Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment ta'l-Istatistika — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Istatistika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi saru ħames trasferimenti fl-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika. Ir-raġuni għaliex saru hija: Wieħed għaliex ħa l-grad ta' Immigration Officer u għalhekk ma setax jibqa' f'dan l-Uffiċju. Waħda marret isservi bħala segretarja f'kunsill lokali. Tnejn marru jaħdmu f'Ministeru. Waħda fuq talba tagħha stess. Fil-futur, trasferimenti jsiru jekk l-interessi ta' dan l-Uffiċċju ikunu jitolbu li jsir dan.
Leg 9 PQ #9745 Sitting 173 1999-11-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħmira — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min fejn qed tiġi mportata l-ħmira tal-furnar fil-preżent? Kemm hija l-levy li jkollu jdaħħal il-Gvern Malti fuq il-ħmira meta din tiġi mportata mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent il-ħmira tal-furnar qed tiġi mpurtata mill-Italja u l-Olanda. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ta' min jinnota li l-ħmira mhijiex soġġetta għall-levy (imposta) meta tiġi mpurtata, la minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u lanqas minn dawk li mhumiex.
Leg 9 PQ #10300 Sitting 173 1999-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Kiri ta' karozzi/mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta': (a) karozzi tal-kiri; u (b) mobile phones użati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli dan il-ministeru u x'kienet l-ispiża għal kull domanda mis-6 ta' Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Settembru 1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #10562 Sitting 173 1999-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Economic Planning — Projections

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10212?

Response (BONNICI, JOSEF)

Huwa fatt li bħalissa hemm inċertezza qawwija fis-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja ntrnazzjonali. Barra dan, hemm numru ta' proġetti u inizjattivi importanti oħra li jridu jittieħdu fil-qasam lokali matul is-snin li ġejjin. Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, dawn il-fatturi kollha jikkundizzjonaw il-projections tal-indikaturi ekonomiċi ta' pajjiżna fuq medda ta' snin. F'dan il-kuntest, huwa mistenni li matul il-perjodu msemmi, il-prodott gross domestiku (GDP) f'termini rejali huwa mistennija li jkun ta' madwar 4 fil-mija. F'ekonomija miftuħa bħal Malta, ir-rata ta' tkabbir tal-ekonomija tkun influenzata mill-iżviluppi li jistgħu iseħħu fix-xena internazzjonali kif ukoll mir-ristrutturazzjoni f'diversi setturi tal-ekonomija. Minbarra hekk, fis-snin li ġejjin, il-proġetti kapitali li mistennija jibdew fil-futur qarib huwa mistennija li jkollhom impatt ukoll fil-qasam tax-xogħol u l-kummerċ domestiku u internazzjonali. Huwa mistenni ukoll li r-rata ta' inflazzjoni tibqa' relattivament baxxa.

Enemalta — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Enemalta mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżuta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza, l-Enemalta impjegat ħames persuni. L-ingaġġ tagħhom sar wara li kienet saret talba lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.

Enemalta — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Enemalta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn is-27 ta' April 1999 u l-15 ta' Settembru 1999, saru 46 trasferiment fil-Korporazzjoni Enemalta. Dawn it-trasferimenti saru minħabba l-esiġenzi tax-xogħol. Trasferimenti fil-futur isiru jekk il-ħtiġijiet tal-Korporazzjoni jkunu jitolbu dan.

MIA — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-MIA mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ġew impjegati 20 ħaddiem ġdid mal-Malta International Airport. Tmintax minnhom intagħżlu wara intervista minn lista mibgħuta lill-Kumpanija mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. It-tnejn l-oħra ġew impjegati wara li saret sejħa pubblika skond il-provvedimenti tal-liġi.

MIA — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta'April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-MIA? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir referenza ma saru l-ebda traferimenti fl-M.I.A. Ċaqlieq ta' nies fil-futur isir jekk il-ħtiġijiet tal-Kumpanija jkunu jitolbu dan.

Maltacom — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Maltacom mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza ġew impjegti ħames ħaddiema ġodda mal-Maltacom. Erbgħa minn dawn il-ħaddiema ġew impjegati fuq bażi part-time għal perjodu ta' sena. L-impjiegi ġodda saru kollha wara li saret talba lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.

