Mellieħa/Xemxija — Ambulanza Stand by fix-xhur tas-sajf
Question
Jista' l-Ministru jassigura li matul ix-xhur tas-sajf, ikun hemm ambulanza stand by jew fix-Xemxija jew il-Mellieħa biex tkun tista' taqdi d-diversi emerġenzi li jinqalgħu minn żmien għal ieħor?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun lest ix-xogħol li qed isir fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat u jekk hemmx il-ħsieb li s-servizzi f'dan iċ-ċentru jiżdiedu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġu impjegati professjonisti ġodda fil-qasam mediku, kategorija b'kategorija, wara li dawn jiggradwaw f'Lulju li ġej?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li huwa maħsub li jiggradwaw madwar mitt tabib u dawn se jkunu impjegati fil-qasam mediku wara li jiggradwaw f’Lulju li ġej. Dawn se jidħlu fl-iskema tal-Foundation Programme. Ninforma lill-Kamra li kien dan il-gvern li mill-ewwel ħareġ is-sejħa biex dan ikun jista’ jseħħ fil-ħin propizju.
Sptar Mater Dei — pazjenti jistennew fuq stretcher
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mit-12 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti u kull entità li taqa' taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata ta' x'kienu l-prodotti u/jew servizzi mixtrija, mingħand min u l-ammont li ntefaq f'kull każ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi bidla fil-policy relatata mal-proċess fejn pazjenti jintbagħtu għall-kura barra minn Malta? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni għal dan it-tibdil?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat u nikkonferma li ma sar l-ebda tibdil fil-policy relatata mall-proċess fejn pazjenti jintbgħatu għall-kura barra minn Malta.
Medicine Entitlement Unit — Approvazzjoni ta' Mediċina Imfliximab
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi approvata l-mediċina Imfliximab li ilha mis-sena l-oħra quddiem il-Medicine Entitlement Unit għal persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatment?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni ġiet mibgħuta lejn l-aħħar ta’ Jannar tal-2013 u wara diskussjoni klinika l-pazjent imsemmi baqa’ fuq it-trattament li kellu. Infatti d-dipartiment kien miftiehem mal-kliniċi li jerġgħu javżaw id-dipartiment b’emejl, meta jkunu jridu li jinbeda dan it-trattament lill-pazjent. Id-dipartiment qiegħed f’kuntatt mal-kliniċi u jekk minnufiħ iridu li t-trattament jinbeda, t-trattament se jingħata.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy kurrenti rigward it-tipjip fi sptarijiet u l-akwati tagħhom? X'inhi l-pożizzjoni tal-Ministru preżenti fuq din il-policy? Hemm xi ħsieb li din il-policy tiġi mibdula u jekk iva, x'tibdil se jsir u għaliex?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, d-dokumenti mitluba mill-Onorevoli interpellant.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li persuna li marret tiġbor ċilindru tal-ossiġnu mill-Isptar Mater Dei, fejn is-soltu jagħtuha żewġ ċilindri, din id-darba għat-tieni ċilindru kellha tħallas €80?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li kull darba li pazjenti jmorru għaċ-ċilindru tal-ossiġnu l-Isptar Mater Dei jridu jagħmlu karta mingħand il-general practicioner tagħhom u għalhekk se jiżdidulhom l-ispejjeż?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Mhux minnu li l-pazjent irid jagħmel karta mingħand it-tabib tal-familja kull darba li l-pazjent imur għaċ-ċilindru tal-ossignu.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li meta din il-ġimgħa persuna ċemplet l-Isptar Mater Dei biex tintbagħtilha ambulanza peress li nqalgħulha kumplikazjonijiet f'saħħitha, mill-isptar qalulha li mhux se jinbagħtu ambulanza, u jekk trid tmur l-isptar tmur bit-trasport pubbliku? Din xi direttiva ġdida li ma jintbagħtux ambulanzi għal pazjenti li jkollhom bżonn urġenti trattament l-isptar u ma jkollhomx transport?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li ma ħarġet l-ebda direttiva ġdida biex ma jintbagħtux ambulanzi għal pazjenti li jkollhom bżonn urġenti trattament l-isptar u ma jkollhomx trasport. Tkun ferm apprezzata aktar informazzjoni mill-Onorevoli interpellant sabiex dan il-każ ta’ abbuż ikun jista’ jiġi investigat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-oġġettiv li hu fetaħ uffiċċju fid-Dipartiment tal-Emerġenza? X'inhuma r-riżultati tal-ftuħ tal-uffiċċju tiegħu fid-Dipariment tal-Emerġenza? Kemm kien l-istaff compliment fid-dipartiment fi Frar 2013 u kemm kien fit-18 ta' April 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
L-oġġettiv tal-ftuħ tal-uffiċċju fid-Dipartiment tal-Emerġenza kien li nkun aktar fil-qrib għal kull problema jew sitwazzjoni li tinqala’ fl-Isptar Mater Dei. Ma kien hemm l-ebda staff complement.