Legislature:
Category:
Reset
Active:

Triqat arterjali — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ix-xogħol kollu ta' patching (anke xogħol żgħir) kif ukoll ta' twaħħil u rranġar ta' traffic (crash barriers) fit-toroq arterjali qiegħed isir mill-kuntrattur meta dan ix-xogħol faċilment jista' jsir mill-ħaddiema tal-gvern li huma armati għal dan it-tip ta' xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol ta` li qiegħed isir mill-kuntrattur huwa bil-hot asphalt li d-dipartiment tal-Gvern m`humiex attrezzati biex jużaw u jqiegħdu. Kellu jsir xogħol urgenti ta` twaħħil ta` crash barriers u l-pedament tagħhom mill-kuntrattur meta nstab li l-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħolijiet ma setgħux jagħmlu x-xogħol fil-pront. F`każ ieħor ix-xogħol sar parti mill-kuntrattur biex setgħa jitlesta` malajr u l- periklu li nħoloq jiġi eliminat.

Vetturi — Administrative charge

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun l-administrative charge fuq kull karozza li se tkun sottomessa għat-testijiet fuq motor vehicles? Kemm huwa maħsub li jsiru testijiet tul l-1999?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni kollha mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija tinsab fir-Regolamenti ta` l-ewwel 1998 dwar Testijiet biex jiccertifikaw li Vetturi bil-Mutur ikunu Tajba għat-Triq li ġew ippublikati permezz ta` Avviż Legali Numru 126 ta` l-1998. In-numru ta` vetturi li jiġu ttestjati jiddependi minn meta jidħol fis-seħħ il-VRT billi d-dati oriġinali skond Avviż Legali Nru. 126 ma ġewx osservati.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: (a) Kemm-il tender ta' valur aktar min Lm1,000 ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded; d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Aġenziji tar-reklamar

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista': a) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; b) jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; c) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; d) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; e) jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; f) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; g) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; h) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija? Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill-istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad flokhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.

Port Workers Scheme — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-Port Workers Scheme jekk hemmx xi restrizzjoni ta' żmien li fih impjieg jista' jintiret minn wieħed mill-ulied tal-ħaddiema tax-xatt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li skond ir-Regolament dwar il-Ħaddiema tal-Port 1993, l-eliġibilta għall-mili ta` vakanza hija limitata għall-iben, jew għall-akbar mill-eta` minn fost l-ulied subien, ta` ħaddiem tal-port li kien reġistrat bħala tali fis-17 ta` Settembru, 1990, u li jirtira jew li jgħaddi bord mediku skond id-disposizzjoni ta` dawn ir-regolamenti jew li jmut.

Swieqi — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti xi indikazzjoni dwar meta toroq fil-lokalita' tas-Swieqi, li l-kontribuzzjonijiet tagħhom ilhom li tħallsu snin twal, se jkunu asfaltati biex ir-residenti jeħilsu minn inkonvenjent qawwi li ilhom jissaportu żmien twil wisq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-toroq indikati mill-Onor. Interpellant huma tat-tip li għad iridu jiġu asfaltati għal l-ewwel darba. Dawn it-toroq isiru aktar `il quddiem, u dan wara li jiġi assigurat li s-servizzi kollha jitqegħdu fil-post.

Ministeru għat-Trasport — Kuntratti

Question

Riferibbilment għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1998 sat-30 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul il-perjodu ndikat ma saru l-ebda kuntratti ta` uffiċini.

Bord għall-Kontroll tat-Traffiku — Talbiet mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet mill-kunsilli lokali quddiem il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex fid-distrett tagħhom jiġu stallati traffic lights? Minn liema kunsill saret kull talba u fejn hemm it-talba, f'liema toroq iridu jsiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul l-aħħar 12-il xahar il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku approva talbiet għall-Pelikan Lights u Traffic Lights mill- Kunsilli Lokali, kif ġej: PELICAN LIGHTS a) Attard - Triq l-Imdina (Windsor Showroom). b) Attard - Triq Ħal Warda (fil-viċinanza ta` l-Iskola Primarja). c) Attard - Triq Santa Katarina (fil-viċinanza tal-Cake Box Confectionery). d) B`Kara - Triq Psaila (post għad irid jiġi determinat). e) B`Kara - Triq l-Imsida ( fil-viċinanza tad-Day to Day). f) B`Kara - Triq Ganu kantuniera ma` Triq Naxxar. g) B`Kara - Triq Fleur-de-Lys maġenb Triq il-Passju. h) B`Kara - By Pass maġenb Triq Geronimo Abos. i) B`Kara - By Pass maġenb ir-Roundabout ta` Triq Ganu. j) B`Kara - Triq Naxxar kantuniera ma` Triq Sir Ugo Mifsud. k) Ħamrun - Triq San Ġuzepp maġenb il-Knisja ta` San Gejtanu. l) Ħamrun - Triq San Ġuzepp (fil-viċinanza ta` Triq Schembri). m) Luqa - (fil-viċinanza tal-Head Office tal-Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-ilma). n) Luqa - (fil-vicinza tal-Head office ta` l-Air Malta). o) Marsa - Triq it-13 ta` Diċembru (fil-viċinanza ta` Spencer Hill). p) Marsaskala - Triq ix-Xatt (post għad irid jiġi determinat). q) Marsaskala - Pjazza Dun Tarċis Agius. r) Marsaskala - Triq iż-żonqor (post għad irid jiġi determinat). s) Marsaskala - Triq Żabbar (post għad irid jiġi determinat). t) Mosta - Triq il-Kostituzzjoni (fil-viċinanza ta` Casa Arkati). u) Qormi - Triq Manwel Dimech (post għad irid jiġi determinat). v) Qormi - Triq l-Imdina (post għad irid jiġi determinat). w) Qormi - Triq Qormi (fil-viċinanza ta` Danny Cremona School of Agriculture). x) Siġġiewi - Triq Mons. Mikiel Azzopardi (fil-By Pass), (zewġ installazzjonijiet għadhom iridu jiġu determinati). TRAFFIC LIGHTS a) Balzan - Vjal De Paule kantuniera ma` Triq l-Imdina. b) Ħamrun - Triq San Ġuzepp kantuniera ma` Triq Qormi u Pjazza San Pawl. c) Ħamrun - Triq il-Kapillan Mifsud kantuniera ma` Triq Villambrosia. d) Mosta - Triq Bidnija intersezzjoni ma` Triq Mosta. e) Naxxar - Salini - Triq Naxxar kantuniera ma` Triq il-Kosta. Ma dawn it-talbiet hemm oħrajn li għadhom qed jiġu kkunsidrati, u oħrajn li ġew approvati qabel. Minbarra hekk, f`bosta każi għad iridu jittieħdu `l passi meħtieġa biex dawn il-lights jiġu stallati.