Maltacom — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-Maltacom? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi sar ċaqliq ta' 34 impjegat tal-Maltacom. Dawn it-trasferimenti saru jew minn dipartiment għall-ieħor jew inkella minn sezzjoni għal oħra fl-istess dipartiment. Dan iċ-ċaqlieq sar jew bħal riżultat tal-Job Evaluation Exercise li għamlet il-Kumpanija inkella minħabba l-eżiġenzi tas-servizz. Jekk fil-futur ikun meħtieġ li jsir ċaqlieq ta' ħaddiema, dan isir skond il-ħtiġijiet tal-Kumpanija.

Airmalta — Impjegati ġodda

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Airmalta mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li, bħalma jiġri kull sajf matul il-perjodu msemmi, l-Air Malta impjegat 325 ħaddiem li ġew ipprovduti mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.

Air Malta — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta'April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Air Malta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi l-Air Malta effettwat 45 trasferiment fost l-impjegati tagħha biex tilqa' għall-esiġenzi tas-servizzi tagħha stess. Trasferimenti fil-futur isiru skond ma jkun jidher xieraq u meħtieġ mill-amministrazzjoni tal-Kumpanija.

MDC — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta'l-MDC? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ma ingħatawx trasferimenti fil-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta. Jekk fil-futur ikun hemm ħtieġa ta'trasferimenti, dawn isiru skond il-ħtiġijiet tal-Korporazzjoni.

MDC — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-MDC mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk mpjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Mata. Tajjeb jingħad li l-Korporazzjoni, matul ix-xhur tas-sajf, impjegat żewġ studenti għal dawk ix-xhur biss. Dan sar bil-permess tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.

Dipartiment ta' l-Industrija — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Industrija? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ħaddiem intbagħat jaħdem fid-Dipartiment ta' l-Industrija minflok ħaddiem ieħor li mill-istess dipartiment ma jaħdem f'dipartiment ieħor. Dwar it-trasferimenti fil-futur, dawn isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.

Dipartiment ta' l-Industrija — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Industrija mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ma' ġie mpjegat ebda ħaddiem ġdid fid-Dipartiment ta' l-Industrija.

WSC — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Water Services Corporation mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru,1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi mpjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza żewġ ħaddiema ġodda mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma. Dawn il-ħaddiema ġew impjegati fil-grad ta' draughtsman. Ma saritx sejħa għall-applikazzjonijiet peress li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kienet issottometiet lista ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għal dan it-tip ta' xogħol. L-għażla saret minn fost persuni li kienu f'din il-lista.

WSC — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-Water Services Corporation? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferiemnti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi, 17-il ħaddiem tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bidlu s-sezzjoni fejn jaħdmu. Ir-raġuni għal dan iċ-ċaqlieq kien dan: 4 fuq talba ta' l-impjegat inniffsu 1 għal raġunijiet ta' saħħa 1 għax kien hemm il-ħtieġa li jaħdem matul il-ġurnata biss 1 għax kien hemm ħtieġa li jimla' post vakant 10 wara ftehim li ntlaħaq mal-G.W.U. peress li x-xift tas-Sezzjoni tal-Bowsers tneħħa. Dwar ċaqlieq ta' ħaddiema fil-futur, dan isir skond il-ħtiġijiet tal-Korporazzjoni.
Leg 9 PQ #10655 Sitting 169 1999-11-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mdina — Bejgħ minn postijiet turistiċi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10146, peress li kien l-Onor.Edwin Vassallo stess li kiteb dwar bejgħ bl-ogħli fl-Imdina għaliex il-ħwienet iridu jagħtu kummissjoni lil gwidi, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx rapport dwar każijiet bħal dawn lill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta? Kemm saru? Meta ġew irrapportati? X'passi ttieħdu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li sar rapport lill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta dwar l-operat tal-gwidi li jista' jkun li qed jiksru l-provvedimenti tal-liġi dwar l-Att tal-Kompetizzjoni; liema rapport qed jiġi investigat.
Leg 9 PQ #10727 Sitting 169 1999-11-02 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għall-Ekonomija — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal-Ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent il-Ministeru qed jagħmel użu mis-servizzi ta' ħames konsulenti, wieħed fuq bażi full-time u erbgħa fuq bażi part-time. Il-konsulent ingaġġat fuq bażi full-time jirċievi remunerazzjoni ta' Lm6905 fis-sena. L-erba' konsulenti ngaġġati fuq bażi part-time jirċievu remunerazzjoni annwali ta' Lm5850, Lm4178, Lm4010 u Lm5100.