jgħallmu f'Malta permezz tal-bord indipendenti li se jibda jagħti l-warrants lill-għalliema? Jista' jgħid jekk qabel dan il-pass huwiex jiġi assigurat li l-ewwel prijorita' tingħata lill-għalliema Maltin gradwati fil-fakulta' ta' l-edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għal-Liġi ta' l-Edukazzjoni (Att Nru XXIV ta' l-1998) Taqsima 11 (Warrants ta' l-għalliema).
Leg 9 PQ #19320 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Immigranti barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li jkollna tfal ta' l-immigranti barranin jitgħallmu fl-iskejjel tagħna minħabba regoli ta' l-Unjoni Ewropea u kif qed iħejji għall-miġja tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux possibbli li jkun ikkalkolat kemm ikollna tfal ta' l-immigranti barranin jitgħallmu fl-iskejjel tagħna minħabba regoli ta' l-UE. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni diġa` għandha esperjenza f'dan il-qasam u għalhekk m'għandhiex tħejjijiet speċjali f'din l-eventwalita`.
Leg 9 PQ #20156 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Karozzi/vetturi/vannijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vannijiet/vetturi eċċ li kellu mikrija l-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu matul Jannar u Settembru ta' din is-sena? Kemm kienet tinvolvi l-ispiża għal dawn l-inġenji u nkluż il-fuel tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' vetturi li kellu mikrija l-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2000 huwa:- Dipartiment Numru ta' Nefqa f'kirjiet u fuel Vetturi Lm Ministeru 6 11,539.00 College of Technology 1 792.00 Applied Arts & Sciences Projects Office 1 1,640.00 Segretarjat Parlamentari 4 3,191.54 Dipt. ta' l-Isports 6 4,810.00 Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni 16 27,133.00 Dipt. ta' l-Eżamijiet 1 1,264.58 Dipt. tal-Libreriji u Arkivji Xejn Xejn Dipt. tal-Mużewijiet 3 6,012.00 Dipt. tal-Kultura 6 10,029.00
Leg 9 PQ #20280 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kurrikulu

Question

Nirreferi l-Ministru għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija tiegħi numru 19545. Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq il-pjan strateġiku tal-kumitat tat-tmexxija għall-implimentazzjoni tal-kurrikulu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Steering Committee għall-Implimentazzjoni tal-Kurrikulu ser jgħaddili l-ewwel abbozz finali tal-pjan imsemmi fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 9 PQ #20301 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqgħa l-kumitat il-ġdid tal-Malta Racing Club mit-twaqqif tiegħu sal-lum? Jikkonferma l-Ministru li mhux qed jinżammu minuti tal-laqgħa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-ħatra tiegħu fil-15 ta' Settembru 2000 il-Kumitat tat-Tmexxija tal-M alta Racing Club iltaqa' tlett darbiet u qegħdin jinżammu minuti dettaljati ta' kull laqgħa. Fl-ewwel laqgħa tiegħu il-Kumitat waqqaf Kumitat Eżekuttiv li jiltaqa' fuq bażi regolari skond il-ħtieġa u l-bżonnijiet amministrattivi ta' kuljum.
Leg 9 PQ #20303 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korsa tal-Marsa — Privatizzazjoni

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm il-ħsieb li il-korsa tal-Marsa tiġi privatizzata? Jista' jgħid jekk hux ser ikun hemm sejħa pubblika jew jekk il-Gvern bediex jiddiskuti ma' xi persuna/i?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-programm tal-Gvern dwar il-privatizzazzjoni kien imħabbar fil-White Paper li ppubblika l-Ministru tal-Finanzi f'Novembru 1999. S'issa ma hemm ebda indikazzjoni li l-korsa tal-Marsa se tiġi privatizzata.
Leg 9 PQ #20319 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Mellieħa Sports Club

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Isports irċeviex xi talba mill-Mellieħa Sports Club biex art ħdejn l-iskola primarja tal-Mellieħa tiġi trasferita lilu u żviluppata għall-isports? Kif se tiġi milqugħa din it-talba?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul Settembru l-Kunsill Malti għall-Isport irċieva talba mill-Mellieħa Sports Club biex biċċa art ħdejn il-ground tal-football tal-Mellieħa tiġi trasferita lilhom u żviluppata għall-isport. Il-Kunsill Malti għall-Isport beda l-proċess amministrattiv biex din it-talba tiġi evalwata skond il-policy stabbilita.
Leg 9 PQ #20347 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ħamrun

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema nieqsa tas-suġġett tal-Fiżika fil-Junior Lyceum Dun Ġużepp Brighella tal-Ħamrun? Meta se jingħataw l-għalliema meħtieġa lill-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li m'hemm ebda għalliema nieqsa tas-suġġett tal-Fiżika fil-Junior Lyceum Dun Ġużepp Żammit Brighella, Ħamrun. Kien hemm għalliema li tgħallem il-fiżika li kienet indisposta għal perjodu qasir.
Leg 9 PQ #20356 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament milli tattendi l-iskola Fra Diegu Bonanno? Meta se tibda tgawdi d-dritt tagħha li tattendi l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #20388 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Survey

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu li sar is-survey ta' l-area mill-Public Works biex isir kumpless sportiv fil-Cottonera? Kemm swiet u meta tħallset?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-survey ta' l-area fejn ser jinbena l-kumpless sportiv tal-Cottonera kien sar f'Novembru 1995. In-nefqa ammontat għal Lm2,771.50. Nofs din is-somma tħallset f'Mejju 1997 u n-nofs l-ieħor tħallas f'Settembru 1999.
Leg 9 PQ #20428 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jara li tinstab entratura (li xi snin ilu kienet tintuża) għal ġol-ground ta' Verdala sabiex ikun hemm dħul separat mill-entratura prinċipali ta' l-iskola? Minn min qed jintużaw l-entraturi li jeżistu? Dawn għandhom xi kirja għall-użu ta' dawn l-entraturi?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #20263 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Maria Regina Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk l-istudenti tal-Form II fil-Junior Lyceum Maria Regina għandhomx kollha għalliema ta' l-Ingliż peress li f'nofs Ottubru kien hemm għalliema li telqet minn din l-iskola biex marret tgħallem skola privata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliema konċernata marret tgħallem fil-Junior College fid-9 ta' Ottubru. Saru l-arranġamenti meħtieġa u l-istudenti kollha tal-Form II għanhom għalliema ta' l-Ingliż.