MVR — Appell mill-qorti

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru wara sentenza mill-Qorti ta' l-Appell li fiha kien hemm referenza għall-Motor Vehicles Regulations? X'passi ħa jew beħsiebu jieħu l-Gvern wara din is-sentenza?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni meħtieġa qiegħda tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.

Xgħajra — Triq Orlando - Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta hemm ippjanat li t-triq li għandha is-servizzi kollha mgħoddija u ċioe' Triq Orlando, Żabbar ġewwa ir-raħal tax-Xgħajra, issir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment, naturalment wara li jiġi assigurat li s-servizzi kollha meħtieġa jkunu tqegħdu fil-post.

Toroq — Tiswija ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk jikkonsidrax li jagħmel lista aċċessibbli għal pubbliku, tat-toroq li hemm il-ħsieb li jsiru tul is-sena li ġejja bid-dati relattivi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li programm ta` xogħolijiet ghad-diversi lokalitajiet għadu qiegħed jitfassal u informazzjoni dwaru tkun tista` tingħata aktar `il quddiem.

Toroq — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-programm ta' għoti ta' tarmac għall-ewwel darba hemmx inkluża t-Triq fix-Xatt ta' l-Isla li tagħti għall-Ponta, li wara l-proġett li sar bil-kostruzzjoni ta' din it-triq minn Gvern Nazzjonalista tħalliet parti sostanzjali minnha mingħajr tarmak?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi għar-risposta ta` PQ 2056 (Seduta 20)

Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru, għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-1 ta' Diċembru, 1998, jagħti lista tal-kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: (a) jindika x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (ċ) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu l-quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali; u (h) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata aktar `il quddiem.

Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta' kuntratti mogħtija bis-sistema ta' direct order, quotations u tenders mid-Dipartiment tat-Toroq mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum,inkluż l-valur ta' kull kuntratt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħolijiet mogħtija mid-Dipartiment tat-Toroq lill-Kuntratturi mill-5 ta` Settembru 1998 sa l-aħħar ta` Novembru 1998 huma kif murija fl-iskeda li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Żabbar — Triq Lia

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata fiha l-parti ta' Triq Lia f'Ħaż-Żabbar li qed tkun ta' inkonvenjent kbir speċjalment meta tagħmel ix-xita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-mistoqsija Nru 1912 (Seduta Nru 21)

Zurrieq — Triq Widnet il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq Widnet il-Baħar u triq oħra ġdida fi Triq Widnet il-Baħar fiż-Żurrieq tingħata wiċċ stante illi issa s-servizzi kollha ġew installati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi għar-risposta ta` PQ 2056 (Seduta 20)

Mġarr, Malta — Manutenzjoni ta' toroq

Question

Billi r-residenti ta' Triq il-Melissa, Triq il-Vanilja, Triq il-Misq, Triq il-Klin, Triq is-Sebħ, Triq il-Fuħħar l-Aħmar fl-Imġarr, Malta, ilhom is-snin jistennew li jiġu rranġati t-toroq residenzjali tagħhom, jista' l-Ministru jinfurmani meta huwa proġettat li jsiru x-xogħlijiet f'dawn it-toroq fix-xhur li ġejjin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq il-Melissa, Triq il-Vanilja, Triq il-Misq, Triq il-Klin u Triq Barabara qedgħin jiġu asfaltati biex b`hekk jitlesta ix-xogħol li kien inbeda fis -sajf ta l-1996 u issa baqa wieqaf għal sentejn sħaħ. Riżultat ta` dan id-dewmien parti mix-xogħol li kien lest kellu jerġa jsir. Triq is-Sebħ u Triq il-Fuħħar l-Aħmar għadu qed isir l-iżvilupp fihom u dawn jiġu asfaltati skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, s`intendi wara li jkun żgurat li s-servizzi jkunu tqegħdu kollha b`mod permanenti.

Zabbar — Triq Biċċieni, Sqaq Nru 3

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 151, jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk inbediex dan il-pjan ta' azzjoni u fiex wasal? Billi din il-problema li qed tikkaġuna problemi kbar u riskji kull meta tagħmel xi maltempata, possibbli li jittieħdu passi fl-iqsar żmien possibbli?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qed isiru arranġamenti biex jittieħdu il-livelli neċessarji fi Triq Lia li hija waħda mit-toroq li djar fiha qed jegħerqu wara x-xita biex l-ilma jkun jista` jgħaddi bla diffikulta. B`hekk ikun jista` jingħata wkoll bidu għax-xogħol tat-triq propja.