Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tikkwalifikax għall-għajnuna supplimentari?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ġiet nfurmata bl-ittra bil-miktub u ġiet mitluba tiġi sal-ufficcju biex tavviċina l-Uffiċċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.
Tista’ l-Ministru tgħid x'kien l-eżitu ta' sejħa għal promozzjonijiet fl-Awtorità tad-Djar li kienet pubblikata lejn l-aħħar tas-sena oħra? Ladarba l-interviews saru f’Jannar li għadda u r-riżultati li kellhom l-approvazzjoni tal-bord kellhom jitħabbru lejn nofs ix-xahar ta’ Marzu, u peress li qegħdin lejn l-aħħar ta’ Ġunju, tista’ l-Ministru tgħid x’qed jikkawża dan id-dewmien?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-koppja li d-dettalji dwara qed jintbagħtu separatament peress li ilha li applikat biex tidħol fi dar tal-anzjani u s'issa għadha bla risposta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-każ tal-koppja li qed jirreferri għalija l-Interpellant. Applikaw biex jidħlu f’dar għall-Anzjani tal-Mtarfa
Fi 23-08-2012. Is-Social Report sar 15/11/2012 u ġew approvati mill-bord fis-06/12/2012. Is-Sinjuri ngħataw kopja tal-korrispondenza.
Tista' l-Ministru tgħid xi kriterji u metodoloġiji se jiġu addottati mill-Awtorità tad-Djar biex jiġu allokati postijiet tal-gvern (jew mikrijin mill-privat taħt l-iSkema Kiri) lill-applikanti?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għal dak li l-Ministru qalet fil-media lokali u ċjoè li f'Malta hawn 600 tifel u tifla li qed jingħataw kura f'istituzzjonijiet, tista' l-Ministru tagħti lista ta' dawn l-istituzzjonijiet, min imexxi dawn l-istituzzjonijiet u kemm hemm tfal f'kull istituzzjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta ghamilt riferenza fil-media dwar tfal li qed jghixu barra l-familji naturali taghhom u semmejt li l-ammont ta' dawn it-tfal irdoppja fi ftit snin, kont qed nirreferi ghal tfal li qeghdin fl-Out of Home Care, i.e. kemm tfal li qed jghixu f'istituzzjonijiet, kif ukoll ghal tfal li qed jigu fostered.
Tfal li jinsabu fl-istituzzjonijiet ghandna 194, kif jidher mit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra filwaqt li tfal li qed jiġu fostered għandna 511.
Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva — membri tal-bordijiet - Remunerazzjoni u Benefiċċji
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-onorarja, allowances u perks oħra li għandu kull membru tal-bord u chairperson fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li l-Ministru ġiet ikkowtata li qalet li se tappunta forum fuq il-familja, jista’ l-Ministru jgħid x'se jkun l-iskop ta' dan il-forum, minn min se jkun kompost u meta hu mistenni li jitwaqqaf? Meta jitwaqqaf dan il-forum kif se jaħdem mal-Kummissjoni Nazzjonali dwar il-Familja? X'se jkun ir-rwol ta' din il-Kummissjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-Għan tal-Forum huwa li jipprovdi mekkanizmu ta’ komunikazzjoni kontinwa bejn il-Kummissjoni Nazzjonali Familja u l-pubbliku. Għalhekk ir-rwol tal-Forum huwa biex jidħol f’konsultazzjoni regolari mal-pubbliku permezz tal-kunsilli lokali u l-NGOs kif ukoll tidhol fi djalogu ma’ gruppi partikolari, b’ l-iskop li titwassal informazzjoni dwar dawn l-esperjenzi lil Kummissjoni Nazzjonali Familja. Il-Forum twaqqaf nhar l-Erbgħa 19 ta’ Ġunju u kompost miċ-chairperson u ħdax-il membru li l-ismijiet tagħhom qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – kuntratti ta’ security guards
Question
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li hija responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tagħhajew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tagħha jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma sar l-ebda xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet,aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru.
KNPD- Ma saret l-ebda konsulenza.
FSWS- Ma saret l-ebda konsulenza.
Awtorità tad-djar- Ma saret l-ebda konsulenza.
Direttur għas-servizzi Korporattivi- Ma saret l-ebda konsulenza
Direttur tal-Anzjani - Ma saret l-ebda konsulenza
Kummisjoni tat-Tfal – Ma saret l-ebda konsulenza.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — spiża fuq IT
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-ammont ta’ mobile phones li nxtraw għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministeru kienu tlieta. Tnejn inxtraw fit-3 ta’ April 2013 u wieħed inxtara fid-19 ta’ April 2013.
Ma’ ntefqux flus biex jinxtraw dawn il-
mobile phone
s
għaliex kienu inklużi b’xejn fil-pakkett li ntaghzel. Ma kienx hemm spiza inizjali. L-ispiza rikorrenti hija ta’ €175.00 fix-xahar. Mit-13 ta’ Marzu sal-lum inkrew żewġ (2)
computers
u ħmistax (15)-il
laptop
bi spiża rikorrenti ta` €4194.75 fis-sena għal ħames snin. L-ispiza f’dan ir-rigward mhux se ssir mill-vot tal-Ministeru għaliex titħallas minn vot ċentrali.
Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva — spiża fuq IT
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiza inizjali? Hemm spiza rikorrenti u kemm hi?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ mobiles li nxtraw għall-impjegati tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari kienu tnejn. Wieħed inxtara fl-10 ta’ April 2013 u l-ieħor inxtara fid-29 ta’ April 2013.
Wiehed kien jiswa’ €99.00 u l-ieħor kien jiswa’ €299.00. L-ispiza inizzjali kienet ta’ €398.00. L-ispiza rikorrenti hija ta’ €159.99 fix-xahar.
Mit-13 ta’ Marzu sal-lum inkrew erba` (4)
computers
u seba` (7)
laptops
bi spiża rikorrenti ta` €2714.25 fis-sens għal ħames snin. L-ispiża f’dan ir-rigward mhux se ssir mill-vot tas-Segretarju Parlamentari għaliex titħallas minn vot ċentrali.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — servizz ta’ customer care
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hi jew id-dekasteru tagħha hux qed jagħmlu kuntatt ma’ kunsilli lokali biex joffru servizzi ta’ customer care mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali? Jekk iva, tista’ tindika ma’ liema kunsilli lokali sar dan il-kuntatt? Jekk fl-affermattiv tista’ tindika liema kienu dawk il-kunsilli lokali li rrispondew fil-pożittiv għal din it-talba? Liema rrispondew fin-negattiv u liema għadhom ma rrispondewx? Fil-lokalitajiet li rrispondew fil-pożittiv meta beda dan is-servizz? F’liema ħinijiet u f’liema ġranet qed ikun offrut dan is-servizz?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Famlija u Solidarjetà Soċjali — Konsulenti u Kumitati
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista aġġornata tal-konsulenti li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn? Kemm hu l-ħlas tagħhom individwalment fix-xahar, x’servizz huma mitluba li jagħtu u kemm-il siegħa huma mitluba jaħdmu fix-xahar fuq ix-xogħol ta’ konsulenza? Tista’ fil-lista tinkludi wkoll il-membri ta’ kull kumitat li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizz hu mitlub li jagħti kull membru?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa issa inghata kuntratt wiehed ta’ konsulenza lill-esperta barranija Maria Rauch. Din l-esperta qed taghti konsulenza lill-Ministeru ghall-Familja u Solidarjeta’ Socjali dwar materji li primarjament ghandhom x’jaqsmu ma’ fondi tal-UE, inkluz it-tfassil ta’ progetti u pariri dwar kif l-ahjar jigu ittappjati fondi tal-UE f’oqsma partikolari li fihom jopera l-Ministeru.
Koppja tal-kuntratt tas-sinjura Maria Rauch qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nuqqas ta’ ħrieqi lill-persuni b’diżabilità Għawdxin
Question
Peress li familjari ta' persuni Għawdxin b'diżabilità u persuni oħra li jbatu minn inkontinenza qed jilmentaw għax mhux qed jingħataw ħrieqi u dan qed ikun ta’ inkonvenjent, tista' l-Ministru tagħti spjegazzjoni u tara li din il-problema tiġi riżolta immedjatament?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Nixtiequ Ninfurmaw lill-Onorevoli Interpellant li fil-każ tal-Benfiċċjarji Għawdxin il-kuntratt tas-Servizz ta` Inkontinenza huwa kuntratt separat minn dak tal-benfiċċjarji Maltin.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista ta' bordijiet
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Tista’ tgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paul — rwol ta' deputat parlamentari
Question
Tista l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1500 u tgħid x’se jkunu d-dmirijiet tad-deputat parlamentari, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fir-residenza San Vinċenz de Paul? Jekk dan mhux se jkun involut fil-management ta’ din ir-Residenza x’se jkun qed jagħmel eżatt?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Onorevoli Anthony Agius Decelis inħatar Konsulent tal-Gvern fuq l-Anzjani mill-Prim Ministru. Peress li l-Onor Agius Decelis speċjalizza fl-istudji tiegħu fuq livell ta’ Masters fuq l-akbar residenza tal-istat għall-anzjani, ir-Residenza San Vinċenż de Paul, ġie mitlub biex jgħin fl-iżvilupp tal-politika u t-twettiq tagħha għal din ir-residenza li hija maħsub li tagħti servizzi ta’ ‘long term care’, u in partikolari, fil-kuntest ta’ l-istrateġija u l-politika dwar l-anzjanità attiva.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inħarġu tenders jew talbiet għal kwotazzjonijiet mill-11 ta’ Marzu 2013 ’il hawn għal kwalunkwe xogħol jew servizzi fir-Residenza ta’ San Vinċenż de Paul? Tista’l-Ministru tgħid għal xiex huma, f’liema stadju waslu, għal liema partijiet f`din ir-residenza ntalab ix-xogħol u kemm huma stmati li se jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-11 ta’ Marzu sal-lum ma nħarġu l-ebda tenders. Fir-rigward ta’ talbiet għal kwotazzjonijiet mid-data inkwistjoni, nirreferi lill-interpellant għall-informazzjoni li qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — karozzi uffiċjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Tista' tgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-karozza ufficcjali tal-Ministru tal-Politika Socjali hija Toyota Avensis DQZ 526. Il-vettura hija mikrija bir-rata ta’ €18 + VAT kull ġurnata.